This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0049
Commission Directive 2007/49/EC of 26 July 2007 amending Directive 2003/91/EC setting out implementing measures for the purposes of Article 7 of Council Directive 2002/55/EC as regards the characteristics to be covered as a minimum by the examination and the minimum conditions for examining certain varieties of vegetable species (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/49/KE tas- 26 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/49/KE tas- 26 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 195, 27.7.2007, p. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
27.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 195/33 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE
tas-26 ta’ Lulju 2007
li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office - CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta’ gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants - UPOV). |
(2) |
Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ulterjuri ta’ gwida għal numru ta’ speċi oħra, jew aġġornaw dawk eżistenti. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/91/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).
(2) ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/127/KE (ĠU L 343, 8.12.2006, p 82).
ANNESS
ANNESS I
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO
Isem Xjentifiku |
Isem komuni |
Il-protokoll tas-CPVO |
Allium cepa L. (il-grupp Cepa) |
Onion u Echalion |
TP 46/1 ta’ l-14.6.2005 |
Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum) |
Allium ascalonicum (shallot) |
TP 46/1 ta’ l-14.6.2005 |
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/1 tal-15.11.2001 |
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/1 tal-25.3.2004 |
Asparagus officinalis L. |
Asparagu |
TP 130/1 tas-27.3.2002 |
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/1 tal-15.11.2001 |
Brassica oleracea L. |
Brokkli li qed inibbet jew Kalabris |
TP 151/2 tal-21.3.2007 |
Brassica oleracea L. |
Brussels sprouts |
TP 54/2 ta’1.12.2005 |
Brassica oleracea L. |
Ġidra |
TP 65/1 tal-25.3.2004 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra |
TP 48/2 ta’ l-1.12.2005 |
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew Bżar |
TP 76/2 tal-21.3.2007 |
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma |
TP 118/2 ta’ l-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 ta’ l-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra witloof |
TP 173/1 tal-25.3.2004 |
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. Et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/1 tal-21.3.2007 |
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 tal-21.3.2007 |
Cucumis sativus L. |
Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat |
TP 61/1 tas-27.3.2002 |
Cucurbita pepo L. |
Qara’ bagħli jew Zukkini |
TP 119/1 tal-25.3.2004 |
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ |
TP 184/1 tal-25.3.2004 |
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti għall-għalf |
TP 49/2 ta’ l-1.12.2005 |
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/1 tal-25.3.2004 |
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/3 tal-21.3.2007 |
Lycopersicon esculentum Mill. |
Tadam |
TP 44/3 tal-21.3.2007 |
Petroselinum crispum(Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira u Fażola tixxeblek |
TP 12/2 ta’ l-1.12.2005 |
Pisum sativum(partim) |
Piżella mkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea) |
TP 7/1 tas-6.11.2003 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell |
TP 64/1 tas-27.3.2002 |
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/1 tas-27.3.2002 |
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella |
TP 75/2 tal-21.3.2007 |
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
TP Broadbean/1 tal-25.3.2004 |
Zea mays L. (partim) |
Sweet corn u Pop corn |
TP 2/2 tal-15.11.2001 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
ANNESS II
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tal-UPOV
Isem Xjentifiku |
Isem komuni |
Il-linja ta’ gwida tal-UPOV |
Allium fistulosum L. |
Il-basal ta’ l-għenieqed Ġappuniż jew il-basla ta’ Wales |
TG/161/3 ta’ l-1.4.1998 |
Allium schoenoprasum L. |
Il-kurrat salvaġġ |
TG/198/1 tad-9.4.2003 |
Apium graveolens L. |
Karfus |
TG/82/4 tas-17.4.2002 |
Apium graveolens L. |
Krafes |
TG/74/4 corr. tas-17.4.2002 + 5.4.2006 |
Beta vulgaris L. |
Spinach beet jew Chard |
TG/106/4 tal-31.3.2004 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham |
TG/60/6 tat-18.10.1996 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla |
TG/90/6 tal-31.3.2004 |
Brassica rapa L. |
Kaboċċa taċ-Ċina |
TG/105/4 tad-9.4.2003 |
Brassica rapa L. |
Turnip (xorta ta’ Brassica) |
TG/37/10 ta’ l-4.4.2001 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana |
TG/154/3 tat-18.10.1996 |
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa |
TG/155/4 ta’ l-14.3.2007 |
Raphanus sativus L. |
Salsafja sewda |
TG/63/6 ta’ l-24.3.1999 |
Rheum rhabarbarum L. |
Ir-Rabarbru |
TG/62/6 ta’ l-24.3.1999 |
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew salsafja sewda; |
TG/116/3 tal-21.10.1988 |
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TG/117/4 tas-17.4.2002 |
It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).