This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1228
Regulation (EU) No 1228/2011 of the European Parliament and of the Council of 16 November 2011 repealing Regulation (EEC) No 429/73 of the Council making special provisions for imports into the Community of certain goods coming under Regulation (EEC) No 1059/69 and originating in Turkey
Regolament (UE) Nru 1228/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija
Regolament (UE) Nru 1228/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija
ĠU L 326, 8.12.2011, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/17 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1228/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 (2) kien ġie adottat sabiex jiġi determinat il-komponent fiss imnaqqas tad-dazji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fil-qafas tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970. |
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (3) tistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tad-dazji għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għaldaqstant sar obsolet. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għandu għalhekk jitħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 huwa b’dan imħassar.
2. It-tħassir tal-att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-att imsemmi fil-paragrafu 1; u |
(b) |
il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-att imsemmi fil-paragrafu 1 lil atti oħrajn tal-Unjoni li mhumiex imħassra b’dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011
(2) ĠU L 59, 5.3.1973, p. 85 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 03, Vol 02, p. 5).