EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0677
Case C-677/17: Request for a preliminary ruling from the Centrale Raad van Beroep (Netherlands) lodged on 4 December 2017 — M. Çoban v Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Kawża C-677/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2017 – M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Kawża C-677/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2017 – M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
ĠU C 94, 12.3.2018, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2017 – M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-677/17)
(2018/C 094/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. Çoban
Konvenuta: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Domandi preliminari
L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970, anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħall-Artikolu 4a tat-Toeslagenwet (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Addizzjonali), tas-6 ta’ Novembru 1986 (Staatsblad Nru 567 tas-6 ta’ Novembru 1986), li permezz tagħha benefiċċju addizzjonali li ngħata jitħassar meta l-benefiċjarju jistabbilixxi ruħu fit-Turkija, inkluż meta l-benefiċjarju jkun telaq mit-territorju tal-Istat Membru fuq l-inizjattiva tiegħu stess? Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-parti kkonċernata, fil-mument tat-tluq tagħha, ma jkollhiex iktar dritt ta’ residenza fuq il-bażi tar-regoli ta’ assoċjazzjoni, iżda fuq permess ta’ residenza tal-UE ta’ resident fit-tul? Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-parti kkonċernata terġa’ tiġi lura fi żmien sena mid-data tat-tluq tagħha u b’hekk tirkupra d-dritt għall-benefiċċju addizzjonali u li hija tibqa’ żżomm din il-possibbiltà sakemm ikun għad għandha permess ta’ residenza tal-UE ta’ resident fit-tul?
(1) Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).