EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0566
Commission Regulation (EC) No 566/2009 of 29 June 2009 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Melton Mowbray Pork Pie (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2009 tad- 29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2009 tad- 29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]
ĠU L 168, 30.6.2009, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 566/2009
tad-29 ta’ Ġunju 2009
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Melton Mowbray Pork Pie” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, perjodu tranżizzjonali jista’ madankollu jingħata għall-impriżi stabbiliti fl-Istat Membru li fih tinsab iż-żona ġeografika, bil-kundizzjoni li dawn l-impriżi jkunu kkumerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati b’mod legali, billi użaw b’mod kontinwu d-denominazzjonijiet ikkonċernati għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, u li dan il-punt ikun iddaħħal fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
B’ittra li waslet fis-6 ta’ April 2009, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkonferma mal-Kummissjoni li l-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, stabbiliti fuq it-territorju tiegħu, jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
(5) |
L-impriżi msemmija, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni rreġistrata “Melton Mowbray Pork Pie” għal perjodu provviżorju ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.
L-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni msemmija għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:
Klassi 1.2. Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)
IR-RENJU UNIT
[Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]