Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/37

    Kawża C-350/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sächsischen Landessozialgerichts (il-Ġermanja), fit- 30 ta' Lulju 2007 — Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sächsischen Landessozialgerichts (il-Ġermanja), fit-30 ta' Lulju 2007 — Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft

    (Kawża C-350/07)

    (2007/C 269/37)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Sächsischen Landessozialgerichts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kattner Stahlbau GmbH

    Konvenuta: Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft

    Domandi preliminari

    1)

    Il-konvenuta Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft tikkostitwixxi impriża fis-sens ta' l-Artikoli 81 u 82 KE?

    2)

    L-obbligu tar-rikorrenti li tirreġistra ma' l-assoċjazzjoni konvenuta jikkonstitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju?


    Top