Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2745

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2745/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa Komuntarji awtonomi għal xi prodotti tal-biedja u ndustrijali

    ĠU L 331, 23/12/1999, p. 17–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32004R0226

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2745/oj

    31999R2745



    Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0017 - 0022


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2745/1999

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa Komuntarji awtonomi għal xi prodotti tal-biedja u ndustrijali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kumissjoni,

    Billi:

    (1) Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 [1], il-Kunsill fetaħ kwoti tat-tariffa Komunitarji għal xi prodotti tal-biedja u ndustrijali; id-domanda tal-Komunità għall-prodotti in kwistjoni għandha tintlaħaq skond il-kondizzjonijiet l-iktar favorevoli; l-kwoti tat-tariffa Komunitarji għandhom għalhekk jiġu miftuħa b'rati mnaqqsa jew żero għal volumi xierqa, u miżjuda jew estiżi fil-każ ta' xi kwoti tat-tariffa eżistenti, waqt li jevitaw xi tfixkil għas-swieq għal dawn il-prodotti;;

    (2) M'għadux iktar fl-interess tal-Komunità li tinżamm kwota tat-tariffa Komunitarja fuq xi prodotti koperti mir-Regolament fuq, u dawk il-prodotti għandhom għalhekk jitneħħew mill-iskeda fl-Anness I;

    (3) In vista tan-numru kbir ta' emendi li jiġu effettwati fl-1 ta' Jannar 2000 u sabiex jiġu kjarifikati l-kwistjonijiet għal minn jużahom, l-iskeda fl-Anness I mar-Regolament fuq għandha tiġi mibdula bl-iskeda fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    (4) Wara li kkunsidra l-importanza ekonomika tar-Regolament imsemmi għall-industrija Ewropea u l-ħtieġa li tiġi nfurzata fl-1 ta' Jannar 2000, hu neċessarju li tiġi nvokata l-bażi ta' l-urġenza msemmija fil-punt I(3) tal-Protokoll addizzjonali tat-Trattat ta' Amsterdam dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 2505.96 għandu għalhekk jiġi emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal− 31 ta' Diċembru 1999, l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat kif ġej:

    - in-numru ta' l-ordni 09.2711: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 1035000 tunnellata,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2939: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 135000000 unitajiet,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2943: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 60000000 unitajiet,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2944: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 48000000 unitajiet,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2959: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 60000 tunnellata,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2966: l-ammont tal-kwota tat-tariffa għandu jiġi mibdul għal 12000 tunellata.

    Artikolu 2

    L-iskeda fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tiġi mibdula bl-iskeda li hemm fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000, ħlief għall-Artikolu 1 li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Hemilä

    [1] ĠU L 345, tal-31.12.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1969/1999 (ĠU L 244, tas-16.9.1999, p. 38).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Kodiċi TARIC | Deskrizzjoni | Amount | of quota Quota duty (%) | Quota period |

    09.2703 | ex28253000 | 10 | Ossidi tal-vanadium u idrossidi għall-produzzjoni ta' liga(A) | 13000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2711 | ex72024110ex72024191ex72024199 | — | Ferro-kromju li għandu bil-piż iktar minn 4 % karbun għall-manufattura ta' ħadid jew azzar tal-Kapitolu 72 tan-Nomenklatura Magħquda | 1035000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2713 | | | Ċiras ħelu, marinat fl-alkoħol, ta' dijametru li ma jaqbiżx 19.9mm, mingħajr l-għdma, intiż għal manufattura ta' prodotti taċ-ċikkulata | 2000 tunnellati | | 1.1. - 31.12 |

    ex20086019 | 10 | — b'kontenut taz-zokkor li jaqbeż id-9 % bil-piż | 10 |

    ex20086039 | 11/19 | — b'kontenut taz-zokkor li ma jaqbiżx id-9 % bil-piż | 10 |

    09.2719 | | | Ċiras qarsin (Prunus cerasus), marinat fl-alkoħol, ta' dijametru li ma jaqbiżx 19.9 mm, intiż għall-manufattura ta' prodotti taċ-ċikkulata | 2000 tunnellati | | 1.1. - 31.12 |

    ex20086019 | 20 | — b'kontenut taz-zokkor li jaqbeż id-9 % bil-piż | 10 |

    ex20086039 | 20 | — b'kontenut taz-zokkor li ma jaqbiżx id-9 % bil-piż | 10 |

    09.2727 | ex39029090 | 93 | Poly-alpha-olefin sintetiku li għandu viskosità ta' mhux anqas minn 38x10–6 m2 s–1 (38 centistokes) fi 100 °C, miżuri li jużaw il-metodu ASTM D 445 | 7500 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2729 | ex08119095 | 10 | Boysen berries preservati bl-iffriżar, li ma għandhomx zokkor miżjud, għall-industrija tal-ipproċessar | 1500 tunnellati | 12 | 1.1. - 31.12 |

    09.2799 | ex72024990 | 10 | Ferro-kromju li għandu 1.5 % jew iktar Iżda li ma jaqbiżx is-70 % kromju bil-piż | 35000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2809 | ex38029000 | 10 | Montmorillonite attivat bl-aċidu għal manufattura ta' karta li tista tikko-ja minnha nnifisha | 10000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2829 | ex38249095 | 19 | Estratt solidu tar-residwi li ma jinħallux f'solventi aliphatic waqt l-estrazjoni ta' reżina mill-injam, li għandu dawn il-karatteristiċi: reżina b'kontenut ta' aċidu li ma jaqbiżx it-30 % bil-piżnumru ta' aċidu li ma jaqbiżx l-110, upunt ta' dewbien ta' mhux anqas minn 100 °C | 1600 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2837 | ex29034980 | 10 | Bromochloromethane | 700 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2841 | ex27129099 | 10 | Taħlita ta' 1-alkenes li għandha 80 % bil-piż jew aktar ta' 1-alkenes ta' tul ta' katina ta' 20 u 22 atomi tal-karbun | 10000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2849 | ex07108069 | 10 | Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjrin jew imsajjrin bil-fwar jew tgħolija), iffirżati, għal manufattura ta' ikliet preparati | 700 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2851 | ex29071200 | 10 | о-Cresol li għandu purità ta' mhux anqas minn 98.5 % bil-piż | 13000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2853 | ex29309070 | 35 | Glutathione | 15 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2859 | ex29094990 | 10 | 2,2'-Isopropylidene-bis (p-phenyleneoxy) diethanol, f'forma solid | 1300 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2867 | ex32074080 | 10 | Ħġieġ granulat, li għandu bil-piż: 73 % jew aktar iżda mhux aktar minn 77 % ta' dijossidu tas-silikon12 % jew aktar iżda mhux aktar minn 18 % ta' dibroron dijossidu u4 % jew aktar iżda mhux aktar mionn 8 % ta' polyethylene glycol | 310 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2881 | ex39019090 | 92 | Chlorosulphonated polyethylene | 6000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2889 | 38051090 | — | Turpentina sulphate | 20000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2913 | ex24011041 | 10 | Tabakk naturali li mhux manufatturat, sewwa jekk maqtugħ f'daqs regolari jew le, li għandu valur doganali ta' mhux anqas minn 450E/100 kg piż nett, intiż għall-użu biex jorbot jew igeżwer għal manufattura ta' prodotti li huma taħt is-subintestatura 24021000 | 6000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    ex24011049 | 10 |

    ex24011050 | 10 |

    ex24011070 | 10 |

    ex24011090 | 10 |

    ex24012041 | 10 |

    ex24012049 | 10 |

    ex24012050 | 10 |

    ex24012070 | 10 |

    ex24012090 | 10 |

    09.2914 | ex38249095 | 26 | Soluzzjoni likwida li fiha bil-piż mhux anqas minn 40 % ta' estratt betaine u 5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % bil-piż ta' melħ organiku jew inorganiku | 38000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2915 | ex38249095 | 27 | Dijossidu tas-silikon li għandu purità ta' 99 % jew aktar bil-piż f'forma ta' partikoli f'għamla ta' sferi mxerrdin f'monoethylene glycol | 60 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2917 | 29309014 | — | Cystine | 600 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2918 | ex29109000 | 50 | 1,2-Epoxybutan | 500 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2919 | ex87082990 | 10 | Bellows li jintwew għal manufattura ta' xarabankijiet artikolati | 2600 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2933 | ex29036990 | 30 | 1,3-Dichlorobenzene | 2600 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2935 | 38061010 | — | Rosin u aċidi tar-reżina, miksuba minn oleoresins friski | 60000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2935 | 38061010 | — | Rosin u aċidi tar-reżina, miksuba minn oleoresins friski | 50000 tunnellati | 0 | 07.01.- 31.12 |

    09.2936 | ex38159090 | 45 | Katalisti f'forma ta' trab, li jikkonsistu minn ossidji tal-vanadju u fosfru, li għandhom bil-piż mhux aktar minn 0.5 % ta' waħda mill-elementi segwenti: litju, potassju, sodju, kadmju jew żingu, għall-użu fil-manufattura ta' maleic anhydride mill-butane | 100 tunnellati | 0 | 1.1. –tat- 30.6.2000 |

    09.2939 | ex85438995 | 43 | Oxillatur kontrollat bil-vultaġġ (VCO), li mhux oxillatur li hu kumpensat bit-temperatura, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi muntati fuq cirkuwitu stampat, li huwa ġo qafas li għandu: marka ta' identifikazzjoni ta' jew li tinkludi waħda minn dawn il-kumbinazzjonijiet alfanumeriċi:1012TDK, 1019TDK, EK304, MQC403, MQC404, MQE001, MQE041, MQE042, MQE051, MQE201, MQE411, MQE501, URAE8X956A, URAB8, RAE8X960A, VD2S40, VD2S41, VD5S07jew marki ta' identifikazzjoni oħrajn li jirrelataw ma' tagħmir li jikkonforma mad-deskrizzjoni ta' hawn fuq | 135000000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2945 | ex29400090 | 10 | D-Xylose | 800 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2947 | ex39046990 | 95 | Poly(vinylidene fluoride), f'forma ta' trab, għal preparazzjoni ta' żebgħa jew varniċ biex jinkes' l-metall | 1300 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2949 | ex85438995 | 44 | Oxillatur kumpensat bit-temperatura, li jikkosisti f'ċirkuwitu stampat li fuqu hemm kristalla piezo-electrical u kapaċitatur aġġustabbli, li huwa f'qafas li għandu: marka ta' identifikazzjoni li tikkonsisti minn jew tinkludi waħda mill-kumbinazzjonijiet alfanumeriċI segwenti:3211A-ANF50, 5111B-ANL51, TCXO-111, TXO2603jew marki ta' identifikazzjoni oħra li jirrelataw ma' tagħmir li jikkonforma mad-deskrizzjoni ta' hawn fuq | 12000000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2950 | ex29055020 | 20 | 2-Chloroethanol għal manufattura ta' thioplasts likwidi tas-subintestatura 40029990 | 4000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2954 | ex29269099 | 55 | 3-(Trifluoromethyl) phenylacetonitrile | 100 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2955 | ex29321900 | 60 | Flurtamone (OSI) | 200 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2957 | ex85079098 | 10 | Landa ċilindrika stampata, tal-azzar li mhuix liga, post-nickel-plated, għal-akkumulatur, ta' dijametru ta' 13 mm jew aktar iżda li ma jaqbiżx 17 mm, u għoli ta' 27 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx 70 mm | 70000000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2959 | ex48044191 | 10 | Karta u paperboard kraft, li tiżen aktar minn 15 g/m2, li tikkonsisti biss minn fibri verġni mhux illamtati miksuba bil-proċess kimiku sulfat, għal manufattura ta' prodotti li huma fl-intestatura 3921 | 45000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    ex48044199 | 10 |

    ex48045190 | 10 |

    09.2964 | ex55020080 | 20 | Stoppa tal-filament taċ-ċellulożi prodott bil-brim ta' solvent organiku (Lyocell) għall-użu tal-industrija tal-karta | 1200 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2966 | ex28391900 | 20 | Disodium disilicate kristallin, li għandu bil-piż: 59 % jew aktar ta' silicondioxide, u30 % jew aktar ta' ossidju disodium | 12000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2975 | ex29183000 | 10 | Benzophenone-3,3′:4.4-tetracarboxylic dianhydride | 500 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2976 | ex84079010 | 10 | Magni tal-petrol four-stroke ta' kapaċità ċilindrika li ma taqbiżx 250cc, għall-użu fil-manufattura ta' magna li taqta' l-ħaxixtas-subintestatura 843311 | 900000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2977 | ex32041700 | 20 | Żebgħa C. I. Pigment Blu 6.1 | 600 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2978 | ex48045290 | 10 | Karta u paperboard kraft, illamtata uniformiment fil-massa, bil-piż ta' 250 g/m2 jew aktar, għall-użu fil-manufattura ta' reċipjenti ta' ikel likwidu | 48000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2979 | ex70112000 | 15 | Pjanċa tal-ħġieġ b-qies dijgonali minn tarf ta' barra sal-ieħor ta' 80.9 (± 0.2) ċm u li għandha trasmissjoni tad-dawl ta' 80 % (± 3 %) bi ħxuna tal-ħġieġa ta' 11.43 mm | 200000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2980 | ex48103210 | 10 | Karta u paperboard kraft f'rombli, illamtata uniformiment fil-massa, miksija minn naħa l-waħda bil-kaolin u/jew kalċju karbonat li tiżen aktar minn 15 g/m2 iżda anqas minn 400 g/m2, għall-użu tal-manufattura ta' reċipjenti ta' ikel likwidu | 52000 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    ex48103290 | 10 |

    09.2981 | ex84079080 | 10 | Magni b'pistons ta' kombustjoni nterna spark-ignition reciprocating jew rotary, li għandhom kapaċità ċilindrika ta' anqas minn 300 cc u forza ta' mhux anqas minn 6 Iżda ma taqbiżx 15.5 kW għal manufattura ta' magna li taqta' l-ħaxix li huma self-propelled, b'sedil (tractor mowers) tas-subintestatura 84331151 | 210000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    ex84079090 | 10 |

    09.2982 | ex29036990 | 20 | 1.2-Bis (penthabromophenyl) ethane | 4500 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2983 | ex29093038 | 10 | Bis (penthabromophenyl) ether | 6200 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2984 | ex48112900 | 10 | Karta kraft li hija magħmulha primarjament minn fibri verġni magħġna polpa li hija ġejja mill-proċess kimiku tas-sulfat, miksija f'naħa waħda b'adeżiv (tax-xama) bażat fuq il-lamtu tal-qamħirrun: mhux imsaħħa, li għandha piż ta' mhux anqas minn 48 grammi/m2 iżda mhux aktar minn 93 grammi/m2imsaħħa, li għandha piż ta' mhux anqas minn 130 grammi/m2 iżda mhux aktar minn 210 grammi/m2 f'forma ta' rombli li għandhom wisgħa ta' mhux anqas minn 150 ċm, għal qtugħ u li tnaqqis f'rombli tas-subintestatura 48231900 (a) 6200 tunnellata | 150 tunnellati | 0 | 1.1. - 31.12 |

    09.2985 | ex85409100 | 33 | Maskri ċatti ta' 691.6 mm (± 0.2 mm) tul u għoli ta' 407.7 mm (± 0.2 mm) b'wisa' tal-ixquq fit-tarf tal-assi vertikali ċentrali ta' 155 micrometer (± 8 micrometer) | 150000 kejl | 0 | 1.1. - 31.12 |

    --------------------------------------------------

    Top