This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0105
Directive 2008/105/EC of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 on environmental quality standards in the field of water policy, amending and subsequently repealing Council Directives 82/176/EEC, 83/513/EEC, 84/156/EEC, 84/491/EEC, 86/280/EEC and amending Directive 2000/60/EC of the European Parliament and of the Council
Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ĠU L 348, 24/12/2008, p. 84–97
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/09/2013
24.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 348/84 |
DIRETTIVA 2008/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ huwa ta’ theddida għall-ambjent akkwatiku b'effetti bħalma huma tossiċità akuta u kronika għall-organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf tal-abitati u l-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. Bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-kawżi tat-tniġġis għandhom jiġu identifikati u l-emissjonijiet għandhom jiġu ttrattati fl-oriġini tagħhom, bl-aktar mod ekonomikament u ambjentalment effettiv. |
(2) |
Kif imniżżel fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċijpi li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara għall-ambjent, bħala prijorità, għandha tiġi rranġata fl-oriġini tagħha, u li min iniġġes għandu jħallas. |
(3) |
Skond l-Artikolu 174(3) tat-Trattat, fil-preparazzjoni tal-politika ambjentali tagħha, il-Komunità trid tqis id-data xjentifika u teknika disponibbli, il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Komunità, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku globali fil-Komunità u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha, kif ukoll il-benefiċċji u l-ispejjea potenzjali ta’ azzjoni u ta’ nuqqas ta’ azzjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (3) tafferma li l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja huma fost il-prijoritajiet ambjentali ewlenin ta’ dak il-Programm, u tenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li tkun stabbilita leġislazzjoni aktar speċifika fil-qasam tal-politika tal-ilma. |
(5) |
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4) tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis tal-ilma u teħtieġ aktar miżuri speċifiċi għall-kontroll tat-tniġġis u għal standards ta’ kwalità ambjentali (EQS, environmental quality standards). Din id-Direttiva tistabbilixxi EQS b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(6) |
Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u b'mod partikolari l-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8) ta’ dik id-Direttiva, bil-għan li jitnaqqas progressivament it-tniġġis minn sustanzi prijoritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi. |
(7) |
Mis-sena 2000 ġew adottati diversi atti Komunitarji li jistabbilixxu miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti aktar milli sabiex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda. |
(8) |
Rigward il-kontrolli ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun aktar effettiv meta mqabbel ma’ l-ispiża u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri adegwati ta’ kontroll, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, fil-programm ta’ miżuri li għandu jiġi żviluppat għal kull distrett ta’ baċir ta’ xmara skond l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom itejbu l-konoxxenza u d-data disponibbli dwar is-sorsi ta’ sustanzi prijoritarji u l-modi ta’ kif isir it-tniġġis sabiex jiġu identifikati possibiltajiet ta’ kkontroll speċifiċi u effikaċi. L-Istati Membri għandhom, inter alia, iwettqu monitoraġġ tas-sediment u l-bijota, kif xieraq, bi frekwenza adegwata sabiex ikun hemm biżżejjed data għal analiżi fit-tul tat-tendenzi ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew il-bijota. Ir-riżultati tal-monitoraġġ, inkluż ilmonitoraġġ tas-sediment u l-bijota, għandhom, sa fejn huwa meħtieġ mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma (5), ikunu disponibbli sabiex proposti futuri tal-Kummissjoni jkunu infurmati skond l-Artikolu 16(4) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(10) |
Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew ipprijoritizzati għal azzjoni fil-livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji, ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi prijoritarji perikolużi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri meħtieġa bil-għan li jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf. Għas-sustanzi li joriġinaw mill-istat naturali jew li jirriżultaw minn proċessi naturali, it-twaqqif jew it-twaqqif f'fażijiet tal-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu riveduti u għandhom jiġu kklassifikati. Il-Kummissjoni għandha tkompli tirrivedi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji, filwaqt li tipprijoritarizza lil sustanzi għal azzjoni abbażi ta’ kriterji maqbula li juru r-riskju għal, jew permezz ta’, l-ambjent akwatiku, skond l-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, u tressaq proposti kif meħtieġ. |
(11) |
Fl-interessi tal-Komunità u għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fil-livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fil-livell nazzjonali, soġġetti għall-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-valuri ta’ limitu u oġġettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I tal-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (6) u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb sa l-2015, soġġett għall-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, ma kinux inklużi fil-lista ta’ sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa għalhekk xieraq li tinżamm regolamentazzjoni tal-istandards tagħhom fil-livell Komunitarju. |
(12) |
Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi attwali ta’ kwalità ambjentali, stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija tal-elettrosi tal-kloruri alkalini (7), id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta’ Settembru 1983 dwar il-valuri ta’ limitu u objettivi ta’ kwalità għar-rilaxx tal-kadmju (8), id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta’ Marzu 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ merkurju minn setturi li mhumiex dawk tal-industrija tal-elettroliżi tal-chlor-alkali (9), id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ hexachlorocyclohexane (10) u d-Direttiva 86/280/KEE ser isiru superfluwi u għandhom jitħassru. |
(13) |
L-ambjent akkwatiku jista’ jiġi milqut minn tniġġis kimiku kemm fuq perijodu qasir kif ukoll fit-tul u għalhekk sabiex jiġu stabbiliti l-EQS għandha tintuża d-data dwar l-effetti akuti u dwar l-effetti kroniċi. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu protetti b'mod adegwat, l-EQS, espressi bħala valur medju annwali, għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jipprovdi protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu qasir. |
(14) |
Skond ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.3.4. tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, meta jsir il-monitoraġġ tal-konformità ma’ l-EQS, inklużi dawk espressi bħala konċentrazzjonijiet massimi permissibbli, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta’ statistika, bħal kalkolu perċentili, sabiex jittrattaw outliers, jiġifieri devjazzjonijiet estremi mill-medja, u qari falz sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ kunfidenza u preċiżjoni. Sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-monitoraġġ bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jkun previst għall-istabbiliment ta’ regoli dettaljati għal tali metodi statistiċi permezz ta’ proċedura ta’ kumitat. |
(15) |
Għall-maġġoranza tas-sustanzi l-istabbiliment tal-valuri tal-EQS f'livell Komunitarju għandu, f'dan l-istadju, ikun limitat għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal-eksaklorobenżin, l-eksaklorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li tiġi żgurata protezzjoni kontra effetti indiretti u avvelenament sekondarju fil-livell Komunitarju permezz ta’ EQS għall-ilma tal-wiċċ biss. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS għall-bijota fil-livell Komunitarju għal dawk it-tliet sustanzi. Sabiex l-Istati Membri jkunu permessi flessibbiltà skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jew jimmonitorjaw u japplikaw dawk l-EQS għall-bijota, jew jistabbilixxu EQS aktar stretti għall-ilma tal-wiċċ li jipprovdu l-istess livell ta’ protezzjoni. |
(16) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu EQS għas-sediment u/jew il-bijota f'livell nazzjonali u japplikaw dawk l-EQS minflok l-EQS għall-ilma stabbiliti f'din id-Direttiva. Tali EQS għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ proċedura trasparenti li tinvolvi notifiki lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn sabiex ikun żgurat livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għall-EQS għall-ilma stabbilit fil-livell Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor dawn in-notifiki fir-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, is-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi b'potenzjal sinifikanti ta’ akkumulazzjoni. Sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq perijodu fit-tul tal-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, bil-għan li jiżguraw li livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma jiżdidux b'mod sinifikattiv. |
(17) |
Skond l-Artikolu 13 ta’, u l-Anness VIII(A)(5) tad-Direttiva 2000/60/KE, kwalunkwe eżenzjoni għall-applikazzjoni tal-EQS għal sustanzi prijoritarji applikati għal mases ta’ ilma skond l-Artikolu 4(4), (5) u (6) ta’ dik id-Direttiva, b'kont meħud tal-Artikolu 4(8) u (9) tiegħu, għandha tiġi rrappurtata fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-baċir tax-xmara. Sakemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE inklużi l-kondizzjonijiet għall-eżenzjonijiet jiġu sodisfatti, jistgħu jsiru attivitajiet, bħat-tħammil u l-vjeġġ, li jwassal għal rilaxx, emmissjonijiet u telf ta’ sustanzi prijoritarji. |
(18) |
L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (11) u jimmaniġġaw mases ta’ ilma tal-wiċċ użati għall-estrazzjoni tal-ilma għax-xorb skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tiġi implimentata mingħajr preġudizzju għal dawk ir-rekwiżiti li jistgħu jeħtieġu standards aktar stretti. |
(19) |
Fil-viċinanza ta’ rilaxx minn punti ta’ sors, il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma normalment ogħla mill-konċentrazzjonijiet ambjentali fl-ilma. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn żoni ta’ taħlit, sakemm dawn ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-korp tal-ilma tal-wiċċ ma’ l-EQS rilevanti. Il-limiti taż-żoni ta’ taħlit għandhom ikunu ristretti għall-prossimità tal-punt ta’ rilaxx u għandhom ikunu proporzjonati. Skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kif xieraq, ir-rekwiżiti għall-kisba tal-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva jkunu koordinati għad-distrett kollu tal-baċir ta’ xmara, inkluż il-ħatra ta’ żoni ta’ taħlit f'mases tal-ilma transkonfinali. |
(20) |
Huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-konformità ma’ l-objettivi għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u t-tnaqqis, kif speċifikat fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, u li l-valutazzjoni ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi ssir b'mod trasparenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsiderazzjoni ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf sinifikanti bħala riżultat tal-attivitajiet tal-bniedem. Barra minn hekk, skeda ta’ żmien għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u tnaqqis, tista’ tkun relatata biss ma’ inventarju. Għandha tkun possibbli wkoll il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) sa (7) tad-Direttiva 2000/60/KE. Bl-istess mod, hija meħtieġa għodda adatta għall-kwantifikazzjoni ta’ telf ta’ sustanzi li jseħħ b'mod naturali, jew li jirriżulta minn proċessi naturali, fejn il-waqfien komplet jew il-waqfien f'fażijiet mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Sabiex jissodisfa dawk il-ħtiġijiet, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf għal kull distrett ta’ baċir ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċir ta’ xmara fit-territorju tiegħu. |
(21) |
Sabiex ikun evitat xogħol doppju billi jiġu stabbiliti dawk l-inventarji u sabiex tkun żgurata koerenza ta’ dawk l-inventarji ma’ għodda oħrajn eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura taħt id-Direttiva 2000/60/KE u taħt ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (12). |
(22) |
Sabiex tkun żgurata protezzjoni konsistenti tal-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri li jaqsmu mases ta’ ilma tal-wiċċ għadhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta’ monitoraġġ u, kif xieraq, il-kumpilazzjoni ta’ inventarji. |
(23) |
Sabiex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta’ referenza ta’ sena adatt sabiex jitkejlu l-entrati bażiċi tal-inventarju. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-fatt li t-telf mill-applikazzjoni tal-pestiċidi jista’ jvarja b'mod konsiderevoli minn sena għal oħra minħabba rati ta’ applikazzjoni differenti, per eżempju bħala riżultat ta’ kondizzjonijiet klimatiċi differenti. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta’ referenza ta’ 3 snin għal ċerti sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (13). |
(24) |
Sabiex isir l-aħjar użu mill-inventarju, huwa kunsiljabbli li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-Kummissjoni sabiex tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf qegħdin jagħmlu progress lejn il-konformità ma’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva. |
(25) |
Għandhom jiġu żviluppati linji gwida tekniċi biex jikkontribwixxu lejn l-armonizzazzjoni ta’ metodoloġiji użati mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji ta’ emmissjonijiet, rilaxx u telf, inkluż telf minn tniġġis akkumulat fis-sedimenti. |
(26) |
Diversi Stati Membri huma affetwati minn tniġġis li s-sors tiegħu jkun jinsab barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. Għalhekk jixraq li jiġi kkjarifikat li Stat Membru ma jkunx fi ksur tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qabża ta’ EQS minħabba tali tniġġis transkonfinali, sakemm ikunu rispettati ċerti kondizzjonijiet u jkun ħa vantaġġ, kif xieraq, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(27) |
Abbażi ta’ rapporti minn Stati Membri, skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa li jiġu emendati l-atti eżistenti u l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali speċifiċi madwar il-Komunità, bħall-kontrolli fuq l-emmissjonijiet, u jekk xieraq, tagħmel proposti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ din l-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapport skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Fit-tfassil ta’ proposti dwar miżuri għall-kontroll tal-emmissjonijiet, il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, għandha tqis ir-rekwiżiti eżistenti dwar il-kontroll tal-emissjonijiet, bħal dawk fid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 rigward il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, u l-aktar żviluppi reċenti fit-teknoloġija għat-tnaqqis tat-tniġġis (14). |
(28) |
Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulativi u tossiċi, kif ukoll ta’ sustanzi oħrajn ta’ tħassib ekwivalenti, notevolment persistenti ħafna u bijoakkumulativi ħafna, kif imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, huma stabbiliti fid-Dokument Tekniku ta’ Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju bħala appoġġ għad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE tal-20 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-prinċipji għall-istimi ta’ riskju għall-bniedem u l-ambjent tas-sustanzi nnotifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (15), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (16) u r-Regolament (KE) 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (17). Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-leġislazzjoni Komunitarja differenti, dawn il-kriterji biss għandhom ikunu applikati għas-sustanzi taħt reviżjoni skond id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE, u l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ. |
(29) |
L-obbligi stabbiliti fid-Direttivi elenkati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE diġà huma inkorporati fid-Direttiva 2008/1/KE u fid-Direttiva 2000/60/KE u, tal-inqas, l-istess livell ta’ protezzjoni huwa ggarantit jekk l-EQS jinżammu jew jiġu riveduti. Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti għat-tniġġis kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ u sabiex tkun issimplifikata u ċċarata l-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti f'dak il-qasam, huwa xieraq li jitħassru, skond id-Direttiva 2000/60/KE, b'effett mit-22 ta’ Diċembru 2012, id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE. |
(30) |
Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari dawk tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent ġew ikkunsidrati. |
(31) |
Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (18), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi. |
(32) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ billi jiġu stabbiliti EQS għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’, għalhekk, permezz taż-żamma tal-istess livell ta’ protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ fil-Komunità kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
(33) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (19). |
(34) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-punt 3 tal-parti B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva. Ladarba dik il-miżura għandha għan ġenerali u hija mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jew li tissupplimentah b'elementi mhux essenzjali ġodda, hija għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u skond id-dispożizzjonijiet u l-objettivi tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, din id-Direttiva tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn kif previst fl-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE.
Artikolu 3
Standards ta’ kwalità ambjentali
1. Skond l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva għal mases ta’ ilma tal-wiċċ.
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS għal mases ta’ ilma tal-wiċċ skond ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw EQS għas-sediment u/jew il-bijota minflok dawk stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I, f'ċerti kategoriji ta’ ilma tal-wiċċ. L-Istati Membri li japplikaw din l-għażla għandhom:
(a) |
japplikaw, għall-merkurju u t-taħlit tiegħu, EQS ta’ 20 μg/kg, u/jew għall-eksaklorobenżin, EQS ta’ 10g/kg, u/jew għall-eksaklorobutadien, EQS ta’ 55 μg/kg, fejn dawn l-EQS huma għal tessuti tal-priża (piż bil-likwidu), bl-għażla tal-indikatur l-aktar adatt minn fost il-ħut, il-molluski, il-krustaċji u bijota oħra; |
(b) |
jistabbilixxu u japplikaw EQS oħrajn li m'humiex imsemmija fil-punt (a) għas-sediment u/jew il-bijota għal sustanzi speċifikati. Dawn l-EQS għandhom joffru mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS għall-ilma stabbilit fil-Parti A tal-Anness I; |
(c) |
jiddeterminaw, għas-sustanzi msemmija fil-punti (a) u (b), il-frekwenza ta’ monitoraġġ fil-bijota u/jew is-sediment. Madankollu, il-monitoraġġ għandu jsir mill-inqas darba fis-sena, sakemm il-konoxxenza teknika u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor; u |
(d) |
jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar is-sustanzi li għalihom ġew stabbiliti EQS skond il-punt (b), ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta’ dan l-approċċ, l-EQS alternattivi li ġew stabbiliti, inklużi d-data u l-metodoloġija li bihom dawn ġew derivati, il-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ li għalihom dawn ikunu japplikaw, u l-frekwenza ta’ monitoraġġ ippjanat, flimkien mal-ġustifikazzjoni għal dik il-frekwenza. |
Il-Kummissjoni għandha tinkludi sommarju tan-notifiki skond il-punt (d) hawn fuq u n-nota (9) għall-Parti A tal-Anness I fir-rapporti ppublikati skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/60/KE.
3. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw l-analiżi tat-tendenza għall-perijodu fit-tul ta’ konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I, li għandhom tendenza jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, b'konsiderazzjoni partikolari mogħtija lis-sustanzi numri 2, 5, 6, 7, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 26, 28 u 30, abbażi tal-monitoraġġ tal-istatus tal-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Huma għandhom jieħdu l-miżuri mmirati biex jassiguraw, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux b'mod sinifikattiv fis-sediment u/jew fil-bijota rilevanti.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta’ monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu data suffiċjenti għal analiżi tat-tendenza affidabbli għall-perijodu fit-tul. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, sakemm il-konoxxenza teknika u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inkluża l-konklużjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fl-Artikolu 16(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi li jsiru disponibbli pubblikament skond l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni tal-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat f'konformità ma’ l-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.
5. Il-Punt 3 ta’ Parti B tal-Anness I għal din id-Direttiva jista’ jiġi emendat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Żoni ta’ taħlit
1. L-Istati Membri jistgħu jaħtru żoni ta’ taħlit ħdejn il-punti ta’ rilaxx. Il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminant wieħed jew aktar mis-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jistgħu jeċċedu l-EQS rilevanti f'dawn iż-żoni ta’ taħlit jekk huma ma jaffettwawx il-konformità tal-kumplament tal-massa ta’ ilma tal-wiċċ ma’ dawk l-istandards.
2. L-Istati Membri li jaħtru żoni ta’ taħlit għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara magħmula skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE deskrizzjoni ta’:
(a) |
l-approċċi u l-metodoloġiji applikati biex jiġu definiti żoni bħal dawn; u |
(b) |
miżuri meħuda bil-għan li titnaqqas il-firxa taż-żoni tat-taħlit fil-futur, bħal dawk skond l-Artikolu 11(3)(k) tad-Direttiva 2000/60/KE jew permezz ta’ reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 2008/1/KE jew ta’ regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
3. L-Istati Membri li jinnominaw żoni ta’ taħlit għandhom jiżguraw li l-firxa ta’ kwalunkwe żona tali hija:
(a) |
ristretta għall-viċinanza tal-punt ta’ rilaxx; |
(b) |
proporzjonata, b'konsiderazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti fil-punt ta’ rilaxx u tal-kondizzjonijiet dwar emissjonijiet ta’ kontaminanti li jinsabu fir-regolamenti ta’ qabel, bħal awtorizzazzjonijiet u/jew permessi, imsemmijin fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u kwalunkwe liġi Komunitarja rilevanti oħra, skond l-applikazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, partikolarment wara li dawk ir-regolamenti ta’ qabel jiġu riveduti. |
4. Għandhom jiġu adottati linji gwida tekniċi għall-identifikazzjoni ta’ żoni ta’ taħlit skond il-proċedura regulartorja msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
Inventarju ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf
1. Abbażi tal-informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, u skond data oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju, li jinkludi mapep, jekk disponibbli, tal-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva għal kull distrett ta’ baċin ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċin ta’ xmara li jkun fit-territorju tagħhom inklużi l-konċentrazzjonijiet tagħhom ta’ sediment u bijota, kif xieraq.
2. Il-perijodu ta’ referenza għall-istima tal-valuri tal-kontaminanti li għandhom jitniżżlu fl-inventarji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ sena waħda bejn l-2008 u l-2010.
Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tas-snin 2008, 2009 u 2010.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-inventarji stabbiliti skond il-paragrafu 1, inklużi l-perijodi ta’ referenza rispettivi, skond ir-rekwiżiti ta’ rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
4. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-reviżjonijiet tal-analiżi speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.
Il-perijodu ta’ referenza għall-istabbiliment ta’ valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta’ qabel ma jkollha titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tat-tliet snin ta’ qabel it-tlestija ta’ dik l-analiżi.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-inventarji aġġornati fil-pjanijiet aġġornati tagħhom ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara kif stabbilit fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.
5. Il-Kummissjoni għandha, sa l-2018, tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf kif jidhru fl-inventarju qed jagħmlu progress lejn konformità ma’ l-objettivi ta’ tnaqqis jew waqfien stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.
6. Għandhom jiġu adottati linji gwida tekniċi għall-istabbiliment ta’ inventarji skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 6
Tniġġis transkonfinali
1. Stat Membru m'għandux jitqies bħala li qed jikser l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qbiż tal-limitu ta’ EQS jekk jista’ juri li:
(a) |
il-qbiż tal-limitu kien dovut għal sors ta’ tniġġis barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu; u |
(b) |
minħabba f'tali tniġġis transkonfinali huwa ma setax jieħu miżuri effettivi sabiex jikkonforma ma’ l-EQS rilevanti; u |
(c) |
huwa kien applika l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE u, kif xieraq, kien ħa vantaġġ mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4), (5) u (6) ta’ dik id-Direttiva għal dawk il-mases ta’ ilma affettwati mit-tniġġis transkonfinali. |
2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex il-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u b'sommarju tal-miżuri meħuda f'relazzjoni mat-tniġġis transkonfinali fil-pjan rilevanti ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara skond ir-rekwiżiti ta’ rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
Artikolu 7
Rappurtaġġ u reviżjoni
1. Abbażi ta’ rapporti mill-Istati Membri, inklużi rapporti skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE u partikolarment dawk dwar it-tniġġis transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-ħtieġa li jiġu emendati l-atti eżistenti u l-ħtieġa ta’ miżuri speċifiċi addizzjonali mifruxin mal-Komunità kollha, bħall-kontrolli tal-emissjonijiet.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapport imħejji skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar:
(a) |
il-konklużjonijiet tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
miżuri meħuda biex titnaqqas il-firxa ta’ żoni ta’ taħlit maħtura skond l-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva; |
(c) |
ir-riżultat tal-verifika msemmija fl-Artikolu 5(5) ta’ din id-Direttiva; |
(d) |
is-sitwazzjoni li tirrigwarda t-tniġġis li ġej minn barra t-territorju tal-Komunità. |
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tinkludi proposti rilevanti ma’ dan ir-rapport.
Artikolu 8
Reviżjoni tal-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE
Fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tal-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE, kif previst fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tqis inter alia is-sustanzi stipulati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva għall-possibilità ta’ identifikazzjoni bħala sustanza prijoritarja jew sustanza perikoluża prijoritarja. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-13 ta’ Jannar 2011. Hi għandha żżid mar-rapport, jekk xieraq, proposti rilevanti, b'mod partikolari proposti għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji jew sustanzi perikolużi prijoritarji ġodda jew għall-identifikazzjoni ta’ ċertu sustanzi prijoritarji bħala sustanzi perikolużi prijoritarji u għall-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità ambjentali simili għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment u l-bijota, kif xieraq.
Artikolu 9
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’ kont meħud għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad- Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’ kont meħud għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 10
Emendament tad-Direttiva 2000/60/KE
L-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit mit-test li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 11
Emendament tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE
1. L-Anness II tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE u 84/491/KEE rispettivament għandu jitħassar.
2. L-Intestaturi B fit-Taqsimiet I sa XI tal-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE għandhom jitħassru.
Artikolu 12
Tħassir tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE
1. Id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE għandhom jitħassru b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012.
2. Qabel it-22 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar skond l-Artikoli 5, 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE minflok ma jwettqu dawn skond id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2007 (ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 90), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 71 E, 18.3.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008.
(3) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16.
(7) ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29.
(8) ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1.
(9) ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49.
(10) ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11.
(11) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
(13) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(14) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
(15) ĠU L 227, 8.9.1993, p. 9.
(16) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(17) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(18) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(19) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS I
STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL SUSTANZI PRIJORITARJI U ĊERTI KONTAMINANTI OĦRAJN
PARTI A STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI (EQS)
AA |
: |
medja annwali; |
MAC |
: |
konċentrazzjoni massima permissibbli |
Unità |
: |
[μg/l] |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
Nru |
Isem tas-sustanza |
Numru CAS (1) |
AA-EQS (2) Ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta (3) |
AA-EQS (2) Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn |
MAC-EQS (4) Ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta (3) |
MAC-EQS (4) Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn |
(1) |
Alaklor |
15972-60-8 |
0,3 |
0,3 |
0,7 |
0,7 |
(2) |
Antraċen |
120-12-7 |
0,1 |
0,1 |
0,4 |
0,4 |
(3) |
Atrażin |
1912-24-9 |
0,6 |
0,6 |
2,0 |
2,0 |
(4) |
Benżin |
71-43-2 |
10 |
8 |
50 |
50 |
(5) |
Difeniletere brominat (5) |
32534-81-9 |
0,0005 |
0,0002 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(6) |
Kadmju u t-taħlit tiegħu (skond il-klassijiet tal-ebusija tal-ilma) (6) |
7440-43-9 |
≤ 0,08 (Klassi 1) |
0,2 |
≤ 0,45 (Klassi 1) |
≤ 0,45 (Klassi 1) |
0,08 (Klassi 2) |
0,45 (Klassi 2) |
0,45 (Klassi 2) |
||||
0,09 (Klassi 3) |
0,6 (Klassi 3) |
0,6 (Klassi 3) |
||||
0,15 (Klassi 4) |
0,9 (Klassi 4) |
0,9 (Klassi 4) |
||||
0,25 (Klassi 5) |
1,5 (Klassi 5) |
1,5 (Klassi 5) |
||||
(6a) |
Tetraklorur tal-karbonju (7) |
56-23-5 |
12 |
12 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(7) |
C10-13 kloroalkani |
85535-84-8 |
0,4 |
0,4 |
1,4 |
1,4 |
(8) |
Klorfenvinfos |
470-90-6 |
0,1 |
0,1 |
0,3 |
0,3 |
(9) |
Klorpirifos (Klorpirifos-etil) |
2921-88-2 |
0,03 |
0,03 |
0,1 |
0,1 |
(9a) |
Pestiċidi miċ-ċiklodien: |
|
Σ = 0,01 |
Σ = 0,005 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Aldrin (7) |
309-00-2 |
|||||
Dieldrin (7) |
60-57-1 |
|||||
Endrin (7) |
72-20-8 |
|||||
Isodrin (7) |
465-73-6 |
|||||
(9b) |
mhux applikabbli |
0,025 |
0,025 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
para-para-DDT (7) |
50-29-3 |
0,01 |
0,01 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
(10) |
1,2-Dikloroetan |
107-06-2 |
10 |
10 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(11) |
Diklorometan |
75-09-2 |
20 |
20 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(12) |
Di(2-etileksil)-ftalat (DEHP) |
117-81-7 |
1,3 |
1,3 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(13) |
Diuron |
330-54-1 |
0,2 |
0,2 |
1,8 |
1,8 |
(14) |
Endosulfan |
115-29-7 |
0,005 |
0,0005 |
0,01 |
0,004 |
(15) |
Fluworanten |
206-44-0 |
0,1 |
0,1 |
1 |
1 |
(16) |
Eksaklorobenżin |
118-74-1 |
0,01 (9) |
0,01 (9) |
0,05 |
0,05 |
(17) |
Eksaklorobutadien |
87-68-3 |
0,1 (9) |
0,1 (9) |
0,6 |
0,6 |
(18) |
Eksakloroċikloħexan |
608-73-1 |
0,02 |
0,002 |
0,04 |
0,02 |
(19) |
Isoproturon |
34123-59-6 |
0,3 |
0,3 |
1,0 |
1,0 |
(20) |
Ċomb u l-komposti tiegħu |
7439-92-1 |
7,2 |
7,2 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(21) |
Merkurju u l-komposti tiegħu |
7439-97-6 |
0,05 (9) |
0,05 (9) |
0,07 |
0,07 |
(22) |
Naftalen |
91-20-3 |
2,4 |
1,2 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(23) |
Nikil u l-komposti tiegħu |
7440-02-0 |
20 |
20 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(24) |
Nonilfenol (4-Nonilfenol) |
104-40-5 |
0,3 |
0,3 |
2,0 |
2,0 |
(25) |
Oktilfenol ((4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol)) |
140-66-9 |
0,1 |
0,01 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(26) |
Pentaklorobenżin |
608-93-5 |
0,007 |
0,0007 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(27) |
Pentaklorofenol |
87-86-5 |
0,4 |
0,4 |
1 |
1 |
(28) |
Idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (10) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Benzo(a)piren |
50-32-8 |
0,05 |
0,05 |
0,1 |
0,1 |
|
Benzo(b)fluworanten |
205-99-2 |
Σ = 0,03 |
Σ = 0,03 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Benzo(k)fluworanten |
207-08-9 |
|||||
Benzo(g,h,i)perilen |
191-24-2 |
Σ = 0,002 |
Σ = 0,002 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Indeno(1,2,3-cd)piren |
193-39-5 |
|||||
(29) |
Simażin |
122-34-9 |
1 |
1 |
4 |
4 |
(29a) |
Tetrakloroetilen (7) |
127-18-4 |
10 |
10 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(29b) |
Trikloroetilen (7) |
79-01-6 |
10 |
10 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(30) |
Komposti ta' Tributiltin (katjonu ta' Tributiltin) |
36643-28-4 |
0,0002 |
0,0002 |
0,0015 |
0,0015 |
(31) |
Triklorobenżini |
12002-48-1 |
0,4 |
0,4 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(32) |
Trikolorometan |
67-66-3 |
2,5 |
2,5 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
(33) |
Trifluralin |
1582-09-8 |
0,03 |
0,03 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
PARTI B APPLIKAZZJONI TAL-EQS STABBILITI FIL-PARTI A
1. Il-kolonni 4 u 5 tat-tabella: Għal kwalunkwe massa ta' ilma tal-wiċċ partikolari, li japplika l-AA-EQS tfisser li, għal kull punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv fil-massa tal-ilma, il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena, ma taqbiżx l-istandard.
Il-kalkolu tal-medja aritmetika, il-metodu analitiku użat u, fejn ma jkunx hemm ebda metodu analitiku adegwat li jissodisfa l-kriterji minimi ta' prestazzjoni, il-metodu tal-applikazzjoni ta' EQS għandhom ikunu f'konformità ma' atti implimentattivi li jadottaw speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ kimiku u għall-kwalità tar-riżultati analitiċi, skond id-Direttiva 2000/60/KE.
2. Il-kolonni 6 u 7 tat-tabella: Għal kwalunkwe massa ta' ilma tal-wiċċ partikolari, li japplika l-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv fil-massa tal-ilma, ma taqbiżx l-istandard.
Madankollu, f'konformità mat-taqsima 1.3.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta' statistika, bħal kalkolu perċentwali, sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta' fiduċja u preċiżjoni għad-determinazzjoni ta' konformità ma' l-MAC-EQS. Jekk jagħmlu hekk, dawn il-metodi ta' statistika għandhom ikunu konformi mar-regoli dettaljati stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva.
3. Bl-eċċezzjoni tal-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil (minn hawn 'il quddiem “metalli”) l-EQS stabbiliti f'dan l-Anness huma espressi bħala konċentrazzjonijiet totali fil-kampjun kollu tal-ilma. Fil-każ ta' metalli, l-EQS jirreferi għall-konċentrazzjoni maħlula, jiġifieri l-fażi maħlula ta' kampjun tal-ilma miksuba b'filtrazzjoni permezz ta' filter 0.45 μm jew kwalunkwe pretrattament ekwivalenti.
L-Istati Membri jistgħu, meta jivvalutaw ir-riżultati ta' monitoraġġ ma' l-EQS, jieħdu kont ta':
(a) |
konċentrazzjonijiet naturali tal-isfond għall-metalli u t-taħlit tagħhom, jekk dawn jimpedixxu l-konformità mal-valur tal-EQS; u |
(b) |
l-ebusija, il-pH jew parametri oħrajn tal-kwalità tal-ilma li jaffettwaw il-bijodisponibbiltà tal-metalli. |
(1) CAS: Chemical Abstracts Service.
(2) Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tal-isomeri kollha.
(3) L-ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta jkopru xmajjar u lagi u mases tal-ilma relatati li jkunu artifiċjali jew modifikati ħafna.
(4) Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala l-konċentrazzjoni massima permessa (MAC-EQS).Fejn il-MAC-EQS huma mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA-EQS huma kkunsidrati bħala protettivi kontra apiċi ta' tniġġis għall-perijodu qasir f'rilaxx kontinwu, billi huma b'mod signifikattiv aktar baxxi mill-valuri miksubin abbażi ta' tossiċità qawwija.
(5) Għall-grupp ta' sustanzi prijoritarji koperti mid-difenileteri brominati (Nru 5) elenkati fid-Deċiżjoni 2455/2001/KE, huwa stabbilit EQS biss għan-numri tal-istess klassi 28, 47, 99, 100, 153 u 154.
(6) Għall-Kadmju u t-taħlit tiegħu (Nru 6) il-valuri EQS ivarjaw skond l-ebusija tal-ilma kif speċifikat f'ħames kategoriji ta' klassi (il-Klassi 1: < 40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to < 50 mg CaCO3/l, Class 3: 50 to < 100 mg CaCO3/l, Class 4: 100 to < 200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥ 200 mg CaCO3/l).
(7) Din is-sustanza mhijiex sustanza prijoritorja iżda waħda mill-kontaminanti l-oħrajn li għalihom l-EQS huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni li kienet tapplika qabel it-13 ta’ Jannar 2009.
(8) Id-DDT totali jikkonsisti mill-għadd tal-isomeri 1,1,1 -trikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etan (Numru CAS 50-29-3; Numru EU 200-024-3);1,1,1-trikloro-2 (o-klorofenil)-2-(p-klorifenil) etan (Numru CAS 789-02-6; Numru EU 212-332-5); 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etilen (Numru CAS 72-55-9; Numru EU 200-784-6); u 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etan (Numru CAS 72-54-8; Numru EU 200-783-0).
(9) Jekk l-Istati Membri ma japplikawx l-EQS għall-bijota, huma għandhom jintroduċu EQS aktar stretti għall-ilma sabiex jilħqu l-istess livell ta' protezzjoni bħall-EQS għall-bijota stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta' dan l-approċċ, l-EQS alternattivi għall-ilma stabbiliti, inkluż id-data u l-metodoloġija li biha nkisbu l-EQS alternattivi, u l-kategoriji tal-wiċċ tal-ilma li għalihom huma jkunu applikabbli.
(10) Għall-grupp ta' sustanzi prijoritarji ta' idrokarboni poliaromatiċi (PAH) (Nru28), huwa applikabbli kull EQS individwali, jiġifieri għandhom jintlaħqu l-EQS għall-Benzo(a)piren, l-EQS għall-għadd ta' Benzo(b)fluworanten u Benzo(k)fluworanten u l-EQS għall-għadd ta' Benzo(g,h,i)perilen u Indeno(1,2,3-cd)piren:
ANNESS II
L-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS X
LISTA TA' SUSTANZI PRIJORITARJI FIL-QASAM TAL-POLITIKA TAL-ILMA
Numru |
Numru CAS (1) |
Numru EU (2) |
Isem tas-sustanza prijoritarja (3) |
Identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja |
(1) |
15972-60-8 |
240-110-8 |
Alaklor |
|
(2) |
120-12-7 |
204-371-1 |
Antraċen |
X |
(3) |
1912-24-9 |
217-617-8 |
Atrażin |
|
(4) |
71-43-2 |
200-753-7 |
Benżin |
|
(5) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Difeniletere brominat (4) |
X (5) |
32534-81-9 |
mhux applikabbli |
Pentabromodifeniletere (numri tal-istess klassi 28, 47, 99, 100, 153 u 154) |
|
|
(6) |
7440-43-9 |
231-152-8 |
Kadmju u l-komposti tiegħu |
X |
(7) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
Kloroalkani, C10-13 (4) |
X |
(8) |
470-90-6 |
207-432-0 |
Klorfenvinfos |
|
(9) |
2921-88-2 |
220-864-4 |
Klorpirifos (Klorpirifos-etil) |
|
(10) |
107-06-2 |
203-458-1 |
1,2-dikloroetan |
|
(11) |
75-09-2 |
200-838-9 |
Diklorometan |
|
(12) |
117-81-7 |
204-211-0 |
Di(2-etileksil)ftalat (DEHP) |
|
(13) |
330-54-1 |
206-354-4 |
Diuron |
|
(14) |
115-29-7 |
204-079-4 |
Endosulfan |
X |
(15) |
206-44-0 |
205-912-4 |
Fluworanten (6) |
|
(16) |
118-74-1 |
204-273-9 |
Eksaklorobenżin |
X |
(17) |
87-68-3 |
201-765-5 |
Eksaklorobutadien |
X |
(18) |
608-73-1 |
210-158-9 |
Eksakloroċikloħexan |
X |
(19) |
34123-59-6 |
251-835-4 |
Isoproturon |
|
(20) |
7439-92-1 |
231-100-4 |
Ċomb u l-komposti tiegħu |
|
(21) |
7439-97-6 |
231-106-7 |
Merkurju u l-komposti tiegħu |
X |
(22) |
91-20-3 |
202-049-5 |
Naftalen |
|
(23) |
7440-02-0 |
231-111-14 |
Nikil u l-komposti tiegħu |
|
(24) |
25154-52-3 |
246-672-0 |
Nonilfenol |
X |
104-40-5 |
203-199-4 |
(4-(para)nonilfenol) |
X |
|
(25) |
1806-26-4 |
217-302-5 |
Oktilfenol |
|
140-66-9 |
mhux applikabbli |
(4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol) |
|
|
(26) |
608-93-5 |
210-172-5 |
Pentaklorobenżin |
X |
(27) |
87-86-5 |
231-152-8 |
Pentaklorofenol |
|
(28) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Idrokarburi poliaromatiċi |
X |
50-32-8 |
200-028-5 |
(Benzo(a)piren) |
X |
|
205-99-2 |
205-911-9 |
(Benzo(b)fluworanten) |
X |
|
191-24-2 |
205-883-8 |
(Benzo(g,h,i)perilen) |
X |
|
207-08-9 |
205-916-6 |
(Benzo(k)fluworanten) |
X |
|
193-39-5 |
205-893-2 |
(Indeno(1,2,3-cd)piren) |
X |
|
(29) |
122-34-9 |
204-535-2 |
Simażin |
|
(30) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Komposti ta' Tributiltin |
X |
36643-28-4 |
mhux applikabbli |
Katjonu ta' Tributiltin |
X |
|
(31) |
12002-48-1 |
234-413-4 |
Triklorobenżini |
|
(32) |
67-66-3 |
200-663-8 |
Triklorometan (kloroform) |
|
(33) |
1582-09-8 |
216-428-8 |
Trifluralin |
|
(1) CAS: Chemical Abstracts Service.
(2) Numru-EU: L-Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).
(3) Fejn ikunu ntgħażlu gruppi ta' sustanzi, qed jiġu elenkati rappreżentattivi individwali tipiċi bħala parametri indikattivi (fil-parentesi u mingħajr numru). Għal dawn il-gruppi ta' sustanzi, il-parametru indikattiv għandu jiġi definit permezz tal-metodu analitiku.
(4) Dawn il-gruppi ta' sustanzi normalment jinkludu numru konsiderevoli ta' taħlit individwali. Attwalment, ma jistgħux jingħataw parametri indikattivi xierqa.
(5) Pentabromodifeniletere biss (numru CAS 32534-81-9).
(6) Il-fluworanten jinsab fil-lista bħala indikatur ta' idrokarboni poliaromatiċi oħra li huma aktar perikolużi.”
ANNESS III
SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL REVIŻJONI GĦALL-POSSIBILITÀ LI JKUNU IDENTIFIKATI BĦALA SUSTANZI PRIJORITARJI JEW SUSTANZI PERIKOLUŻI PRIJORITARJI
In-numru tas-CAS |
In-numru tal-EU |
Isem tas-sustanza |
1066-51-9 |
— |
AMPA |
25057-89-0 |
246-585-8 |
Bentazon |
80-05-7 |
|
Bisfenol A |
115-32-2 |
204-082-0 |
Dicofol |
60-00-4 |
200-449-4 |
EDTA |
57-12-5 |
|
Free Cyanide |
1071-83-6 |
213-997-4 |
Glyphosate |
7085-19-0 |
230-386-8 |
Mecoprop (MCPP) |
81-15-2 |
201-329-4 |
Musk xylene |
1763-23-1 |
|
Perfluorooctane sulphonic acid (PFOS) |
124495-18-7 |
— |
Quinoxyfen (5,7-dichloro-4-(p-fluorophenoxy)quinoline) Dijossini PCB |