EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0434

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/434 tat-13 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

ĠU L 67, 14.3.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/434/oj

Related international agreement

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/434

tat-13 ta' Frar 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

F'Novembru 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jiftħu negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp (“il-Ftehim”).

(2)

In-negozjati dwar il-Ftehim rnexxew u l-Ftehim ġie inizjalat fit-2 ta' Lulju 2015 f'Kabul.

(3)

L-Artikolu 59 tal-Ftehim jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim qabel ma jidħol fis-seħħ.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

(5)

L-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni u l-applikazzjoni provviżorja ta' partijiet mill-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan huma mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'konformità mat-Trattati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim ċitat.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

1.   Sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 59 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, iżda biss sal-punt li dawn ikopru materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, inkluż materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:

(a)

Artikolu 2 (Prinċipji ġenerali);

(b)

Artikolu 3 (Djalogu politiku);

(c)

Artikolu 4 (Drittijiet tal-bniedem);

(d)

Artikolu 5 (Ugwaljanza bejn is-sessi);

(e)

Titolu III (Kooperazzjoni għall-iżvilupp);

(f)

Titolu IV (Kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment);

(g)

Artikolu 28 (Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni);

(h)

Titolu VII (Kooperazzjoni reġjonali);

(i)

Titolu VIII (Qafas istituzzjonali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim;

(j)

Titolu IX (Dispożizzjonijiet finali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim;

2.   Id-data minn meta l-partijiet tal-Ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


Top