EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_124_R_0013_01

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 47–54 (MT)
ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

(2006/333/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV:6 tal- tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994, tul l-adeżjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehimiet fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dan il-Ftehim għandu għalhekk jiġi approvat,

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 tal- tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea; huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni se tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3 (2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni se tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew mill-Kumitat relevanti mwaqqaf mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fejn issir referenza għal dan il-paragrafu. Il-perjodu stabbilit mill-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President huwa b' dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li (j)tiffirma(w) dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex tintrabat il-Komunita (3).

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-KummerĊ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropeaa

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussel, Image

Sinjur,

Wara l-bidu tan-negozjati taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 (“il-GATT”) dwar il-modifika ta' l-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u sabiex dawk in-negozjati jiġu konklużi, il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-Istati Uniti) qablu dwar dan li ġej:

Mhux aktar tard mill-1 ta' April 2006, il-KE għandha tinkorpora u torbot fl-Iskeda tagħha għat-territorju Doganali tal-KE 25 (il-KE ta' 25 Pajjiż) il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda CXL tagħha għat-territorju Dognali tal-KE-15 (il-pajjiżi tal-KE 15) bil-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra.

Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi u taġġusta l-kwoti tar-rata tat-tariffa kif indikat fl-Anness malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006.

Rigward il-kwota tat-tariffi, il-volum tal-kwota ta’ sena sħiħa għandu jkun disponibbli indipendentement minn meta jiġu stabbiliti l-kwoti.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru f’kull mument fir-rigward ta’ kull aspett ieħor f’dan il-Ftehim fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Napprezza jekk tista’ tikkonferma, wara konsiderazzjonijiet skond il-proċeduri domestiċi, li dan il-Ftehim huwa kondiviż mill-Gvern tiegħek, u li din l-ittra flimkien mat-tweġiba affermattiva tiegħek għandha tikkostitwixxi Ftehim, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' l-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Image

F’isem il-Komunitajiet Ewropej

ANNESS

0304 20 58 (Qatgħat friżati tal-merluzz) Dazju fiss ta' 6,1 %

0304 20 85 (Qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska (Theragra chalcogramma): Dazju fiss ta’ 14,2 %

0304 90 05 (surimi): Dazju fiss ta’ 14,2 %

3920 91 00 (Ta’ poli(butiral tal-vinyl): Dazju fiss ta’ 6,1 %

7609 00 00 (Tubi ta’ l-aluminju): Dazju fiss ta’ 5,9 %

8102 93 00 (wajer tal-molibdenu): Dazju fiss ta’ 6,1 %.

żid 4 003 tunnellati (erga omnes) f’kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE “għal-laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; mingħajr għadam” u “ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar” (numri tat-tariffi tal-prodotti 0202 20 30, 0202 30, 0206 29 91),

aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal “annimali ta’ l-ifrat, għoġla u baqar (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: ġriżi, kannella, sofor, Simmental bit-tikek u Pinzgau” għal 710 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05, 0102 90 29, 0102 90 49, 0102 90 59, 0102 90 69), bir-rata in-kwota ta’ 6 %,

aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal “annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Simmental bit-tikek Schwyz u Fribourg” għal 711 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05, 0102 90 29, 0102 90 49, 0102 90 59, 0102 90 69, 0102 90 79), bir-rata in-kwota ta’ 4 %,

aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal “annimali ta’ l-ifrat ħajjin li jiżnu 300kg jew anqas intenzjonati għat-tismin” għal 24 070 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 90 05, 0102 90 29, 0102 90 49), bir-rata in-kwota ta’ 16 % + 582 €/t,

pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa 16 665 ta’ tunnellati ta’ tjur (numri tat-tariffa tal-prodott u rati in-kwota

0207 11 10 (EUR 131/t)

0207 11 30 (EUR 149/t)

0207 11 90 (EUR 162/t)

0207 12 10 (EUR 149/t)

0207 12 90 (EUR 162/t)

0207 13 10 (EUR 512/t)

0207 13 20 (EUR 179/t)

0207 13 30 (EUR 134/t)

0207 13 40 (EUR 93/t)

0207 13 50 (EUR 301/t)

0207 13 60 (EUR 231/t)

0207 13 70 (EUR 504/t)

0207 14 10 (EUR 795/t)

0207 14 20 (EUR 179/t)

0207 14 30 (EUR 134/t)

0207 14 40 (EUR 93/t)

0207 14 50 (0 %)

0207 14 60 (EUR 231/t)

0207 14 70 (0 %)

0207 24 10 (EUR 170/t)

0207 24 90 (EUR 186/t)

0207 25 10 (EUR 170/t)

0207 25 90 (EUR 186/t)

0207 26 10 (EUR 425/t)

0207 26 20 (EUR 205/t)

0207 26 30 (EUR 134/t)

0207 26 40 (EUR 93/t)

0207 26 50 (EUR 339/t)

0207 26 60 (EUR 127/t)

0207 26 70 (EUR 230/t)

0207 26 80 (EUR 415/t)

0207 27 10 (0 %)

0207 27 20 (0 %)

0207 27 30 (EUR 134/t)

0207 27 40 (EUR 93/t)

0207 27 50 (EUR 339/t)

0207 27 60 (EUR 127/t)

0207 27 70 (EUR 230/t)

0207 27 80 (0 %)

żid 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “tjur, friski, imkessħa jew iffriżati” (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 11 10, 0207 11 30, 0207 11 90, 0207 12 10, 0207 12 90),

żid 4 070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “qatgħat tat-tjur, friski, imkessħa jew iffriżati” (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 13 10, 0207 13 20, 0207 13 30, 0207 13 40, 0207 13 50, 0207 13 60, 0207 13 70, 0207 14 20, 0207 14 30, 0207 14 40, 0207 14 60),

żid 4070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “qatgħat tat-tjur” (numru tat-tariffa tal-prodott 02 071 410), bir-rata in-kwota ta’ EUR 795/t,

żid 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat” (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 24 10, 0207 24 90, 0207 25 10, 0207 25 90, 0207 26 10, 0207 26 20, 0207 26 30, 0207 26 40, 0207 26 50, 0207 26 60, 0207 26 70, 0207 26 80, 0207 27 30, 0207 27 40, 0207 27 50, 0207 27 60, 0207 27 70),

żid 2 485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “qatgħat tad-dunjan, friżati” (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 27 10, 0207 27 20, 0207 27 80),

pajjiż alloka (l-Istati Uniti) kwota ta’ rata ta’ tarriffa 4 722 tunnellata ta’ prieżet u flett iffriżati bla għadam (numru tat-tariffa tal-prodott ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55), b’rata in-kwota ta’EUR250/t,

żid 1 265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal “prieżet u flett iffriżati bla għadam” (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0203 19 55, ex 0203 29 55),

żid 67 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal “karkassi u nofs karkassi ta’ majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat” (numri tat-tariffi tal-prodotti 0203 11 10, 0203 21 10),

żid 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “qatgħat ta’ majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew bla għadam, eskluż il-flett, ppreżentat separatament” (numri tat-tariffa tal-prodott 0203 12 11, 0203 12 19, 0203 19 11, 0203 19 13, 0203 19 55, 0203 19 59, 0203 22 11, 0203 22 19, 0203 29 11, 0203 29 13, 0203 29 15, 0203 29 55, 0203 29 59),

żid 2 tunnellati (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal “zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej” (numri tat-tariffi tal-prodotti 1601 00 91, 1601 00 99).

żid 61 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal “laħam ippriservat tal-majjal domestiku” (numru tat-tariffa tal-prodott 1602 41 10, 1602 42 10, 1602 49 11, 1602 49 13, 1602 49 15, 1602 49 19, 1602 49 30, 1602 49 50),

aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal “nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura” għal 5 676 tunnellata (numri tat-tariffa tal-prodott 10 30, 0104 10 80, 0104 20 90), bir-rata in-kwota ta’10 %,

żid 60 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- “ġobon tal-pizza” (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 10 20, ex 0406 10 80),

żid 38 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- “emmentaler” (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 30 10, 0406 90 13),

żid 213 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- “gruyere, sbrinz” (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 30 10, 0406 90 15),

żid 7 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- “ġobon għall-ipproċessar” (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 90 01),

żid 5 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għaċ- “cheddar” (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 90 21),

żid 25 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal “ġobnijiet friski” (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 1020),

ex 0406 10 20, ex 0406 10 80, 0406 20 90, 0406 30 31, 0406 30 39, 0406 30 90, 0406 40 10, 0407 40 50, 0407 40 90, 0406 90 17, 0406 90 18, 0406 90 23, 0406 90 25, 0406 90 27, 0406 90 29, 0406 90 31, 0406 90 33, 0406 90 35, 0406 90 37, 0406 90 39, 0406 90 50, ex 0406 90 63, 0406 90 69, 0406 90 73, ex 0406 90 75, ex 0406 90 76, 0406 90 78, ex 0406 90 79, ex 0406 90 81, 0406 90 82, 0406 90 84, 0406 90 86, 0406 90 87, 0406 90 88, 0406 90 93, 0406 90 99),

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7 tunnellati (erga omnes) għar-ross fil-ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10), bir-rata in-kwota ta’15 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1 634 tunnellata (erga omnes) għar-ross bla ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20), bir-rata in-kwota ta’15 %,

żid 25 516 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross mitħun jew nofsu mitħun (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30), bir-rata in--kwota ta' 0 %,

żid 31 788 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross imfarrak (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40), bir-rata in-kwota ta' 0 %,

żid 6 215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għax-xgħir (numru tat-tariffa tal-prodott 1003 00), bir-rata in-kwota ta’ EUR 16/t,

żid 6 787 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għall-qamħ (numru tat-tariffa tal-prodott 1001 90 99), bir-rata in-kwota ta’ EUR12/t,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 242 074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tat-tariffi tal-prodott 1005 10 90, 1005 90 00), bir-rata in-kwota ta’ 0 %,

żid 1 413 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għaz-zokkor tal-kannamieli (numru tat-tariffa tal-prodott 1701 11 10), bir-rata in-kwota ta’ EUR 98/t,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1 253 tunnellata (erga omnes) għall-fruttożju (numru tat-tariffa tal-prodott 1702 50 00), bir-rata in-kwota ta’ 20 %,

żid 44 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-karrotti u l-ġdur (numru tat-tariffa tal-prodott 0706 10 00),

żid 34 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-ħjar (numru tat-tariffa tal-prodott 0707 00 05),

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 472 tunnellata (erga omnes) għat-tadam (numru tat-tariffa tal-prodott 0702 00 00),

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 2 838 tunnellata (erga omnes) għal ananas ippriservati, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli (numri tat-tariffi tal-prodotti 2008 20 11, 2008 20 19, 2008 20 31, 2008 20 39, 2008 20 71, 2008 30 11, 2008 30 19, 2008 30 31, 2008 30 39, 2008 30 79, 2008 40 11, 2008 40 19, 2008 40 21, 2008 40 29, 2008 40 31, 2008 40 39, 2008 50 11, 2008 50 19, 2008 50 31, 2008 50 39, 2008 50 51, 2008 50 59, 2008 50 71, 2008 60 11, 2008 60 19, 2008 60 31, 2008 60 39, 2008 60 60, 2008 70 11, 2008 70 19, 2008 70 31, 2008 70 39, 2008 70 51, 2008 70 59, 2008 80 11, 2008 80 19, 2008 80 31, 2008 80 39, 2008 80 70) bir-rata in-kwota ta’ 20 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7 044 tunnellata (erga omnes) għall-meraq tal-frott (numri tat-tariffi tal-prodotti 2009 11 11, 2009 11 19, 2009 19 11, 2009 19 19, 2009 29 11, 2009 29 19, 2009 39 11, 2009 39 19, 2009 49 11, 2009 49 19, 2009 79 11, 2009 79 19, 2009 80 11, 2009 80 19, 2009 80 32, 2009 80 33, 2009 80 35, 2009 80 36, 2009 80 38, 2009 90 11, 2009 90 19, 2009 90 21, 2009 90 29) bir-rata in-kwota ta’ 20 %,

żid 29 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-meraq ta’ l-għeneb (numri tat-tariffi tal-prodotti 2009 61 90, 2009 69 11, 2009 69 19, 2009 69 51, 2009 69 90),

żid 295 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal patata friska jew imkessħa ġdida (numru tat-tariffa tal-prodott 0701 90 51),

neħħi d-dazju ad valorem ta’ 9 % fuq il-konċentrati tal-proteini (numru tat-tariffa tal-prodott 2106 10 80),

pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 10 000 ta’ tunnellata ta’ glutina tal-qamħirrum (numru tat-tariffa tal-prodott 2303 10 11), bir-rata in-kwota ta’ 16 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 532 tunnellata (erga omnes) għall-għaġin (numru tat-tariffa tal-prodott 1902; 1902 20 10 u 1902 20 30 esklużi), bir-rata in-kwota ta’ 11 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 107 tunnellati (erga omnes) għaċ-ċikkulata (numru tat-tariffa tal-prodott 1806), bir-rata in-kwota ta’ 43 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 921 tunnellata (erga omnes) għal preparazzjonijiet ta' l-ikel (numru tat-tariffa tal-prodott 2106 90 98), bir-rata in-kwota ta’ 18 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 191 tunnellata (erga omnes) għal preparazzjonijiet ta' l-ikel biċ-ċereali (numri tat-tariffi tal-prodotti 1901 90 99, 1904 30 00, 1904 90 80, 1905 90 20), bir-rata in-kwota ta’ 33 %,

iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 2 058 tunnellata (erga omnes) għal ikel tal-klieb u l-qtates (numri tat-tariffi tal-prodotti 2309 10 13, 2309 10 15, 2309 10 19, 2309 10 33, 2309 10 39, 2309 10 51, 2309 10 53, 2309 10 59, 2309 10 70), bir-rata in-kwota ta’ 7 %.

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE 15 għandha tapplika għal linji kollha tat-tariffi u l-kwoti t’hawn fuq.

B.   Ittra mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

Brussel, Image

Sinjur,

Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid:

“Wara l-bidu tan-negozjati bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 (‘il-GATT’) dwar il-modifika ta' l-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u sabiex dawk in-negozjati jiġu konklużi, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-Istati Uniti) qablu dwar dan li ġej:

Mhux aktar tard mill-1 ta' April 2006, il-KE għandha tinkorpora u torbot fl-Iskeda tagħha għat-territorju Doganali tal-KE 25 (il-KE ta' 25 Pajjiż) il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda CXL tagħha għat-territorju Dognali tal-KE-15 (il-pajjiżi tal-KE 15) bil-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra.

Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi u taġġusta l-kwoti tar-rata tat-tariffa kif indikat fl-Anness malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006.

Rigward il-kwota tat-tariffi, il-volum tal-kwota ta’ sena sħiħa għandu jkun disponibbli indipendentement minn meta jiġu stabbiliti l-kwoti.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru f’kull mument fir-rigward ta’ kull aspett ieħor f’dan il-Ftehim fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Napprezza jekk tista’ tikkonferma, wara konsiderazzjonijiet skond il-proċeduri domestiċi, li dan il-Ftehim huwa kondiviż mill-Gvern tiegħek, u li din l-ittra flimkien mat-tweġiba affermattiva tiegħek għandha tikkostitwixxi Ftehim, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' l-ittra tiegħek.”.

Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Image

F'isem l-Istati Uniti ta’ l-Amerika


Top