This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0061
2008/61/EC: Commission Decision of 17 January 2008 amending Annex II to Council Decision 79/542/EEC as regards the imports of bovine fresh meat from Brazil (notified under document number C(2008) 28) (Text with EEA relevance)
2008/61/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Jannar 2008 li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 28) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/61/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Jannar 2008 li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 28) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 15, 18.1.2008, p. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477
18.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 15/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Jannar 2008
li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 28)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/61/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-punti (1) u (4) ta' l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa, il-kondizzjonijiet tas-saħħa u veterinarja għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistipula li importazzjonijiet ta’ dawk l-annimali u l-laħam għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati mudell xierqa mfassla f’dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Mill-2003 'l hawn, ġew identifikati xi defiċjenzi fir-rigward ta’ rekwiżiti Komunitarji ta’ importazzjonijiet għal laħam tal-bovini matul il-missjonijiet tal-Kummissjoni fil-Brażil. Xi wħud minn dawn id-defiċjenzi ġew indirizzati mill-Brażil, iżda xi missjonijiet tal-Kummissjoni ta' dan l-aħħar madankollu identifikaw każi serji ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tar-reġistrazzjoni tar-razzett, l-identifikazzjoni ta’ l-annimal u l-kontroll ta’ moviment u nuqqas ta’ rispett fir-rigward ta’ l-impenji tagħhom ta’ qabel biex jieħdu l-miżuri korrettivi xierqa. |
(3) |
Huwa biss possibbli li jitħallew l-importazzjonijiet fuq bażi sigura permezz tat-tisħiħ tal-kontroll u s-sorveljanza ta’ l-irziezet li minnhom ġejjin l-annimali eliġibbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u permezz ta’ l-istabbiliment ta’ lista proviżorja ta’ rziezet approvati bħal dawn stipulata mill-Brażil, li għaliha huma pprovduti garanziji li dawn jilħqu bis-sħiħ ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat lejn il-Komunità, li huma vverifikati u spezzjonati, u li għalihom rapporti sħaħ ta’ verifiki u spezzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni. |
(4) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu spezzjonijiet fil-qafas ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f'pajjiżi terzi biex jivverifikaw li r-rekwiżiti ta' l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea qed jintlaħqu fl-irziezet elenkati. |
(5) |
Il-lista proviżorja ta’ l-irziezet tista’ tiġi rriveduta wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet. Din il-lista ta’ rziezet approvati għandha tkun tista' tinkiseb pubblikament permezz ta’ TRACES - is-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata tal-Kummissjoni. |
(6) |
Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta fil-lista ta’ pajjiżi terzi li jitħallew jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità f'Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE li biss laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat u miksub minn annimali maqtula wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċizjoni jista’ jiġi aċċettat għall-importazzjoni lejn il-Komunità, billi fir-rigward ta’ laħam bħal dan biss jistgħu jiġu ggarantiti r-rekwiżiti l-ġodda li jikkonċernaw l-irziezet approvati. Fl-istess ħin huwa opportun li jiġi kkoreġut żball f’dik it-tabella. |
(7) |
Il-lista ta’ pajjiżi terzi f’Parti 1 ta’ l-Anness II u l-mudell taċ-ċertifikat “BOV” fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom għalhekk jinbidlu kif xieraq. |
(8) |
Biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ, il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat iċċertifikat u mibgħut qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċizjoni għandhom jitħallew għall-importazzjoni lejn il-Komunità għal perjodu speċifiku. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-lista’ ta’ pajjiżi terzi kif stipulat f'Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, ir-rig tat-territorju “BR – Brażil” huwa ssostitwit b’dan li ġej:
BR – Brazil |
“BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
BR-1 |
Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta' Espíritu Santo; L-Istat ta' Goias; Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li tinkludi l-unitajiet reġjonali ta':
L-Istat ta’ Rio Grande do Sul |
BOV |
A u H |
1 |
|
31 ta’ Jannar 2008 |
||||||||||||
BR-2 |
L-Istat ta’ Santa Catarina |
BOV |
A u H |
1 |
|
31 ta’ Jannar 2008” |
Artikolu 2
Fiċ-ċertifikat veterinarju “BOV” stipulat f’Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE:
(1) |
It taqsima 10.3 hija sostitwita b'dan li gej:
|
(2) |
Wara n-nota (18) tiżdied in-nota (19) li ġejja:
|
Artikolu 3
Il-kunsinni tal-laħam frisk tal-bovini mingħajr għadam u mmaturat li għalihom ħarġu ċertifikati veterinarji skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE qabel l-emendi introdotti bid-Deċiżjoni preżenti b’data ta’ ħruġ qabel il-31 ta' Jannar 2008 u li kienu fi triqthom lejn il-Komunità f'dik id-data jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità sal-15 ta' Marzu 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-31 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.
(2) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/736/KE (ĠU L 296, 15.11.2007, p. 29).