Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0869

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ĠU L 142, 6.6.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/869/oj

    6.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 142/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/869

    tal-5 ta' Ġunju 2015

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (2)

    Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 (2) li tipprovdi li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (3) għandhom japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna, u sas-6 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' erba' persuni.

    (3)

    Fil-5 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/876 (4) li tipprovdi li fir-rigward ta' waħda minn dawk l-erba' persuni, il-miżuri restrittivi għandhom japplikaw sas-6 ta' Ottubru 2015 u għal żewġ persuni minn dawk il-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom japplikaw sa [6 ta' Marzu 2016]. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet marbuta ma' dawk il-persuni għandha tiġi aġġornata.

    (4)

    Persuna waħda ma għandhiex tibqa' fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. RINKĒVIČS


    (1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal- 5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ara paġna 30 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS

    1)

    Il-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 mis-6 ta' Ġunju 2015:

    Entrata Nru 8 — Viktor Viktorovych Yanukovych (Віктор Вікторович Янукович) (iben l-eks President)

    2)

    L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    4.

    Olena Leonidivna Lukash (Олена Леонідівна Лукаш), Elena Leonidovna Lukash (Елена Леонидовна Лукаш)

    imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (Moldova), eks Ministru tal-Ġustizzja

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi

    6.3.2014

    10.

    Serhii Petrovych Kliuiev (Сергій Петрович Клюєв), Serhiy Petrovych Klyuyev

    Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna deżinjata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

    6.3.2014

    13.

    Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk (Дмитро Володимирович Табачник)

    Imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-involviment fil-miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi.

    6.3.2014


    Top