This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0483
Case T-483/11: Action brought on 5 September 2011 — Sepro Europe v Commission
Kawża T-483/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Settembru 2011 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni
Kawża T-483/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Settembru 2011 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni
ĠU C 331, 12.11.2011, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/25 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2011 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-483/11)
2011/C 331/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sepro Europe Ltd (Harrogate, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE (1) |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż; u |
— |
tadotta dawk il-miżuri oħra jew ulterjuri kif meħtieġ taħt il-liġi. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv jallega żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta, peress li hija żbaljat bħala punt ta’ liġi billi ġġustifikat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE għall-motivi tat-tħassib allegat dwar (i) l-espożizzjoni tal-ħaddiem u (ii) l-espożizzjoni ambjentali. |
(2) |
It-tieni motiv jallega ksur mill-konvenuta tal-proċess neċessarju u tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li hija b’mod żbaljat ikkunsidrat it-tħassib allegat dwar il-proporzjoni isomeru li kien biss identifikat bħala tħassib kruċjali għall-ewwel darba matul is-sottomissjoni mill-ġdid u fi stadju tard ħafna tal-proċedura. Bħala riżultat, ir-rikorrenti ma ngħatatx opportunità tindirizza l-kwistjoni. Barra minn hekk, il-konvenuta naqset milli tikkunsidra l-proposta tar-rikorrenti għal emenda. |
(3) |
It-tielet motiv jallega li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE hija illegali minħabba li hija sproporzjonata. Anki kieku kellu jiġi aċċettat li hemm tħassib li jistħoqqlu iktar attenzjoni, il-miżura inkwistjoni hija sproporzjonata fil-mod ta’ kif tittratta t-tħassib tal-allegata espożizzjoni tal-ħaddiem u l-espożizzjoni ambjentali. |
(4) |
Ir-raba’ motiv jallega li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE hija illegali minħabba li ma hijiex motivata biżżejjed, peress li l-konvenuta naqset milli tipproduċi provi jew tagħti raġunament biex tiġġustifika n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-emenda proposta mir-rikorrenti u għaldaqstant taffettwa l-kalkolu tal-livelli tal-espożizzjoni stmata tal-ħaddiem kif ukoll tal-użu ta’ serer b’teknoloġija avanzata. |
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar l-esklużjoni ta’ flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3733) (ĠU L 153, p. 192)