Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0451

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/451/ĠAI tat- 13 ta' Ġunju 2005 li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 158, 21.6.2005, p. 26–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 193–194 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/01/2007; Imħassar b' 32006R1987

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/451/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    193


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/451/ĠAI

    tat-13 ta' Ġunju 2005

    li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 871/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1) (ir-“Regolament tal-Kunsill”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Frar 2005 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2).

    (2)

    Skond l-Artikolu 2(1), (2) u (3) ta' dik id-Deċiżjoni, xi dispożizzjonijiet tagħha jieħdu effett fid-dati speċifikati fiha.

    (3)

    Huwa xieraq li dispożizzjonijiet identiċi tar-Regolament tal-Kunsill japplikaw mill-istess dati.

    (4)

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill jispeċifika li r-Regolament tal-Kunsill japplika minn data stabbilita mill-Kunsill, malli l-pre-kondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew sodisfatti, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi dati differenti għall-applikazzjoni ta' diżpożizzjonijiet differenti.

    (5)

    Il-pre-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(1), (3), (7) u (8) tiegħu.

    (6)

    Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta' dawk id-diżpożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4).

    (7)

    Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta' dawk id-diżpożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti diżpożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim (6).

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   L-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill għandu japplika mit-13 ta' Ġunju 2005.

    2.   L-Artikolu 1(7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill għandu japplika mill-11 ta’ Settembru 2005.

    3.   L-Artikolu 1(1), (3), (7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill għandu japplika għall-Islanda u n-Norveġja mill-10 ta' Diċembru 2005.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.

    (2)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

    (3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    (4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    (5)  Dok. tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int

    (6)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26. u ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.


    Top