Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0667

    2010/667/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE dwar esperiment temporanju rigward iż-żieda tal-piż massimu ta’ lott ta’ ċerti żrieragħ tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7474) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 288, 05/11/2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/667/oj

    5.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 288/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta’ Novembru 2010

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE dwar esperiment temporanju rigward iż-żieda tal-piż massimu ta’ lott ta’ ċerti żrieragħ tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7474)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/667/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-għalf (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-esperiment temporanju stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE (2) għandu jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2012.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2007/66/KE titlob li l-Esperiment tal-ISTA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ)/ISF (il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żrieragħ) dwar id-Daqs tal-Lott taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex, kif adottat mill-Kunsill tal-OECD (l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) jiġi segwit, meta jkun hemm deroga mid-daqs massimu tal-lottijiet taż-żrieragħ tal-gramineae. L-Esperiment tal-ISTA/ISF dwar id-Daqs tal-Lott taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex ikompli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (3)

    L-esperiment temporanju stipulat fid-Deċiżjoni 2007/66/KE għandu wkoll jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013 biex tiġi allinjata d-data tal-għeluq ta’ dan l-esperiment mad-data tal-għeluq tal-esperiment tal-ISTA/ISF.

    (4)

    Flimkien ma’ dan, ir-referenza għall-esperiment tal-ISTA/ISF għandha tiġi aġġornata billi hemm websajt ġdida.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2007/66/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-ż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/66/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    L-esperiment temporanju għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2007 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.”

    Artikolu 2

    In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/66/KE jitbiddel b’dan li ġej:

    “(1)

    http://www.seedtest.org/en/ista_isf_experiment_on_herbage_seed_lot_size_content---1--1265--484.htmll”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

    (2)  ĠU L 219M , 24.8.2007, p. 174.


    Top