This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008H0205
Council Recommendation of 3 March 2008 adapting Recommendation 98/376/EC on a parking card for people with disabilities, by reason of the accession of the Republic of Bulgaria, the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, Romania, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 3 ta' Marzu 2008 li tadatta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 3 ta' Marzu 2008 li tadatta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka
ĠU L 63, 7.3.2008, pp. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 63/43 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta' Marzu 2008
li tadatta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka
(2008/205/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, u partikolarment l-Artikolu 57 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta’ Jannar 2007 u jeħtieġu li jiġu adattati minħabba adeżjoni, ma sarx provvediment għall-adattamenti meħtieġa fl-Atti ta’ Adeżjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 57 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, dawn l-adattamenti għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill adotta l-att oriġinali. |
|
(3) |
Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għal persuni b’diżabbiltà (1), għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
JIRRAKKOMANDA:
Ir-Rakkomandazzjoni 98/376/KE hija b’dan emendata kif stabbilit fl-Anness.
Magħmula fi Brussel, 3 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODOBNIK
ANNESS
Ir-Rakkommandazzjoni 98/376/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
Taħt is-seba’ inċiż tal-punt D ta’ l-Anness, il-lista ta’ kodiċijiet ta’ distinzjoni tinbidel b’din li ġejja:
|
|
2. |
Fil-punt E ta’ l-Anness, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Jekk Stat Membru jixtieq juża lingwa nazzjonali li mhix waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Iżvediż, għandu jagħmel verżjoni bilingwa tal-kard u juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.” |