Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1188

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1188/oj

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1188

tat-28 ta' April 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħall-ħiters tal-post lokali.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post lokali li s-soltu jintużaw għat-tisħin fil-bini residenzjali u kummerċjali. Dan l-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post lokali li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-fażi tal-użu.

(5)

L-istudju ta' tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post lokali, mhumiex meħtieġa iktar rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post lokali maħsubin biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi u bl-elettriku. Il-ħiters tal-post lokali li għandhom il-funzjonalità tat-tisħin indirett permezz ta' fluwidu wkoll jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali ġie stmat li kien ta' 1 673 PJ fl-Unjoni fl-2010 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 40,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 75,3 miljun tunnellata ta' diossidu tal-karbonju (CO2). Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali mistenni jkun ta' 1 630 PJ fl-2020 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 39,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 71,6 miljun tunnellata ta' CO2.

(8)

Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post lokali jista' jkompli jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti.

(9)

Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali kienu ekwivalenti għal 5,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2010. Il-miżuri speċifiċi adottati mill-Istati Membri u l-iżvilupp teknoloġiku mistennija jwasslu biex dawn l-emissjonijiet ikunu ekwivalenti għal 4,9 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2020.

(10)

L-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali jistgħu jkomplu jitnaqqsu billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawk il-prodotti.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 (2) flimkien huma mistennija jwasslu għal iffrankar stmat tal-enerġija ta' madwar 157 PJ (3,8 Mtoe) fis-sena sal-2020 u għal tnaqqis ta' 6,7 miljun tunnellata fl-emissjonijiet relatati tas-CO2.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament huma mistennija jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun ekwivalenti għal 0,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fis-sena sal-2020.

(13)

Dan ir-Regolament ikopri prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti. Jekk jiġu imposti l-istess rekwiżiti tal-effiċjenza fuq dawn il-prodotti, ċerti teknoloġiji ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq u l-konsumaturi jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan. Minħabba f'hekk, rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu jikkorrispondu mal-potenzjal ta' kull teknoloġija joħolqu kundizzjonijiet indaqs fis-suq.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti marbutin mal-konsum tal-enerġija u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex is-suq intern jaħdem aħjar u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti.

(15)

L-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali tonqos meta dawn jitħaddmu fir-realtà meta mqabbla mal-effiċjenza enerġetika mkejla fit-testijiet. Sabiex l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post titqarreb lejn l-effiċjenza enerġetika utli, il-manifatturi għandhom jiġu mħeġġa jużaw il-kontrolli. Għal dan il-għan, qed jiġi ssoponut skont globali għal din id-differenza bejn dawn iż-żewġ valuri, li wieħed jista' jirkuprah billi jagħżel għadd ta' għażliet ta' kontroll.

(16)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m'għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post lokali jew kemm prezzhom ikun għall-but ta' kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m'għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(17)

L-iskeda taż-żmien biex jiddaħħlu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tkun tali li tippermetti biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Hija għandha tqis kwalunkwe impatt tal-kostijiet għall-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(19)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(20)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif mogħti fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x'jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(21)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tagħhom.

(22)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti valuri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom ikun disponibbli b'mod wiesa' u jkun aċċessibbli faċilment.

(23)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali għal użu domestiku li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas u ta' ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali li jkollhom potenza termika nominali tal-prodott jew ta' segment wieħed minnu ta' 120 kW jew inqas.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

(e)

għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

(f)

għall-istufi tas-sawna;

(g)

għall-ħiters dipendenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament;

2.

“ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra dawk għal użu kummerċjali;

3.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi;

4.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi;

5.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;

6.

“ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali mudwal jew ħiter tal-post lokali bit-tubi;

7.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

8.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

9.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku portabbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art, ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jiddi b'mod viżibbli jew ħiter dipendenti;

10.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex maħsub biex jakkumula l-enerġija termali u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li ma jkunx inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

11.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jaħżen is-sħana fin-nukleu iżolat akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxa din is-sħana għal bosta sigħat wara l-fażi ta' akkumulazzjoni;

12.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

13.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element li jarmi s-sħana għandu jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex ir-radjazzjoni termali tiegħu ssaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu żieda ta' mill-inqas 130 °C fit-temperatura tal-gradilja li tkun qed tgħatti l-element li jarmi s-sħana u/jew żieda ta' 100 °C fit-temperatura tal-uċuħ l-oħra kollha;

14.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddi b'mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu temperatura ta' mill-inqas 650 °C;

15.

“stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

16.

“ħiter dipendenti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li ma jkunx kapaċi jaħdem waħdu u li jrid jirċievi sinjali minn apparat ewlieni estern li jintuża biex jirregola l-ħiter li ma jkunx jifforma parti minn dak il-prodott iżda li jkun imqabbad miegħu permezz ta' wajer pilota, mingħajr wajers, permezz ta' kejbil tal-elettriku jew permezz ta' teknika ekwivalenti, sabiex jiġi rregolat kemm toħroġ sħana fil-kamra li fiha l-prodott ikun installat;

17.

“ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab;

18.

“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija;

19.

“sistema ta' ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn berner wieħed, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' berner jistgħu jgħaddu għal ġol-berner li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' diversi berners iridu jinħarġu 'l barra permezz ta' fann tal-egżost wieħed;

20.

“segment tal-ħiter bit-tubi” tfisser parti minn sistema ta' ħiter bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim indipendenti u li għalhekk tkun tista' tiġi ttestjata b'mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi;

21.

“ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

22.

“ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

23.

“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

24.

“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

25.

“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

26.

“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

27.

“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

28.

“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

29.

“potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c ) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm b'mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

30.

“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

31.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1, fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali.

2.   Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2018.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3(b) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta' referenza

L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:

jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx);

jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika;

il-validità tal-fatturi ta' korrezzjoni użati għall-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali;

kemm hu adegwat li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

(2)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

(3)

“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/kWhinput abbażi tal-valur kalorifiku gross (il-GCV) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali;

(4)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

(5)

“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(6)

“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali, fejn:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu domestiku, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-NCV u/jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC; u

(b)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-GCV u f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;

(7)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(8)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(9)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

(10)

“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

(11)

“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel u jirregola t-temperatura interna tiegħu biex ivarja l-ammont ta' sħana akkumulata;

(12)

“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra;

(13)

“kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija” tfisser sensur imħaddem b'mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew apparat li t-tagħbija tas-sħana tiegħu tista' tiġi rregolata mill-fornitur tal-enerġija;

(14)

“potenza termika megħjuna minn fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'fann wieħed jew iktar integrati fih li jkunu jistgħu jiġu rregolati biex ivarjaw il-potenza termika skont id-domanda għas-sħana;

(15)

“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

(16)

“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

(17)

“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(18)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(19)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

(20)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

(21)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

(22)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

(23)

“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

(24)

“b'kontroll ta' bidjien adattabbli” tfisser il-funzjoni li tbassar l-aħjar mument biex jingħata bidu għat-tisħin u li tagħti bidu għal dan it-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tat-temperatura li għandu jintlaħaq fil-ħin mixtieq;

(25)

“b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim” tfisser li l-prodott għandu funzjoni li titfih b'mod awtomatiku wara ċertu perjodu taż-żmien li jkun stabbilit minn qabel;

(26)

“b'sensur b'boċċa sewda” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti;

(27)

“stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;

(28)

“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

(29)

“modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

(30)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

(31)

“potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika kkombinata tas-segmenti tat-tubi fil-konfigurazzjoni li biha s-sistema titqiegħed fis-suq, mogħtija f'kW;

(32)

“potenza termika ta' segment tat-tubi” tfisser il-potenza termika, mogħtija f'kW, ta' segment tat-tubi li, flimkien ma' segmenti tat-tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta' sistema tat-tubi;

(33)

“fattur radjanti fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-prodott meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, li jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni tal-enerġija infraħamra tiġi diviża bl-input totali tal-enerġija abbażi tal-valur kalorifiku nett (NCV) tal-fjuwil meta l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

(34)

“l-iżolament tal-involkru” tfisser il-livell ta' iżolament termali tal-involkru jew tal-għata tal-prodott użati biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf tas-sħana f'każ li l-prodott ikun jista' jitqiegħed barra;

(35)

“fattur ta' telf mill-involkru” tfisser it-telf tas-sħana, mogħti bħala perċentwali, minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li jiddependi mit-trażmittanza tal-involkru rilevanti ta' dik il-parti;

(36)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur;

(37)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali.


(1)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 42 %;

(ii)

il-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 72 %;

(iii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 36 %;

(iv)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 250 W għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

(v)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' 250 W jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 34 %;

(vi)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38,5 %;

(vii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

(viii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

(ix)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 1,2 kW għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

(x)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' 1,2 kW jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 31 %;

(xi)

il-ħiters tal-post lokali mudwalin għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 85 %;

(xii)

il-ħiters tal-post lokali bit-tubi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 74 %.

2.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ u mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi m'għandhomx jaqbżu l-130 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

(ii)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi m'għandhomx jaqbżu l-200 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

3.   Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

(i)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(1)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 2, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(3)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 3, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(4)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(5)

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

(ii)

id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(1)

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(2)

lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, jekk din tkun tapplika.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

(i)

għall-ħiters tal-post lokali bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali b'fetħa għaċ-ċumnija biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott mhux adattat biex jintuża bħala apparat ewlieni għat-tisħin.”;

(1)

fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

(2)

fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

(3)

fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

(ii)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott huwa adattat biss biex jintuża f'postijiet b'iżolament tajjeb jew biex jintuża darba fil.”;

(1)

fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

(2)

fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

(3)

fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

Tabella 1

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

 

 

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (*)

NOx

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

[mg/kWhinput] (abbażi tal-GCV)

 

 

 

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

 

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-elettriku awżiljarju

 

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

 

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

 

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

 

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

 

 

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

 

 

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

 

 

b'kontroll ta' bidjien adattabbli

[iva/le]

 

 

b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

[iva/le]

 

 

b'sensur b'boċċa sewda

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

 

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

 

 

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


Tabella 2

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

Identifikatur(i) tal-mudell:

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Unità

Potenza termika

 

It-tip ta' input termiku għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti biss (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

 

kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

[iva/le]

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

 

kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

[iva/le]

Potenza termika massima kontinwa

Pmax,c

x,x

kW

 

kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

[iva/le]

Konsum tal-elettriku awżiljarju

 

 

 

 

potenza termika megħjuna minn fann

[iva/le]

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

 

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

 

potenza termika bi stadju wieħed u mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

 

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

 

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

 

kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

 

 

kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

 

 

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

 

 

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

 

 

b'kontroll ta' bidjien adattabbli

[iva/le]

 

 

b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

[iva/le]

 

 

b'sensur b'boċċa sewda

[iva/le]

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


Tabella 3

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

Identifikatur(i) tal-mudell:

It-tip ta' tisħin: [mudwal/b'tubi radjanti]

Fjuwil

Fjuwil

 

 

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (**)

NOx

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

 

mg/kWhinput (abbażi tal-GCV)

 

 

 

 

 

Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

 

Effiċjenza utli (abbażi tal-GCV) — għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi biss  (***)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

Potenza termika minima (bħala perċentwali tal-potenza termika nominali)

..

[x]

%

 

 

 

 

 

Potenza termika nominali tas-sistema tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

Psystem

x,x

kW

 

 

 

 

 

Potenza termika nominali tas-segment tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

Pheater,i

[x,x/N.A.]

kW

 

Effiċjenza utli tas-segment tat-tubi fil-potenza termika minima (jekk din tkun applikabbli)

ηi

[x,x/N.A.]

%

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

[x,x/N.A.]

kW

 

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

[x,x/N.A.]

%

l-għadd ta' segmenti tat-tubi identiċi

n

[x]

[-]

 

 

 

 

 

Fattur radjanti

 

 

 

 

Telf mill-involkru

 

 

 

fattur radjanti fil-potenza termika nominali

RFnom

[x,x]

[-]

 

Klassi tal-iżolament tal-involkru

U

 

W/(m2K)

fattur radjanti fil-potenza termika minima

RFmin

[x,x]

[-]

 

Fattur ta' telf mill-involkru

Fenv

[x,x]

%

fattur radjanti ta' segment tat-tubi fil-potenza termika nominali

RFi

[x,x]

[-]

 

Ġeneratur tas-sħana li għandu jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna

 

[iva/le]

 

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-elettriku awżiljarju

 

It-tip ta' kontroll tal-potenza termika (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

 

bi stadju wieħed

[iva/le]

 

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

 

b'żewġ stadji

[iva/le]

 

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

 

modulabbli

[iva/le]

 

 

 

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

 

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

 

 

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(*)  

NOx = l-ossidi tan-nitroġenu

(**)  

NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.

(***)  Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, l-effiċjenza termali pponderata hija awtomatikament ta' 85,6 %.


ANNESS III

Kejl u kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

3.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-ħżin tas-sħana u l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.

(b)

Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5.

4.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet

(a)

Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx). L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu.

5.   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

ηS = ηS,on – 10 % + F(1) + F(2) + F(3) – F(4) – F(5)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

ηS = ηS,on F(1) – F(4) – F(5)

fejn:

ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 5(b);

F(1) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-ħżin tas-sħana u għall-potenza termika; u l-kontribut negattiv tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-potenza termika, mogħti f'perċentwali;

F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku u ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali.

F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali;

F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali.

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali tal-elettriku u l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

ηS,on = ηth,nom

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku:

Formula

fejn:

CC huwa “l-koeffiċjent ta' konverżjoni” tal-enerġija elettrika f'enerġija primarja.

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, ηth,on għandha valur ta' 100 %.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

ηS,on = ηS,th · ηS,RF

fejn:

ηS,th hija l-effiċjenza termali pponderata, mogħtija f'perċentwali;

ηS,RF hija l-effiċjenza tal-emissjonijiet, mogħtija f'perċentwali.

Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, ηS,th għandha valur ta' 85,6 %;

Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi:

ηS,th = (0,15 · ηth,nom + 0,85 · ηth,min ) – Fenv

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali;

ηth,min hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika minima abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali.

Fenv huwa t-telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana, mogħti f'perċentwali;

Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat ġol-ispazju ta' fuq ġewwa li jrid jissaħħan, it-telf mill-involkru jkun ta' 0 (żero).

Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna, il-fattur ta' telf mill-involkru jkun jiddependi fuq it-trażmittanza termali tal-involkru tal-ġeneratur tas-sħana skont it-Tabella 4.

Tabella 4

Il-fattur ta' telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana

It-trażmittanza termali tal-involkru (U)

 

U ≤ 0,5

2,2 %

0,5 < U ≤ 1,0

2,4 %

1,0 < U ≤ 1,4

3,2 %

1,4 < U ≤ 2,0

3,6 %

U > 2,0

6,0 %

L-effiċjenza tal-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

RFS huwa l-fattur radjanti tal-ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, mogħti f'perċentwali.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali kollha minbarra s-sistemi tat-tubi:

RFS = 0,15 · RFnom + 0,85 · RFmin

fejn:

RFnom , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

RFmin , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali.

Għas-sistemi tat-tubi:

Formula

fejn:

RFnom,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

RFmin,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

Pheater,i , hija l-potenza termika ta' kull segment tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV;

Psystem , hija l-potenza termika tas-sistema kollha tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV.

L-ekwazzjoni t'hawn fuq tapplika biss jekk il-berner, it-tubi u r-rifletturi tas-segment tat-tubi użati fis-sistema tat-tubi jkunu tfasslu bl-istess mod bħal ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed u jekk il-konfigurazzjonijiet li jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-segment tat-tubi jkunu bħal dawk ta' ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed.

(c)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-input termiku u tal-potenza termika u jekk is-sħana tkunx titqassam permezz tal-konvezzjoni naturali jew megħjuna minn fann għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-kontribut negattiv marbut mal-kapaċità tal-prodott li jirregola l-potenza termika tiegħu.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika, F(1), huwa kkalkulat kif ġej:

F'każ li l-prodott ikun mgħammar b'waħda mill-għażliet murija fit-Tabella 5 (li jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku), il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jiżdied mal-valur korrispondenti ta' dik l-għażla.

Tabella 5

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

Perċentwal li bih jiżdied F(1)

Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

0,0 %

Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

2,0 %

Kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija

3,5 %

F'każ li l-potenza termika tal-ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti tkun megħjuna minn fann, għandu jiżdied ukoll 1,5 % ieħor mal-fattur ta' korrezzjoni F(1).

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika huwa kkalkulat kif ġej:

Tabella 6

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

It-tip ta' kontroll tal-potenza termika tal-prodotti:

Kalkolu ta' F(1):

bi stadju wieħed

F(1) = 5 %

b'żewġ stadji

Formula

modulabbli

Formula

Il-valur minimu tal-fattur ta' korrezzjoni F(1) huwa ta' 2,5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali b'żewġ stadji u ta' 5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali modulabbli.

Għall-ħiters tal-post lokali li mhumiex ħiters tal-elettriku akkumulanti jew ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jkun ta' 0 (żero).

(d)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 7, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.

Tabella 7

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

F(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

portabbli

fissi

akkumulanti

ta' taħt l-art

b'diffużjoni radjanti

Potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

Żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

1,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

2,0 %

1,0 %

B'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

6,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

2,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

7,0 %

3,0 %

1,5 %

3,0 %

2,0 %

4,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

8,0 %

5,0 %

2,5 %

5,0 %

3,0 %

6,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

9,0 %

7,0 %

3,5 %

7,0 %

4,0 %

7,0 %

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) ma japplikax għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali.

(e)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 8, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.

Tabella 8

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

F(3)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

portabbli

fissi

akkumulanti

ta' taħt l-art

b'diffużjoni radjanti

Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

1,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

2,0 %

1,0 %

Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

B'għażla ta' kontroll mill-bogħod

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

B'kontroll ta' bidjien adattabbli

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

0,0 %

0,0 %

B'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

1,0 %

0,0 %

B'sensur b'boċċa sewda

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

1,0 %

0,0 %

(f)

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW;

α huwa fattur li jqis jekk il-prodott huwiex konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (1) jew le;

jekk il-prodott ikun konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 0 (żero);

jekk il-prodott ma jkunx konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 1.3.

Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

(g)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, dan il-fattur huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

F'każ li l-prodott ma jkollux dawl (fjamma) pilota permanenti, il-valur ta' Ppilot ikun ta' 0 (żero).

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).


ANNESS IV

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tistax tkun inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi għal użu domestiku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi għal użu domestiku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi għal użu domestiku, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) ma jkunux jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ma tkunx iktar minn 10 % inqas mill-valur iddikjarat;

(g)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) ma jkunux jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a) jew 2(b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(c) sa 2(i), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur bħala prodotti ekwivalenti.

4.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi għal użu domestiku, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi għal użu domestiku, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi għal użu domestiku, il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 10 % inqas mill-valur iddikjarat;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %.

5.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell għandu jitqies li mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

6.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS V

Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

1.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali:

(a)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 65 %;

(b)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 88 %;

(c)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku: iktar minn 39 %;

(d)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali mudwalin: 92 %;

(e)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 88 %.

2.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

(b)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.


Top