Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0102

    Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal- 5 ta' Ottubru 2004 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

    ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 229–245 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/102/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    229


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/102/KE

    tal-5 ta' Ottubru 2004

    li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/EC tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/29/KE tistipula li l-injam tal-koniferi (Coniferales), ħlief għal dak tat-Thuja L., fil-forma ta’ kaxxi ta’ l-ippakkjar, ċestuni, tankijiet, paliti, kaxxi tal-paliti jew twavel oħra tat-tagħbija, dunnage, spacersbearers li jinkludu dawk li ma żammewx il-wiċċ tond naturali tagħhom, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Korea, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti għandha titneħħilhom il-qoxra, u l-ħofor tas-susa li jkunu ikbar minn 3 mm bejn naħa u oħra, u li jkollhom kontenut umduż espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, ta’ inqas minn 20%, milħuq fil-ħin tal-manifattura.

    (2)

    L-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri tal-Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta' l-injam fil-kummerċ internazzjonali  (2) fihom miżuri fitosanitarji fir-rigward tal-moviment tal-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, ċestuni, tankijiet, paliti, twavel tat-tagħbija, għenuq tal-paliti u dunnage, immirati li jnaqqsu r-riskju ta’ l-introduzzjoni u/jew tixrid tal-parassiti tal-kwarantina assoċjati mal-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, magħmul mill-injam mhux maħdum tal-koniferi jew le, li jintuża fil-kummerċ internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE fuq il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam għandhom jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-istess Linji ta’ Gwida.

    (3)

    Id-dispożizzjonijiet għall-injam li joriġina mill-pajjiżi fejn il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. hija magħrufa li sseħħ ghandhom ikunu mmodifikati għal trattamenti tekniċi ġodda kontra l-patoġeni u jiġu disponibbli.

    (4)

    Id-dispożizzjonijiet għall-injam li joriġinaw mir-Russja, il-Każakstan, u t-Turkija u pajjiżi terzi oħrajn għandhom jiġu mtejba u aġġustati biex jipproteġu aħjar il-Komunità kontra l-introduzzjoni ta’ l-injam li jaffettwa l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u jittieħdu in konsiderazzjoni trattamenti tekniċi ġodda, li ġew disponibbli riċentement kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-injam.

    (5)

    Dawn il-miżuri mtejba għandhom jinkludu l-użu ta’ “ċertifikat fitosanitarju” għall-prodotti ta’ l-injam li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr. għandhom jiġu mtejba biex tittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni aġġornata tal-preżenza taghhom fil-Komunità, ir-riskju li tiġi introdotta u mxerda fil-Komunità b’injam u l-qoxra iżolata tal-Castanea Mill., billi jiġu ristretti għal żoni protetti fir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit fejn kien determinat li dan l-organiżmu m’huwiex preżenti.

    (7)

    Id-dispożizzjonijiet f’dak li jirrigwarda prodotti ta' l-injam li għandhom ikunu suġġetti għall-ispezzjoni tas-saħħa tal-pjanti fil-pajjiż ta' l-oriġini jew il-pajjiż li jikkunsinna li joriġina barra l-Komunità qabel ma jitħalla jidħol fil-Komunità jew jiċċaqlaq fil-Komunità, irid jiġi mmodifikat fid-dawl tat-tibdil magħmul fir-rekwiżiti tekniċi fuq injam bħal dan u tibdil fit-tariffa u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Komuni Doganali.

    (8)

    Id-dispożizzjonijiet f’dak li jirrigwarda r-riskju ta’ l-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara tal-qoxra iżolata tal-koniferi (Coniferales) li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi għandhom ikunu mmodifikati, hekk kif informazzjoni ġdida tkun disponibbli fuq it-trattament ta’ qoxra iżolata bħal din, li jagħmlu ovvju r-riskju msemmi hawn fuq.

    (9)

    L-organiżmu li jagħmel il-ħsara Ceratocystis virescens (Davidson) Moreau jista’ jiġi l-isem li jkun ġeneralment aċċettat għall-organiżmu Ceratocystis coerulescens (Münch) Bakshi.

    (10)

    L-Annessi rilevanti għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom ghalhekk jiġu emendati kif xieraq.

    (11)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih mal-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabelli ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2005.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tkun din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, nhar l-5 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000,p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2004/70/KE (ĠU L 127,tad-29.4.2004, p. 97)

    (2)  ISPM Nru 15, Marzu 2002, FAO, Ruma


    ANNESS

    1.

    F’Anness II, Parti A, Sezzjoni I, punt (c) 4 jiġi sostitwit kif ġej:

    “4.

    Ceratocystis virescens (Davidson) Moreau

    Pjanti tal- Acer saccharum Marsh., minbarra frott u żrieragħ, li joriġina fl-Istati Uniti u l-Kanada, injam ta’ l-Acer saccharum Marsh., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali, li joriġina fl-Istati Uniti u l-Kanada”

    2.

    F’Anness II, Parti A, Sezzjoni II, punt (c) 3, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Pjanti tal- Castanea Mill u Quercus L., intenzjonati għaż-żriegħ, minbarra żrieragħ”.

    3.

    F’Anness II, Parti B(c), il-punt li ġej jiġi miżjud qabel punt 1:

    “01

    Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr.

    Injam, eskluż l-injam li m’għandux qoxra, u l-qoxra iżolata tal-Castanea Mill.'

    CZ, DK, EL, (Kreta, Lesvos) IRL, S, RE (minbarra l- Gżira ta’ Man)”

    4.

    F’Anness III, Parti A, punt 4 jiġi mneħħi.

    5.

    Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.1

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tal- koniferi (Coniferales), ħlief dak tat- Thuja L., minbarra fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, il-fdal ta’ l-injam u skrapp miksub kollu jew parti minnu minn dawn il-koniferi,

    materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet, u ippakkjar simili, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

    injam użat biex ifelles jew jgħin tagħbija li mhix ta’ l-injam,

    l-injam tal- Libocedrus decurrens Torr. fejn ikun hemm evidenza li l-injam ikun ġie pproċessat jew immanifatturat għall-lapsijiet fejn jintuża t-trattament tas-sħana biex tinkiseb temperatura minima ta’ 82° C għall-perjodu ta’ 7 – 8 ijiem,

    imma li tinkludi wkoll dik li ma tkunx żammet il-wiċċ tond naturali taġħha, li toriġina mill-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, it-Tajwan u l-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam ikun għadda minn trattament adattat:

    a)

    tas-sħana biex jilħaq temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal ta’ l-inqas 30 minuta. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan b’marka ‘HT’ li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti, u fuq iċ-ċertifikati kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13.1.(ii),

    jew

    b)

    fumigazzjoni skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    c)

    tixrib bi pressa kimika ma’ prodott approvat bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jiġi ndikat fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii), l-ingredjent effettiv, il-pressjoni (psi jew kPa) u l-konċentrazzjoni (%).

    1.2

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tal- koniferi (Coniferales), ħlief dak tat- Thuja L., minbarra fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp miksub kollu jew parti minnu minn dawn il-koniferi,

    li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, it-Tajwan u l-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam ikun għadda minn trattament adattat:

    a)

    trattament tas-sħana biex jilħaq temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C minn ta’ l-inqas 30 minuta, din ta’ l-aħħar tkun indikata fuq iċ-ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 13.1.(ii),

    jew

    b)

    fumigazzjoni skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    1.3

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tal- koniferi (Coniferales), ħlief dak tat- Thuja L., minbarra fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp,

    materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar ta’ kaxxi, ċestuni tankijiet u ppakkjar simili, paliti,kaxxi tal-paliti u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

    injam użat bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija li mhix ta’ l-injam,

    li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mil-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mil-Messiku, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    huwa bla qoxra,

    jew

    b)

    li għadda minn proċess ta’ inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’ jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,

    jew

    c)

    għadda minn trattament tas-sħana adattat li jilħaq temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal ta’ l-inqas 30 minuta. Għandu jkun hemm evidenza ta’ hekk b’marka ‘HT’ li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti, u fuq iċ-ċertifikati kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13.1.(ii),

    jew

    d)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    e)

    li jkun għadda minn tixrib ta’ pressa kimika ma’ prodott approvat skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii), l-ingredjent effettiv, il-pressjoni (psi jew kPa) u l-konċentrazzjoni (%).

    1.4

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tat- Thuja L., fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, skart ta’ l-injam u skrapp,

    li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Messiku, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    ġie prodott minn injam tond bla qoxra,

    jew

    b)

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura,

    jew

    c)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    d)

    li għadda minn trattament tas-sħana biex tintlaħaq it-temperatura tal-qalba minima ta’ 56°C għal mill-inqas 30 minuta, dan ta’ l-aħħar ikun indikat fuq iċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 13.1.(ii),

    1.5

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tal- koniferi (Coniferales), ħlief dak tat- Thuja L., minbarra fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp miksub kollu jew parti minnu minn dawn il-koniferi,

    materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ippakkjar simili, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

    injam użat bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux ta’ l-injam,

    imma li jinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina mir-Russja, mil-Każakstan u mit-Turkija.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    joriġina f’żoni magħrufa li fihom m’hemmx:

    Monochamus spp. (mhux Ewropew)

    Pissodes spp. (mhux Ewropew)

    Scolytidae spp. (mhux Ewropew)

    Iż-żona għandha tkun imsemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1 (ii), taħt ir-rubrika ‘post ta’ l-oriġini,’

    jew

    b)

    m’għandux qoxra u m’għandux toqob tas-susa, ikkawżati mill-ġeneru Monochamus spp (mhux Ewropew), definit għal dan l-iskop bħala dak li huma akbar minn 3mm minn naħa għall-oħra,

    jew

    c)

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li jintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’ jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,

    jew

    d)

    għadda minn trattament tas-sħana adattat li jilħaq temperatura tal-qalba minima ta’ 56°C għal ta’ l-inqas 30 minuta. Għandu jkun hemm evidenza ta’ hekk b’marka ‘HT’ li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti, u fuq iċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 13.1.(ii),

    jew

    e)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    f)

    li jkun għadda minn tixrib ta’ pressa kimika ma’ prodott approvat skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii), l-ingredjent effettiv, il-pressjoni (psi jew kPa) u l-konċentrazzjoni (%).

    1.6

    Imniżżlin jew le fost il-Kodiċi-NM-f’Anness V, Parti B, injam tal- koniferi (Coniferales), ħlief dak fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp miksub kollu jew parti minnu minn dawn il-koniferi,

    materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

    injam użat bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux ta’ l-injam,

    imma li jinkludi dawk li ma żammewx il-wiċċ tond naturali tagħhom, li joriġinaw f'pajjiżi terzi, minbarra:

    ir-Russja, il-Każakstan u t-Turkija,

    pajjiżi Ewropej

    il-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, it-Tajwan u l-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    m’għandux qoxra u m’għandux toqob tas-susa, ikkawżati mill-ġeneri Monochamus spp (mhux Ewropej), definiti għal dan l-iskop bħala dawk li huma akbar minn 3mm minn naħa għall-oħra,

    jew

    b)

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’ jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,

    jew

    c)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    d)

    li jkun għadda minn tixrib ta’ pressa kimika ma’ prodott approvat skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jiġi ndikat fuq iċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 13.1.(ii), l-ingredjent effettiv, il-pressjoni (psi jew kPa) u l-konċentrazzjoni (%).

    jew

    e)

    għadda minn trattament tas-sħana adattat li jilħaq temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal ta’ l-inqas 30 minuta. Għandu jkun hemm evidenza ta’ hekk b’marka ‘HT’ li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti, u fuq iċ-ċertifikati kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13.1.(ii),

    1.7

    Imniżżlin jew le fil-Kodiċi NM elenkati f’Anness V, Parti B, injam fil-forma ta’ laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp miksub sħiħ jew f'parti mill- koniferi (Coniferales), li joriġinaw mir-

    Russja, il-Każakstan u t-Turkija,

    pajjiżi mhux Ewropej minbarra l-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, it-Tajwan u l-Istati Uniti, fejn il- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. huwa magħruf li jeżisti

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    joriġina f’żoni magħrufa li fihom m’hemmx:

    Monochamus spp. (mhux Ewropew)

    Pissodes spp. (mhux Ewropew)

    Scolytidae spp. (mhux Ewropew)

    Iż-żona għandha tkun imsemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1 (ii), taħt ir-rubrika ‘post ta’ l-oriġini’,

    jew

    b)

    kien prodott minn injam tond bla qoxra,

    jew

    ċ)

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura.

    jew

    d)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza tal-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    e)

    li għadda minn trattament ta’ sħana adattat biex tintlaħaq it-temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal mill-inqas 30 minuta, dan ta’ l-aħħar ikun indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii)”

    6.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 2:

    “2.

    Materjal ta’ l-ippakkjar ta' l-injam, fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel tat-taghbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta, ħlief għall-injam mhux maħdum ta’ 6 mm jew inqas ħxuna, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, bis-sħana u bil-pressa, jew taħlita tagħhom, li jiġi minn pajjiżi terzi, ħlief għall-Isvizzera.

    Il-materjal ta’ l-ippakkjar għandu:

    jkun magħmul minn injam tond bla qoxra, u

    jkun suġġett għal wieħed mill-miżuri approvati kif speċifikat fl-Anness I ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru. 15 fuq Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali, u

    juri marka b’

    a)

    Kodiċi tal-pajjiż ta’ l-ISO b’żewġ ittri, kodiċi li tiddentifika l-produttur u l-kodiċi li tiddentifika l-miżura approvata applikata għall-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-marka kif speċifikata f’ Anness II ta’ l-Istandards Internazzjonali tal- FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru. 15 Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali. L-ittri ‘DB’ għandhom jiġu miżjuda mal-abbrevjazzjoni tal-miżura approvata inkluża fil-marka msemmija.

    u

    b)

    fil-każ tal-materjal ta’ l-ippakkjar ta' l-injam manifatturat, imsewwi jew reċiklat mill-1 ta' Marzu 2005, kif ukoll il-logo kif speċifikat f’Anness II ta’ l-imsemmija Standards tal-FAO. B’danakollu r-rekwiżit mhux applikabbli fuq bażi temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2007 fil-każ ta’ materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam immanifatturat, imsewwi jew reċiklat qabel it-28 ta’ Frar 2005.”

    7.

    F’Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 2.1 jiġi sostitwit kif ġej:

    “2.1

    Injam tal- Acer saccharum Marsh., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, minbarra fil-forma ta':

    injam intenzjonat għall-produzzjoni ta' folji tal-fuljetta (veneer sheets),

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp,

    li joriġinaw mill-Istati Uniti u l-Kanada.

    Stqarrija Ufiċjali li l-injam għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ’imnixxef fil-forn’ jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,”

    8.

    L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 2.2 jiġi sostitwit kif ġej:

    “2.2

    Injam tal-Acer saccharum Marsh., intenzjonat għall-produzzjoni ta’ folji tal-fuljetta, li joriġinaw fl-Istati Uniti u l-Kanada.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam joriġina fiż-żoni magħrufa li m’hemmx Ceratocystis virescens (Davidson) Moreau u hu intenzjonat għall-produzzjoni ta’ folji tal-fuljetta.”

    9.

    F’Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 3 jiġi sostitwit kif ġej:

    “3.

    L-injam tal- Quercus L., minbarra fil-forma ta’:

    laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp,

    btieti, krietel, btieti kbar, banjijiet ta’ l-injam, u prodotti oħra magħmula mill-buttar u l-partijiet tagħhom, ta’ l-injam, li jinkludu dugħ staves fejn hemm evidenza dokumentata li l-injam kien prodott jew manifatturat bl-użu tat-trattament tas-sħana biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 176° C għal 20 minuta

    imma li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina mill-Istati Uniti

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    huwa kwadrat biex ikun jista’ jitneħħa kompletament il-wiċċ tond,

    jew

    b)

    huwa bla qoxra u l-kontenut ta’ l-ilma huwa inqas minn 20 % espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa,

    jew

    c)

    m’għandux qoxra u kien iddisinfettat bi trattament adattat ta’ arja sħuna jew ilma sħun,

    jew

    d)

    Jekk ikun issegat, għandu jew m’għandux residwi tal-qoxra mwaħħla li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’- jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,”

    10.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I punt 4 jiġi mneħħi.

    11.

    L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 5 jiġi sostitwit kif ġej:

    “Injam tal- Platanus L., ħlief dak fil-forma ta’ laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp, imma li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Istati Uniti u l-Armenja.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’ - jew ‘K.D.’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,”

    12.

    L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 6 jiġi sostitwit kif ġej:

    Injam tal- Populus L., ħlief dak fil-forma ta’ laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp, imma li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina fil-pajjiżi tal-kontinent Amerikan.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    huwa bla qoxra,

    jew

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka “imnixxef fil-forn” jew “K.D” jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti,

    13.

    L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 7 jiġi sostitwit kif ġej:

    “7.1

    Imniżżlin jew le fil-Kodiċi NM elenkati f’Anness V, Parti B, injam fil-forma ta’ laqx, partiċelli, serratura, ċana fdal ta’ l-injam u skrapp miksub sħiħ jew parti:

    Acer saccharum Marsh., li toriġina mill-Istati Uniti u l-Kanada,

    Platanus L., li toriġina mill-Istati Uniti u l-Armenja,

    Populus L., li toriġina mill-kontinent Amerikan.

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    kien prodott minn injam tond bla qoxra,

    jew

    b)

    li għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura

    jew

    c)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza tal-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    d)

    li għadda minn trattament tas-sħana adattat biex tintlaħaq it-temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal mill-inqas 30 minuta, dan ta’ l-aħħar ikun indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii)”,

    7.2

    Imniżżlin jew le fil-Kodiċi NM elenkati f’Anness V, Parti B, injam fil-forma ta’ laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal ta’ l-injam u skrapp miksub sħiħ jew f'parti:

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    a)

    ikun għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l- 20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta' ħin/temperatura.

    jew

    b)

    għadda minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza tal-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    c)

    li jkun għadda minn trattament tas-sħana adattat biex tintlaħaq it-temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal mill-inqas 30 minuta, dan ta’ l-aħħar ikun indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii),

    14.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 7.3:

    “7.3

    Qoxra iżolata tal-koniferi (Coniferales), li toriġina f’pajjiżi mhux Ewropej

    Stqarrija Uffiċjali li l-qoxra iżolata:

    a)

    għaddiet minn fumigazzjoni adattata skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h),

    jew

    b)

    li għadda minn trattament tas-sħana adattat biex tintlaħaq it-temperatura minima tal-qalba ta’ 56°C għal mill-inqas 30 minuta, dan ta’ l-aħħar ikun indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1.(ii)”,

    15.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 8:

    “8.

    Injam li jintuża bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux ta’ l-injam, li tinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, ħlief għal injam mhux maħdum ta’ 6mm ħxuna jew inqas u injam ipproċessat prodott bil-kolla, sħana u pressa, jew taħlita tagħhom, li jiġi minn pajjiżi terzi, minbarra l-Isvizzera.

    L-injam għandu:

    a)

    jkun magħmul minn injam tond bla qoxra, u

    jkun suġġett għal wieħed mill-miżuri approvati kif speċifikat fl-Anness I ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru. 15 fuq Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali, u

    juri l-marka b’ minn ta’ l-inqas il-kodiċi tal-pajjiż tal-ISO b’żewġ ittri, kodiċi li tiddentifika l-produttur u l-kodiċi li tidentifika l-miżura approvata applikata għall-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-marka kif speċifikata f’ Anness II ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru. 15 Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali. L-ittri ‘DB’ għandhom jiġu miżjuda mal-abbrevjazzjoni tal-miżura approvata inkluża fil-marka msemmija.

    jew fuq bażi temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2007

    b)

    tkun magħmula mill-injam bla qoxra li m’għandux parassiti u sinjali ta’ parassiti ħajjin”

    16.

    L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 11.1 jiġi sostitwit kif ġej:

    “11.01

    Pjanti tal-Quercus L., minbarra frott u żrieragħ, li joriġinaw mill-Istati Uniti

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati f’Anness III(A)(2), stqarrija uffiċjali li l-pjanti joriġinaw f’żoni magħrufa li fihom m’hemmx Ceratocystis fagacearum (Bretz) Hunt.

    11.1

    Il-Pjanti tal-Castanea Mill. U l-Quercus L., minbarra l-frott u ż-żrieragħ, li joriġinaw f’pajjiżi mhux Ewropej

    Bla ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla f’Annex III(A)(2) u IV(A)(I)(11.01), stqarrija uffiċjali li m’hemmx sintomi ta’ Cronartium spp. (mhux Ewropew) ġew osservati fuq il-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu komplet ta’ veġetazzjoni.”

    17.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 12, it-test fil-kolonna tax-xellug jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “12.

    Pjanti tal-Platanus L., intenzjonati għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mill-Istati Uniti u l-Armenja.”

    18.

    F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni II punti 1 u 3 jiġu mneħħija.

    19.

    F’Anness IV, Parti B, jiġi miżjud punt ġdid 6.3:

    “Injam tal- Castanea Mill.

    a)

    L-injam għandu jkun bla qoxra

    jew

    b)

    Stqarrija Uffiċjali li l-injam:

    i)

    joriġina f’żoni magħrufa li fihom m’hemmx Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr.

    jew

    ii)

    li jkun għadda mill-inxif fil-forn li għandu kontenut umdu taħt l-20%, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta’ dan billi jkun hemm marka ‘imnixxef fil-forn’ jew ‘K.D’ jew marka oħra li hi rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq xi tgeżwir ieħor skond l-użu kurrenti”

    CZ, DK, EL, (Kreta, Lesvos) IRL, S, RE (minbarra l- “Gzira ta’ Man)”

    20.

    F’Anness IV, Parti B, punt 14.1, il-kliem “bla ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-qoxra elenkati f’Anness III(a)(4)” fil-kolonna tan-nofs huma mneħħija.

    21.

    F’Anness IV, Parti B, il-punti 14.2, 14.3, 14.4, 14.5 u 14.6 il-kliem “Anness III(A)(4),” fil-kolonna tan-nofs huma mħassra.

    22.

    F’Anness IV, Parti B, jiġi miżjud punt ġdid 14.9:

    “Qoxra

    iżolata tal- Castanea Mill.

    Stqarrija Uffiċjali li l-qoxra iżolata:

    a)

    toriġina f’żoni magħrufa li fihom m’hemmx Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr.

    jew

    b)

    li kienet suġġetta għal fumigazzjoni jew trattament ieħor adattat kontra l- Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr skond speċifikazzjoni approvata bi qbil mal-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 18.2. Għandu jkun hemm evidenza tal-fumigazzjoni billi fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13.1(ii) ikun indikat, l-ingredjent attiv, it-temperatura minima ta’ l-injam, ir-rata (g/m3) u l-ħin ta' l-espożizzjoni (h)”

    CZ, DK, EL, (Kreta, Lesvos) IRL, S, RE (minbarra l- “Gzira ta’ Man)”

    23.

    F’Anness V, il-Parti A, Sezzjoni I, għandha tiġi emendata kif ġej:

    a)

    Punt 1.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.7

    Injam skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2), fejn:

    a)

    ikun ġie miksub sħiħ jew f’parti minn Platanus L., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu

    u

    b)

    jikkwalifika għal waħda minn dawn id-deskrizzjonijiet li ġejjin stabbiliti f’ Anness I, Parti tnejn tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u fuq it-Tariffa tad-Dwana Komuni (1)

    Kodiċi-NM

    Deskrizzjoni

    4401 10 00

    Injam tal-fjuwil, f’ħatab, f’biċċiet ta’ l-injam, fi friegħi, f’għesieleġ jew f’forom simili

    4401 22 00

    Injam mhux tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    ex 4401 30 90

    Fdal ta’ l-Injam u skrapp (minbarra serratura), mhux mghaqqad fi zkuk, trab tal-faħam, paliti jew forom simili

    4403 10 00

    Injam mhux raffinat, ittrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut

    ex 4403 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra njam tropikali speċifikat fis-subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), mhux raffinat, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut, mhux trattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra

    ex 4404 20 00

    Lasti maqsuma mhux tal-koniferi; puntali, serratizzi u arbli mhux ta’ l-injam tal-koniferi, ppuntati imma mhux issegati mit-tul

    ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra njam tropikali speċifikat f’subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew marbut flimkien mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    b)

    punt 1.8 huwa mħassar

    24.

    F’Anness V, Parti A, Sezzjoni II, għandha tiġi emendata kif ġej:

    a)

    Punt 1.10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.10

    Injam skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 2(2), fejn:

    a)

    ġie miksub sħiħ jew f’parti minn

    koniferi (Coniferales), eskluż l-injam li huwa bla qoxra;

    Castanea Mill, eskluż l-injam li huwa bla qoxra;

    u

    b)

    li huwa skond waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Anness I, it-tieni Parti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87”

    Kodiċi-NM

    Deskrizzjoni

    4401 10 00

    Injam tal-fjuwil, f’ħatab, f’biċċiet ta’ l-injam, fi friegħi, f’għesieleġ jew f’forom simili

    4401 21 00

    Injam tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    4401 22 00

    Injam mhux tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    ex 4401 30

    Fdal ta’ l-Injam u skrapp (minbarra serratura), mhux mgħaqqad fi zkuk, trab tal-faħam, paliti jew forom simili

    ex 4403 10 00

    Injam mhux raffinat, ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut

    ex 4403 20

    Injam tal-koniferi mhux maħdum, mhux imneżża mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut mhux trattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra

    ex 4403 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra njam tropikali speċifikat fis-subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), mhux maħdumin, omneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut, mhux trattat biż--żebgħa, tbajja, krijożat(creosote) jew preservattivi oħra

    ex 4404

    arbli maqsuma puntali, għud twil u arbli ta’ l-injam, ippuntati, imma mhux issegati mit-tul

    4406

    Travi ta’ l-injam (cross-ties)tal-ferrovija jew tal-linji tat-tramm

    4407 10

    Injam tal-koniferi, issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatalat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat f’subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi 6 mm

    b)

    Punt 1.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.11.

    Qoxra iżolata tal- Castanea Mill, u koniferi (Coniferales)”.

    25.

    L-Anness IV, parti B, Sezzjoni I, punt 2 jiġi sostitwit kif ġej:

    “—

    Acer saccharum Marsh., li toriġina mill-Istati Uniti u l-Kanada,”

    26.

    Fl-Anness V, parti B, Sezzjoni I, punt 5 l-ewwel indent jiġi sostitwit kif ġej:

    “—

    koniferi (Coniferales), li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej”

    27.

    L-Anness IV, parti B, Sezzjoni I, punt 6 jiġi sostitwit kif ġej:

    “6.

    Injam skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 2(2), fejn:

    a)

    ġie miksub sħiħ jew f’parti minn wieħed fl-ordni, genera jew speċi kif deskritt f’dan li ġej, minbarra materjal ta’ l-injam għall-ippakkjar kif definit f’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, Punt 2:

    Quercus L., li jinkludi njam li ma żammx il-wiċċ tond naturali, li joriġina mill-Istati Uniti ħlief injam li huwa skond id-deskrizzjoni kif irreferuta f'(b) tal-KODIĊI NM 4416 00 00 u fejn hemm evidenza dokumentata li l-injam kien ipproċessat jew immanifatturat bl-użu tat-trattament tas-sħana biex tintlaħaq temperatura minima ta’176 °C għal 20 minuta,

    Platanus, li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina mill-Istati Uniti jew l-Armenja

    Populus L., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina minn pajjiżi tal-kontinent Amerikan,

    Acer saccharum Marsh,li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina mill-Istati Uniti jew il-Kanada

    Conifers (Coniferales), li jinkludu injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina minn pajjiżi mhux Ewropej, mill-Każakstan, mir-Russja, u mit-Turkija.

    u

    b)

    li huwa skond waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Anness I, it-tieni Parti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87”

    Kodiċi-NM

    Deskrizzjoni

    4401 10 00

    Injam tal-Fjuwil, f’ħatab, f’biċċiet ta’ l-injam, fi friegħi, f’’għesieleġ jew f’forom simili

    4401 21 00

    4401 22 00

    Injam tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    Injam mhux tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    4401 30 10

    ex  44013090

    Serratura

    Fdal ta’ l-Injam ieħor u skrapp, mhux mgħaqqad fi zkuk, trab tal-faħam, paliti jew forom simili

    4403 10 00

    Injam mhux maħdum, ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, strippjati jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew skwerjati raffi

    4403 20

    Injam tal-koniferi mhux maħdum, mhux ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwardrat mhux irfinut

    4403 91

    Injam tal-ballut mhux maħdum, mhux ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut

    ex 4403 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra njam tropikali speċifikat fis-subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), mhux maħdum, imneżża jew le mil-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut, mhux trattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat(creosote) jew preservattivi oħra

    ex 4404

    puntali maqsuma, għud twil u arbli ta’ l-injam, ippuntati, imma mhux issegati mit-tul

    4406

    Travi ta’ l-injam (cross-ties)tal-ferrovija jew tal-linji tat-tramm

    4407 10

    Injam tal-koniferi, issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatalat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    4407 91

    Injam tal-ballut, issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatalat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat f’subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    4415

    Kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, tankijiet u ppakkjar simili, ta’ l-injam, tankijiet tal-kejbil ta’ l-injam, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel oħra tat-tagħbija, ta’ l-injam, għenuq tal-paliti ta’ l-injam

    4416 00 00

    Btieti, bramel, tankijiet, mejjilli u prodotti oħra tal-buttar u partijiet tagħhom, ta’ l-injam, li jinkludu l-bċejjeċ ta’ l-injam imqawwas

    9406 00 20

    Bini prefabbrikat ta' l-injam

    28.

    L-Anness V, parti B, Sezzjoni II, punt 7 jiġi sostitwit kif ġej:

    “7.

    Injam skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 2(2), fejn:

    a)

    ġie miksub sħiħ jew f’parti minn koniferi (Coniferales), eskluż injam li m’għandux qoxra li joriġina f’pajjiżi terzi Ewropej, u Castanea Mill., eskluż injam li hu bla qoxra

    u

    b)

    li huwa skond waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stabbiliti f’Anness I, it-tieni Parti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87”

    Kodiċi-NM

    Deskrizzjoni

    4401 10 00

    Injam tal-Fjuwil, f’ħatab, f’biċċiet ta’ l-injam, fi friegħi, f’għesieleġ jew f’forom simili

    4401 21 00

    Injam tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    4401 22 00

    Injam mhux tal-koniferi, f’laqx jew partiċelli

    ex 4401 30

    Fdal ta’ l-Injam u skrapp (minbarra serratura), mhux mgħaqqad fi zkuk, trab tal-faħam, paliti jew forom simili

    ex 4403 10 00

    Injam mhux maħdum, ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat (creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut

    ex 4403 20

    Injam tal-koniferi mhux maħdum, mhux ttrattat biż-żebgħa, tbajja, krijożat(creosote) jew preservattivi oħra, imneżża jew le mill-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut

    ex 4403 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra njam tropikali speċifikat fis-subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), mhux maħdu, imneżża jew le mil-qoxra jew l-ilbieba ta’ l-injam, jew kwadrat mhux irfinut, mhux trattat biż--żebgħa, tbajja, krijożat(creosote) jew preservattivi oħra

    ex 4404

    puntali maqsuma, għud twil u arbli ta’ l-injam, ippuntati, imma mhux issegati mit-tul

    4406

    Travi ta’ l-injam (cross-ties)tal-ferrovija jew tal-linji tat-tramm

    4407 10

    Injam tal-koniferi, issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatalat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat f’subtitolu nota 1 ta’ Kap 44 jew injam ieħor tropikali, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.)), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li teċċedi s-6 mm

    4415

    Kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxxi, tankijiet u ppakjar simili, ta’ l-injam, tankijiet tal-kejbil ta’ l-injam, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel oħra tat-tagħbija, ta’ l-injam, għenuq tal-paliti ta’ l-injam

    9406 00 20

    Bini prefabbrikat ta' l-injam

    29.

    F’Anness V, Parti B, Sezzjoni II, jiżdied punt ġdid nru 9:

    Qoxra iżolata tal-koniferi (Coniferales), li toriġina minn pajjiżi mhux Ewropej


    (1)  ĠU L 256, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 1789/2003/KE (ĠU L 281,tad-29.4.2004, p. 1).


    Top