This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2021:327:FULL
Official Journal of the European Union, L 327, 16 September 2021
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 327, 16 ta' Settembru 2021
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 327, 16 ta' Settembru 2021
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1483
tal-15 ta’ Settembru 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/477 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-miżuri li l-Unjoni tista' tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta' miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta' salvagwardja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjoni ta’ qabel u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) u mit-Tajwan (“il-miżuri oriġinali”). |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni ħabbret il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tat-Tajwan (4), skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”). L-investigazzjoni kontra l-assorbiment inkwistjoni ntemmet fil-11 ta’ April 2017 mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ (5). |
|
(3) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ huma bir-rata ta’ 24,4 % għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, 24,6 % għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u rata ta’ dazju ta’ 25,3 % għall-kumpaniji l-oħra kollha. |
|
(4) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan huma b’rata ta’ 6,8 %. Il-miżuri fis-seħħ japplikaw għall-importazzjonijiet kollha ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mit-Tajwan, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mit-Tajwan Chia Far Industrial Factory Co., Ltd. Rata ta’ dazju żero kienet oriġinarjament iddeterminata għal din il-kumpanija, peress li ma nstab l-ebda dumping. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
It-talba għar-rieżami kienet ippreżentata fis-27 ta’ Mejju 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Euerofer” jew “l-applikant”), li tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
|
(7) |
Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fil-25 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Investigazzjoni anti-dumping parallela li tikkonċerna l-Indja u l-Indoneżja.
|
(8) |
Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni bdiet proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (8). Dik l-investigazzjoni għadha għaddejja. |
1.5. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(9) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.6. Il-partijiet interessati
|
(10) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi l-oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fir-RPĊ u fit-Tajwan u lill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi, lill-importaturi, l-utenti u lin-negozjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(11) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.7. Kampjunar
|
(12) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.7.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li jiżgura firxa ġeografika tajba. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw iżjed minn 60 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u madwar 70 % tal-volum ta’ bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-kampjun. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.7.2. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(15) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(16) |
Tliet importaturi mhux relatati ppreżentaw lilhom infushom bħala partijiet interessati u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet li waslu, it-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Ma sar l-ebda kumment għal din id-deċiżjoni. L-importaturi kienu mistiedna jwieġbu kwestjonarju. |
1.7.3. Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati
|
(17) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħdu kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u fit-Tajwan biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant ta’ Taipei fl-Unjoni Ewropea u lill- għall-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(18) |
Produttur esportatur wieħed mit-Tajwan resaq ’il quddiem, u esprima r-rieda tiegħu li jipparteċipa fl-investigazzjoni. Minħabba l-għadd żgħir ta’ produtturi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni qieset li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Il-produttur esportatur inkwistjoni ntalab jimla l-kwestjonarju maħsub għall-produtturi esportaturi. |
|
(19) |
L-ebda produttur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Missjoni tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produttur esportatur fir-RPĊ, hija kellha l-intenzjoni tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u, għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara fir-rigward tar-RPĊ fuq il-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment b’risposta għal din in-notifika. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u s-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(20) |
Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ meta nbeda l-każ. Intbagħat kwestjonarju addizzjonali lill-applikant. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(22) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju daħlu mit-tliet produtturi tal-Unjoni li ġew kampjunati u mill-Eurofer. |
|
(23) |
L-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(24) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-produttur esportatur fit-Tajwan li kien ippreżenta ruħu u inizjalment qabel li jikkoopera. Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpanija kkonċernata li għalhekk kienet tqisha li ma għadhiex tikkoopera u li kienet se tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-Uffiċċju tar-Rappreżentant ta’ Taipei fl-Unjoni Ewropea ġie infurmat ukoll dwar il-kwistjoni. La l-kumpanija kkonċernata u lanqas l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tat-Tajpei fl-Unjoni Ewropea ma rreaġixxew għal dawn l-ittri. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, u bħal fil-każ taċ-Ċina (ara l-premessa (19) hawn fuq), is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara fir-rigward tat-Tajwan isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
1.9. Verifika fuq il-post u kontroverifika mill-bogħod
|
(25) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ħsara u tal-interess tal-Unjoni. Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri tal-lockdown stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha f’konformità man-Notifika tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (9). |
|
(26) |
Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (remote crosschecks, “RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:
|
1.10. Il-proċedura sussegwenti
|
(27) |
Fit-2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(28) |
Il-kummenti li saru minn konsorzju ta’ importaturi u distributuri (“Euranimi” (10)) u żewġ importaturi mhux relatati (“LSI” (11) u “MFT” (12)) ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u tqiesu, fejn xieraq. Il-partijiet kollha inkwistjoni talbu wkoll u ngħataw seduta. |
2. PRODOTT LI QED JIĠI RIEŻAMINAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(29) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 (“il-prodott taħt rieżami” jew “SSCR”). |
|
(30) |
Fl-Unjoni, l-SSCR huwa prinċipalment manifatturat minn produtturi integrati li jittrasformaw ruttam u elementi ta’ lligar tal-azzar inossidabbli fl-SSCR wara t-tidwib, il-laminazzjoni termali u l-laminazzjoni kiesħa. Fir-RPĊ u, b’mod li qed jiżdied, fit-Tajwan, il-produtturi tal-SSCR jidhru li jiddependu prinċipalment fuq l-użu ta’ materja prima verġni, li tiġi ttrasformata f’ħadid fondut grezz tan-nikil qabel ma tinħall, tiġi llaminata bis-sħana u llaminata bil-kesħa. |
|
(31) |
Il-prodott li qed jiġi rieżaminat jintuża f’firxa wiesgħa ta’ industriji downstream, pereżempju t-tagħmir tal-kostruzzjoni u tal-enerġija, l-infrastruttura, l-oġġetti tal-konsumatur, u l-vetturi. |
2.2. Il-prodott simili
|
(32) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(33) |
Dawn il-prodotti għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Affermazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(34) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Euranimi u ż-żewġ importaturi sostnew li l-Kummissjoni estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott billi żiedet mad-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami ċerti kodiċijiet NM li ma kinux koperti mill-miżuri oriġinali. Skont il-partijiet, tali estensjoni tal-ambitu tal-prodott tikser l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Il-miżuri oriġinali ddefinixxew il-prodott ikkonċernat kif ġej: “Il-prodott ikkonċernat huwa prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89.” |
|
(36) |
Fin-Nota ppreżentata fil-file fil-jum tal-bidu (13), il-Kummissjoni spjegat li ċerti tipi ta’ prodotti, li għaddew minn xi operazzjonijiet speċifiċi ta’ rfinar wara l-irrumblar bil-kiesaħ, essenzjalment trattament tal-wiċċ, huma inklużi fid-definizzjoni tal-prodott iżda l-kodiċijiet NM korrispondenti (7219 90 20, 7219 90 80, 7220 90 20 u 7220 90 80) ma ssemmewx b’mod żbaljat fid-definizzjoni tal-prodott għalkemm it-tipi ta’ prodotti koperti minn dawn il-kodiċijiet NM kienu parti mill-investigazzjoni oriġinali li rriżultat fl-impożizzjoni tal-miżuri. |
|
(37) |
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ prodotti li għaddew minn operazzjonijiet ta’ finitura ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-prodott (minħabba li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala “mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa)”) u għalhekk mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri, it-tipi ta’ prodotti li għaddew mill-operazzjonijiet ta’ finitura “illustrati”, “imfarrka” u “perforati” jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 90 20, 7220 90 20, 7219 90 80, u 7220 90 80 sottokategorija “oħrajn” huma parti mill-ambitu tal-prodott. Dawn it-tipi ta’ prodotti jaqgħu taħt is-sottokategorija NM “oħrajn” u kienu parti mill-investigazzjoni oriġinali li rriżultat fl-impożizzjoni tal-miżuri. Il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi, il-proċessi ta’ produzzjoni minbarra xi operazzjonijiet ta’ finitura, u l-użi finali ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti mhumiex differenti minn dawk li jaqgħu taħt is-sottokategorija NM “mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ”. |
|
(38) |
Għalhekk, peress li dawn il-kodiċijiet NM addizzjonali kienu parti mill-prodott ikkonċernat fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni ta’ rieżami attwali, il-Kummissjoni ċċarat id-definizzjoni tal-prodott kif xieraq fin-Nota msemmija fil-premessa (36) hawn fuq. |
|
(39) |
L-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni oriġinali ma ġiex estiż u d-definizzjoni tiegħu ma nbidlitx iżda ġiet iċċarata biss. Ta’ min ifakkar li l-kodiċijiet NM qed jingħataw għall-informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda effett vinkolanti fuq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-partijiet ġiet miċħuda. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(40) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping mir-RPĊ jew mit-Tajwan. |
3.1. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
3.1.1. Kummenti preliminari
|
(41) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli ferm aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013). Skont l-istatistika tal-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-SSCR mir-RPĊ ammontaw għal madwar 0,4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. F’termini assoluti l-importazzjonijiet tal-SSCR mir-RPĊ kienu ta’ 14 111 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ 143 420 tunnellata matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(42) |
Kif imsemmi fil-premessa (19), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-produtturi esportaturi naqsu milli jippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-konsum tal-inputs fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GTĊ u l-produtturi esportaturi naqsu milli jindirizzaw l-evidenza fil-file tal-każ, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ” (14) (“ir-Rapport”). |
|
(43) |
Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(44) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni, bħall-istatistika tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Eurostat u GTA), data statistika mis-siti web Ċiniżi tal-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana (15), rapporti tal-Bank Dinji u tal-OECD, u fornituri indipendenti tal-intelliġenza tal-ipprezzar, tal-aħbarijiet, tad-data, tal-analiżi u tal-konferenzi għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar. |
3.1.2. Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.1.2.1.
|
(45) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kellha tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dan il-pajjiż fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(46) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha dwar l-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ, u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. |
|
(47) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, għażlet proviżorjament lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qalet ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stipulati fi 2(6a)(a) tal-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
|
(48) |
Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli (jiġifieri l-Arġentina, il-Brażil, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija). Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mill-applikant li kellu dubji dwar il-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ fl-Arġentina, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija. |
|
(49) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv (16). Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amminsitrattivi (“SG&A”) u l-profitt abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn produttur fil-pajjiż rappreżentattiv - Aperam Inox America do Sul S.A. Ma wasal l-ebda kumment dwar it-Tieni Nota. |
3.1.2.2.
|
(50) |
F’investigazzjonijiet riċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (17), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet f’din l-investigazzjoni li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll. |
|
(51) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (18). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss jippersisti grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (19), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b)tar-Regolament bażiku (20). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi li qed jiġu kkonċentrati f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-GTĊ, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (21). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet b’mod partikolari meta kumpaniji insolventi jinżammu fil-wiċċ u meta jiġu allokati d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ (22). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (23), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ (24). |
|
(52) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw is-settur tal-azzar fir-RPĊ, il-Kummissjoni eżaminat fl-investigazzjoni preżenti jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-file, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba kif ukoll fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(53) |
Minbarra r-Rapport, l-ilment semma li s-sejbiet reċenti fir-Regolament li jimponi dazji AD provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ SSHR miċ-Ċina u minn bnadi oħra (25), japplikaw bis-sħiħ għall-SSCR, peress li kemm l-SSCR kif ukoll l-SSHR huma essenzjalment prodotti simili, bl-SSHR bħala stadju aktar bikri tal-proċess ta’ produzzjoni tal-SSCR. L-ilment żied li peress li l-esportaturi Ċiniżi tal-SSCR huma wkoll produtturi tal-SSHR (meta integrati) jew jixtru SSHR lokalment (riromblaturi), il-fatturi kollha misjuba mill-Kummissjoni li jaffettwaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-SSHR fiċ-Ċina jaffettwaw ukoll direttament il-produzzjoni u l-bejgħ tal-SSCR f’dak il-pajjiż. F’dan il-każ it-talba kien fiha informazzjoni dwar l-effetti distorsivi tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Azzar fuq l-industrija tal-azzar kif ukoll dwar id-dispożizzjoni fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Riżorsi Minerali u t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż. L-ilment jenfasizza li l-azzar huwa industrija privileġġata fiċ-Ċina, li hija evidenzjata mill-fatt li huwa inkluż fil-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija u l-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Kooperazzjoni bejn il-Kapaċità Internazzjonali u l-Manifattura tat-Tagħmir. Barra minn hekk, semma r-Rapport Ministerjali tal-Forum Globali tal-G20 dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar (“GFSEC”), li identifika s-sussidji speċifiċi għas-settur li ġejjin bħala prosperużi taħt l-awspiċi tal-GTĊ: finanzjament preferenzjali inkonsistenti ma’ kundizzjonijiet ibbażati fuq is-suq, infużjonijiet ta’ ekwità u konverżjonijiet inkonsistenti ma’ kundizzjonijiet ibbażati fuq is-suq, għotjiet u għotjiet, eżenzjonijiet mit-taxxa, tnaqqis u rifużjonijiet, il-forniment ta’ oġġetti u servizzi, ta’ inputs tal-azzar inossidabbli taħt il-prezz tas-suq inkluż ruttam tal-ħadid, ħadid fondut grezz, faħam tal-kokk, nikil u ferrokrom/kromju, u, fl-aħħar nett, appoġġ lil kumpaniji falluti (26). |
|
(54) |
Kif indikat fil-premessa (42), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-file tal-każ, inklużi r-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(55) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw is-settur tal-azzar fir-RPĊ, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-file, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(56) |
Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-SSCR, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“Tisco”), proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar (27)”. Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra tal-Istat Ċiniż li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti miċ-China Baowu Steel Group Co. Ltd li ġiet ikkonsolidata dan l-aħħar (li qabel kienet Baosteel Group u Wuhan Iron & Steel) (28) ..Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, mill-ħames produtturi Ċiniżi tal-azzar ikklassifikati fl-ewwel 10 mill-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja, erbgħa huma SOEs (29). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016, l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-GTĊ stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (30). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, meta ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (31). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni baxxa (32). Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-SSCR, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat tal-SSCR ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu mil-lista tal-produtturi Ċiniżi tal-SSCR ipprovduta mill-ilmentatur, numru minnhom huma SOEs, inkluż Tisco Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd, Baosteel Baoshan Iron and Steel Co. Ltd, Lisco Lianzhong Stainless Steel Corporation, Beihai Chengde Stainless Steel Co. Ltd, Jisco Jiuquan Iron and Steel Group Co. Ltd, Shougang Kaixi Stainless Steel, Baosteel Desheng Stainless Steel u Tangshan Stainless Steel Co. Ltd. |
|
(57) |
Fir-rigward tal-GTĊ li jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP, bħal membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew membri tal-bord tad-diretturi f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw SSCR. Fis-settur tal-SSCR, l-esportaturi produtturi ewlenin tal-istat spiss ikunu l-produtturi ewlenin tad-dinja tal-SSHR u l-SSCR, kemm jekk integrati kif ukoll jekk le. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“Tisco”), li hija proprjetà tal-Istat Ċiniż issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar kif ukoll intrapriża ewlenija fl-industrija globali tal-azzar inossidabbli”, “l-akbar intrapriża tal-azzar inossidabbli mgħammra bl-akbar kapaċità fuq livell globali u l-aktar teknoloġija u tagħmir aġġornati”. Għalhekk, “Tisco żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (33). Tisco hija eżempju ta’ produttur tal-SSCR fejn il-GTĊ huwa preżenti permezz ta’ ħatriet personali. Pereżempju, il-Viċi Segretarju maħtur tal-Kumitat tas-CCP ġie nnominat ukoll lill-President ta’ TISCO b’deċiżjoni mill-Kumitat tas-CCPs u l-Gvern tal-Provinċja ta’ Shanxi (34). |
|
(58) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-SSCR huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-SSCR. Ħafna produtturi tal-SSCR jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini ta’ partiti f’għadd ta’ produtturi tal-SSCR, inklużi Tisco, Baosteel u Lisco. |
|
(59) |
Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku huma fis-seħħ fis-settur tal-SSCR. |
|
(60) |
Minkejja li l-SSCR hija industrija speċjalizzata u l-ebda dokument ta’ politika speċifiku li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tal-SSCR bħala tali ma jista’ jiġi identifikat matul l-investigazzjoni, l-industrija tal-SSCR tibbenefika minn gwida governattiva u intervent li jikkonċerna l-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-SSCR, jiġifieri l-azzar. |
|
(61) |
L-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (35). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”, validu matul il-perjodu tal-PI. Dan il-Pjan iddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (36). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (37). It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (38), applikabbli waqt il-PI, ippreveda appoġġ għal intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (39). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz ta’ sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (40). Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (41) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. |
|
(62) |
Kif jidher mill-eżempji ta’ hawn fuq li jikkonċernaw l-azzar, li huwa materja prima importanti għall-produzzjoni tal-SSCR, il-GTĊ ikompli jiggwida l-iżvilupp tas-settur tal-SSCR skont firxa wiesgħa ta’ għodod u direttivi ta’ politika u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur. Għalhekk, l-industrija tal-SSCR tibbenefika minn gwida u intervent governattivi dwar il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-SSCR, jiġifieri l-azzar. |
|
(63) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-SSCR huma wkoll benefiċjarji ta’ sussidji mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-istat f’dan is-settur. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet li għadd ta’ produtturi tal-SSCR ibbenefikaw minn sussidji diretti mill-Istat, inklużi Tisco, Baosteel u Tangsteel. |
|
(64) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-azzar, il-ħadid u l-ligi tal-ħadid bħala l-materji primi ewlenin li jintużaw fil-manifattura tal-SSCR. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(65) |
L-investigazzjoni preżenti ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur SSCR imsemmi hawn fuq fil-premessa (51) ma jaffettwawx il-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(66) |
Is-settur SSCR huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2 (6a) (b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (51). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (meta jipproduċu l-prodott taħt rieżami jew l-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (meta jkollhom aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji suġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ) (42). |
|
(67) |
Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza fl-investigazzjoni preżenti li turi li s-settur tal-SSCR mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (51). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha. |
|
(68) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-SSCR, hemm bżonn ta’ għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-SSCR jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jużaw manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(69) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-SSCR mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija. |
|
(70) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
|
(71) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
|
(72) |
Fid-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċeviet żewġ sottomissjonijiet mingħand LSI u Euranimi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). LSI u Euranimi t-tnejn argumentaw li s-sejbiet li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti huma bbażati fil-biċċa l-kbira fuq is-sejbiet fir-Rapport taċ-Ċina, li madankollu skont LSI u Euranimi jonqsu l-karatteristiċi formali u sostantivi biex jitqies bħala Rapport formali tal-Kummissjoni Ewropea u ma jistax jintuża bħala mezz ta’ prova għall-fini tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dan għaliex, l-ewwel nett, ir-rapport huwa ppubblikat bħala Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, li skont LSI u Euranimi mhuwiex biżżejjed biex jagħtih karattru formali u t-tieni nett ma sarx pubbliku u lanqas ma ġie aġġornat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a)(c) ma jippreskrivux format speċifiku li fih jeħtieġ li jiġi ppubblikat rapport tal-pajjiż, u lanqas il-kanal tal-pubblikazzjoni tiegħu. Għalhekk il-pubblikazzjoni tar-rapport taċ-Ċina bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal, tip ta’ dokument li ma jeħtieġx traduzzjoni fil-lingwi Ewropej kollha, u lanqas pubblikazzjoni formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali, tikkonforma mar-regoli rilevanti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rapport ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017 fuq is-sit web tal-Kummissjoni u għalhekk kwalunkwe parti interessata għandha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u l-evidenza li fuqha huwa bbażat. L-ebda evidenza ma ġiet ipprovduta minn LSI jew Euranimi, jew minn kwalunkwe parti interessata oħra, li kienet turi li r-rapport huwa skadut. Fil-fatt, ir-Rapport huwa bbażat l-aktar fuq it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin li jkopri s-snin 2016-2020, li kienu applikabbli matul il-PI. Għalhekk, dan l-argument huwa rrifjutat. |
(a) Pajjiż rappreżentattiv
(1)
|
(74) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(75) |
Kif spjegat fil-premessi (48) u (49), fil-30 ta’ Settembru u fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti marbutin mal-file dwar is-sorsi biex jiġi ddeterminat il-valur normali u l-fatturi ta’ produzzjoni (l-“Ewwel nota” u t-“Tieni Nota”). Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar il-konklużjoni tagħha li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ. |
(2)
|
(76) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “bi dħul medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. |
|
(77) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku wara dik in-nota. |
(3)
|
(78) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li produzzjoni tal-prodott taħt rieżami ġiet identifikata fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Messiku, fir-Russja, fl-Afrika t’Isfel u fit-Turkija Madankollu, l-Afrika t’Isfel ġiet eskluża bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, peress li ġie identifikat produttur wieħed biss tal-prodott taħt rieżami, mingħajr ebda dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(79) |
Wara l-Ewwel Nota, waslu kummenti mill-applikant dwar il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli. L-applikant iddikjara li l-kumpaniji elenkati fl-Ewwel Nota bl-eċċezzjoni ta’ kumpanija waħda fil-Brażil ma jipproduċux il-prodott taħt rieżami u ppreżenta spjegazzjoni dettaljata għal kull kumpanija. Konsegwentement, l-applikant argumenta li ma hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott investigat fl-Arġentina, fil-Messiku, fir-Russja u fit-Turkija. |
|
(80) |
Wara analiżi u kontroverifika fejn possibbli, l-informazzjoni pprovduta mill-applikant imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fl-Arġentina, fil-Messiku, fir-Russja u fit-Turkija identifikati fl-Ewwel Nota bħala produtturi potenzjali ma pproduċewx il-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami iżda pjuttost tipi oħra ta’ prodotti tal-azzar mhux koperti mill-investigazzjoni tar-rieżami attwali. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-Afrika t’Isfel, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda kumpanija li tipproduċi l-prodott taħt rieżami b’rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament. Ma wasal l-ebda kumment f’dan ir-rigward. |
|
(82) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma baqgħetx tikkunsidra lill-Arġentina, lill-Messiku, lir-Russja, lill-Afrika t’Isfel u lit-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet fit-Tieni Nota li l-Brażil kien l-uniku pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ li fih kien hemm produzzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
(4)
|
(83) |
Il-Kummissjoni vverifikat ukoll id-disponibbiltà tad-data pubblika fil-Brażil, u b’mod partikolari d-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni fittxet produtturi tal-SSCR b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li setgħet tintuża sabiex jiġu stabbiliti ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż tal-SG&A u għall-profitt. Il-Kummissjoni rrestrinġiet it-tfittxija għal kumpaniji b’rapporti tal-introjtu disponibbli għall-pubbliku għall-PIR u li kienu profittabbli f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, ingħatat preferenza lill-produtturi tal-SSCR li għandhom ir-rapporti finanzjarji tagħhom disponibbli għall-pubbliku fil-livell ta’ kumpanija minflok f’livell konsolidat għall-grupp kollu rispettiv. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, kumpanija waħda fil-Brażil ġiet identifikata fit-Tieni Nota, jiġifieri Aperam Inox America do Sul S.A. |
|
(85) |
Abbażi tal-kwalità u d-dettall tad-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku fil-Brażil, u anki meta wieħed iqis id-disponibbiltà u r-rappreżentattività tal-parametri referenzjarji għall-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-file għall-fatturi ta’ produzzjoni fil-Brażil u nnotat dan li ġej:
|
|
(87) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. Kif imsemmi fil-premessa (112), il-Kummissjoni qieset li Aperam Inox America do Sul S.A. kellha rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament li setgħu jintużaw bħala indikatur biex jiġi determinat ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. |
(5)
|
(88) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi ta’ dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(6)
|
(89) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, il-Brażil kellu produzzjoni sostanzjali tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta’ data disponibbli għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt. |
(b) Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(90) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex tfassal il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li l-istatistika tal-ILO tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tax-xogħol mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv; filwaqt li l-istatistika nazzjonali, kif imsemmi fil-premessa (86), tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-enerġija mingħajr distorsjoni. |
|
(92) |
Fil-kalkolu, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Biex tistabbilixxi dan l-ammont, hija għamlet użu mid-data finanzjarja ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, jiġifieri Aperam Stainless Europe, ipprovduta mill-applikant (ara l-premessa (111)). |
|
(93) |
Fl-aħħar nett, kif iddikjarat fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja mill-kumpanija Brażiljana magħżula, indikata fil-premessa (112), biex tistabbilixxi l-kostijiet u l-profitti tal-SG&A. |
(c) Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
|
(94) |
Permezz taż-żewġ noti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ppruvat tistabbilixxi lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u ta’ sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħal materjali, enerġija u ammont ta’ ħaddiema użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi fir-RPĊ. |
|
(95) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-proċedura ta’ rieżami, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq l-applikant sabiex tistabbilixxi l-fatturi tal-produzzjoni użati fil-produzzjoni tal-SSCR. |
|
(96) |
Fit-talba u l-kummenti għall-Ewwel Nota l-applikant enfasizza li l-proċess ta’ produzzjoni fiċ-Ċina huwa fundamentalment differenti mill-proċess ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ fil-fażi tat-tidwib, fejn il-produtturi Ċiniżi jiddependu ħafna fuq l-użu tal-ħadid fondut grezz tan-nikil filwaqt li l-materja prima ewlenija tal-produtturi tal-Unjoni hija r-ruttam tal-azzar inossidabbli. L-applikant ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis din id-differenza fil-proċess tal-produzzjoni u rrakkomanda lill-Kummissjoni biex tikkalkula l-valur tal-ħadid fondut grezz tan-nikil fuq il-bażi tal-valur medju tas-saldu tal-flus kontanti tal-LME Nikil għall-2019 kif disponibbli minn sorsi pubbliċi (47). Partijiet interessati oħra ma kkummentawx. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni spjegat fit-Tieni Nota li l-kalkolu tal-valur normali u l-lista korrispondenti ta’ fatturi ta’ produzzjoni kienu bbażati biss fuq il-grad tal-azzar mibjugħ l-aktar fl-Unjoni u esportat lejn l-Unjoni skont l-informazzjoni sottomessa fit-talba u filwaqt li tqiesu wkoll il-kummenti li waslu mingħand l-applikant dwar l-ewwel Nota. Ma wasal l-ebda kumment f’dan ir-rigward. |
|
(98) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex kodiċijiet tariffarji aktar dettaljati għal kull fattur tal-produzzjoni mill-kodiċijiet SA b’6 ċifri, li qablu kompletament mal-kodiċijiet tariffarji Brażiljani. |
|
(99) |
Meta jitqiesu l-informazzjoni kollha sottomessa mill-applikant u n-nuqqas ta’ kummenti oħra fuq iż-żewġ noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali rigward il-fatturi ta’ produzzjoni, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet tariffarji li ġejjin, fejn applikabbli: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-SSCR
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1)
|
(100) |
Sabiex jiġu stabbiliti prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-materjali kif ikkonsenjati fil-bieb tal-fabbrika tal-produttur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) u meta jitqies li ma kien hemm l-ebda produttur li kkoopera fir-RPĊ, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-bażi tad-data tal-GTA għal kull materjal użat fil-produzzjoni tal-SSCR bl-eċċezzjoni tan-nikil. |
|
(101) |
In-Nikil intuża biex jiġu kkalkulati l-valuri tal-input tal-Ferronikil u tal-Ħadid Fondut Grezz tan-Nikil li ma kinux importati fil-Brażil matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li jirrappreżentaw madwar terz tal-valur normali mill-fabbrika. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjoni tan-nikil fil-Brażil tqies bħala mhux rappreżentattiv. Għalhekk, sabiex jiġu kkalkulati l-punti ta’ riferiment mhux distorti għall-Ferronikil u l-Ħadid Fondut Grezz tan-Nikil, is-suppożizzjonijiet li ġejjin ġew ikkunsidrati f’konformità mal-informazzjoni ppreżentata fit-talba:
|
|
(102) |
Din il-metodoloġija ġiet spjegata fit-Tieni nota (ara l-premessa (49)) u ma wasal l-ebda kumment. |
|
(103) |
Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (71) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(104) |
Ġew esklużi wkoll il-volumi tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(105) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat medja ta’ dazju fuq l-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, fil-livelli rispettivi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku kkalkulati għal kull kg abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant. |
(2)
|
(106) |
Biex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO (50) flimkien ma’ informazzjoni pubblikament disponibbli dwar il-kostijiet lavorattivi addizzjonali mġarrba minn impjegaturi fil-Brażil (51). |
|
(107) |
L-istatistika tal-ILO pprovdiet data dwar is-sigħat medji li kull persuna impjegata effettivament taħdem fil-ġimgħa fis-settur tal-manifattura fil-Brażil matul il-PIR (52). |
|
(108) |
Bl-użu ta’ dik id-data, il-Kummissjoni kkalkulat salarju fis-siegħa fil-manifattura, li miegħu ġew miżjuda kostijiet addizzjonali relatati mal-manodopera mġarrba mill-impjegatur. |
(3)
|
(109) |
Il-prezz tal-elettriku mitlub minn wieħed mill-akbar fornituri tal-elettriku fil-Brażil, il-kumpanija EDP Brasil, kien disponibbli bil-lest (53). L-informazzjoni kienet dettaljata biżżejjed sabiex jiġu idenetifikati l-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema ta’ distribuzzjoni (modalidade tarifaria azul) imħallsa mill-utenti industrijali. |
|
(110) |
Jenħtieġ li jiġi nnotat li, fil-Brażil, l-awtorità regolatorja Agência Nacional de Energia Elétrica (54) (“ANEEL”) tobbliga lill-fornituri tal-elettriku jżidu t-tariffi tagħhom b’ċertu perċentwal sabiex jirregolaw il-konsum tal-elettriku fil-pajjiż. ANEEL tuża sistema tal-bandiera (55) (ħadra, safra, ħamra 1, ħamra 2) sabiex tindika jekk il-prezz tal-elettriku jenħtieġx li jibqa’ kif propost mill-fornitur (aħdar) jew jiżdiedx b’0,01343 BRL/kWh (safra), 0,04169 BRL/kWh (ħamra 1), jew 0,06243 BRL/kWh (ħamra 2). Il-bnadar huma ppubblikati minn ANEEL fuq bażi ta’ kull xahar u għall-perjodu ta’ investigazzjoni kienu disponibbli fuq is-sit web ta’ EDP Brażil (56). Fid-determinazzjoni tal-kostijiet tal-elettriku mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni qieset l-indikaturi applikati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u aġġustat il-prezz skont dan. |
(d) Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(111) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(112) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minbarra l-fatturi ta’ produzzjoni miġbura fil-qosor fil-premessa (99) aktar ’il fuq, ġew ikkalkulati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ġenerali tal-manifattura kien ibbażat fuq il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura diviżi bil-kost tal-manifattura rrapportat sabiex tiġi prodotta tunnellata mill-grad tal-azzar l-aktar prodott u mibjugħ fl-Unjoni. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(113) |
Għall-SG & A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tal-produttur Brażiljan Aperam Inox America do Sul S.A (57). Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal ta’ SG&A u l-profitt fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”). Il-kontijiet awditjati disponibbli għall-pubbliku ta’ din il-kumpanija saru disponibbli għall-partijiet interessati bħala hemża mat-Tieni Nota. |
(e) Il-kalkolu tal-valur normali
|
(114) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(115) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba dwar il-konsum ta’ kull fattur ta’ produzzjoni (materja prima, manodopera u enerġija) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kif deskritt fil-premessi (100) sa (109). Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità stabbilita fil-Brażil, kif deskritt fit-Taqsima d) hawn fuq. |
|
(116) |
Il-kalkolu sar għal tip bażiku wieħed ta’ SSCR, jiġifieri għall-grad 304; li kien il-grad tal-azzar l-aktar mibjugħ fl-Unjoni u esportat lejha, ara l-premessa (97). |
|
(117) |
It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-perċentwal tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura li ġew determinati mal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, kif deskritt fil-premessa (111). |
|
(118) |
Fl-aħħar nett, minbarra l-kost tal-produzzjoni stabbilit kif deskritt fil-premessi (115) sa (117), il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv stabbilit kif spjegat fil-premessa (113). L-SG&A u l-profitt espressi bħala perċentwal tal-COGS u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni ammontaw għal 7,5 % u 14,5 % rispettivament. |
|
(119) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi nazzjonali. |
3.1.2.3.
|
(120) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat korretta għal-livell ex-works. Għalhekk, mill-prezz CIF tal-esportazzjoni tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport bil-baħar (58) u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina (59). |
3.1.2.4.
|
(121) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum għal tip ta’ prodott wieħed (ara l-premessa (115)), stabbilit skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. |
|
(122) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat ta' dumping għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ammonta għal 17,9 %. |
3.1.2.5.
|
(123) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott taħt rieżami kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien limitat, li jammonta għal 1,8 % tal-importazzjonijiet totali u jikkorrispondi għal 0,4 % tas-sehem mis-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. |
3.1.3. Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu
|
(124) |
Wara s-sejba ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni. |
3.1.3.1.
|
(125) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi Ċiniżi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni ta’ riżerva fir-RPĊ ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(126) |
Skont l-applikant, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ taqbeż b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali u d-domanda interna fis-suq Ċiniż. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset id-diskrepanza bejn il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni u d-domanda attwali fis-suq Ċiniż kif muri hawn taħt bħala rappreżentattiva għall-prodott taħt rieżami. |
|
(127) |
Skont id-data pprovduta fit-talba, il-produzzjoni tal-SSCR fir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami ammontat għal 16-il miljun tunnellata, filwaqt li l-konsum apparenti ammonta għal 14,8 miljun tunnellata u l-kapaċità tal-produzzjoni kienet ta’ 18,0 miljun tunnellata. Skont l-applikant, il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ għalhekk kienet tammonta għal 2 miljun tunnellata li rrappreżentaw 62,5 % tal-konsum tal-Unjoni tal-SSCR fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, u l-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’ 64 % minn 11,0 miljun tunnellata fil-proċediment preċedenti (2013) għal 18,0 miljun tunnellata fil-PIR. |
|
(128) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu l-SSCR għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.1.3.2.
|
(129) |
Hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ u restrizzjonijiet oħra fuq l-importazzjoni fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet tal-SSCR li joriġinaw mir-RPĊ. Skont Global Trade Alert, il-miżuri anti-dumping huma applikati fil-Brażil, il-Kanada, il-Malasja, il-Messiku, it-Tajwan, it-Tajlandja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Vjetnam, u dazji kumpensatorji huma applikati fl-Istati Uniti. Dawk il-miżuri mhux biss juru li l-prattiki kummerċjali inġusti tal-produtturi Ċiniżi tal-SSCR ikomplu, iżda jillimitaw ukoll l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi għas-swieq elenkati hawn fuq. |
|
(130) |
Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa suq kbir ħafna, b’konsum annwali totali ta’ aktar minn 3,2 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, li jirrappreżenta 62,5 % tal-kapaċità żejda Ċiniża. |
|
(131) |
Meta jitqiesu l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fi swieq oħra u d-daqs tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-SSCR u li huwa probabbli li dawn (jerġgħu) jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. |
3.1.3.3.
|
(132) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat l-istatistika rilevanti dwar l-importazzjonijiet tal-GTA (60) speċifika għall-pajjiż biex tanalizza l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni u lejn pajjiżi terzi. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni identifikat l-akbar sitt importaturi ta’ SSCR mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami: Il-Korea t’Isfel, ir-Russja, il-Vjetnam, it-Turkija, l-Indja u l-Indoneżja. Dawn kienu jirrappreżentaw 36 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni qabblet dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni rispettivi mal-prezz tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni fuq bażi tal-prezz mill-fabbrika. Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn dawn is-sitt pajjiżi kienu bħala medja [19 % - 37 %] inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ Ċiniżi lejn l-Unjoni Ewropea. |
|
(135) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-differenza fil-livell tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra tagħhom, hija inċentiv ċar għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jintensifikaw id-dumping prattikat fis-suq tal-Unjoni. |
3.1.3.4.
|
(136) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
|
(137) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-bejgħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lis-swieq tal-esportazzjoni l-aktar importanti tagħhom isir bi prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi milli lejn l-Unjoni, u li għadd kbir ta’ pajjiżi oħra imponew miżuri ta’ difiża kummerċjali kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ SSCR. |
|
(138) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità żejda fiċ-Ċina waħedha tammonta għal aktar minn 60 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti ħafna għall-produtturi esportaturi Ċiniżi fid-dawl tad-daqs u l-prezzijiet tagħha. |
|
(139) |
Konsegwentement, fid-dawl tad-dumping kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq terzi, il-kapaċità żejda eżistenti fir-RPĊ, id-daqs tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet prevalenti f’dak is-suq u l-miżuri ta’ difiża kummerċjali u restrizzjonijiet oħra ta’ importazzjoni fis-seħħ kontra esportazzjonijiet ta’ SSCR li joriġinaw mir-RPĊ fi swieq importanti oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li d-dumping mir-RPĊ ikompli u fi kwalunkwe każ jerġa’ jiżdied b’volumi miżjuda b’mod sinifikanti, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.2. It-Tajwan
3.2.1. Kummenti preliminari
|
(140) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mit-Tajwan komplew madwar l-istess livelli bħal fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali ((jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013). Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ SSCR mit-Tajwan irrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 5,3 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel ma’ 5,1 % sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, il-livell tal-importazzjonijiet mit-Tajwan naqas bi ftit minn 169 097 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali għal 165 540 tunnellata fil-PIR. |
|
(141) |
Kif indikat fil-premessa (24), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mit-Tajwan ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi naqsu milli jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-konsum tal-inputs fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. |
|
(142) |
Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tat-Tajwan li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tat-Tajwan. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(143) |
Konsegwentement, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tat-Tajwan kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni, bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Eurostat u GTA). |
3.2.2. Kontinwazzjoni ta’ dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.2.2.1.
|
(144) |
Kif imsemmi fil-premessi (140) sa (142) hawn fuq, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fit-Tajwan ġiegħel lill-Kummissjoni tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-valur normali. Għal dan l-għan, intużat l-informazzjoni sottomessa mill-applikant. |
|
(145) |
Biex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji aġġustati tal-bejgħ domestiku Tajwaniż ta’ gradi u dimensjonijiet differenti tal-SSCR fl-2019, kif ipprovdut mill-applikant abbażi tal-informazzjoni dwar is-suq. Skont l-applikant, dawn il-prezzijiet kellhom jiġu aġġustati għal livell profittabbli peress li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku fit-Tajwan tqiesu li għamlu telf minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet sinifikanti li jippenetraw is-suq Tajwaniż. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni sabet li s-suppożizzjoni tal-applikant li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku fit-Tajwan kienu qed jagħmlu telf u għalhekk kellhom jiġu aġġustati b’mod raġonevoli, peress li kienet sostnuta mhux biss mill-fatt li l-importazzjonijiet ippenetraw dejjem aktar is-suq Tajwaniż iżda wkoll minħabba li l-akbar produttur Tajwaniż tal-prodott taħt rieżami rrapporta telf globali fir-rapport annwali tagħha tal-2019 (61). |
|
(147) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem billi mal-prezz tal-bejgħ li qed jagħmel it-telf, li huwa meqjus li jinkludi l-kostijiet ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrba mill-produttur esportatur li ma kkooperax fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, ġie miżjud profitt raġonevoli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe profitt affidabbli u vverifikat ieħor, il-Kummissjoni użat il-profitt iddikjarat mill-applikant, jiġifieri 6 %. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda indikazzjoni li dan il-profitt kien se jaqbeż il-marġni normali ta’ profitt magħmul minn produttur esportatur. |
3.2.2.2.
|
(148) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fit-Tajwan, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(149) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi tal-prodott taħt rieżami kif irrapportat fil-Eurostat. L-esportazzjonijiet minn Chia Far Industrial Factory Co., Ltd, l-uniku produttur Tajwaniż b’dazju AD ta’ 0 % u għalhekk formalment esklużi mill-proċediment, ġew esklużi minn dan il-kalkolu. Dawk l-importazzjonijiet irrappreżentaw fil-volum inqas minn 10 % tal-importazzjonijiet mit-Tajwan. Il-prezzijiet CIF tal-Eurostat miksuba b’dan il-mod ġew aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika billi tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni u l-kostijiet tat-trasport domestiku fit-Tajwan (62). |
3.2.2.3.
|
(150) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami fuq bażi ex-works. |
|
(151) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni, espress bħala perċentwal tal-valur CIF ta’ 12 %. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2.4.
|
(152) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mit-Tajwan kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping saru f’volumi sinifikanti, li jirrappreżentaw 5,3 % tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
3.2.3. Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu
|
(153) |
Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fit-Tajwan, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni. |
3.2.3.1.
|
(154) |
Skont id-data pprovduta mill-applikant, il-kapaċitajiet żejda tal-produtturi Tajwaniżi ammontaw għal 638 000 tunnellata fl-2019, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 18,5 % fl-Unjoni. |
|
(155) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Tajwaniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva konsiderabbli, li jistgħu jużaw sabiex jesportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.2.3.2.
|
(156) |
L-investigazzjoni stabbiliet li f’termini ta’ daqs, l-Unjoni hija, b’konsum totali ta’ aktar minn 3,2 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (ara l-premessa (172)), it-tieni l-akbar suq uniku għall-prodott taħt rieżami, wara ċ-Ċina biss. Id-daqs tiegħu huwa fattur importanti li jikkontribwixxi għall-attrattività tiegħu. |
|
(157) |
Minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Tajwaniżi komplew ibigħu volumi sinifikanti ta’ SSCR lis-suq tal-Unjoni, u dan għamluh bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti tiegħu (ara l-premessa (160)). Dan il-fatt juri wkoll li s-suq tal-Unjoni huwa destinazzjoni importanti u interessanti għall-industrija Tajwaniża. |
|
(158) |
Dawn il-fatturi juru li l-Unjoni hija suq tal-esportazzjoni attraenti għall-produtturi esportaturi Tajwaniżi. |
3.2.3.3.
|
(159) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, it-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn l-Unjoni mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn swieq tal-esportazzjoni oħrajn matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ibbażat fuq id-data mill-GTA. |
|
(160) |
Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, skont il-bażi tad-data tal-GTA, l-Unjoni kienet is-suq tal-esportazzjoni l-aktar importanti tat-Tajwan (22 % tal-esportazzjonijiet). It-tieni destinazzjoni importanti għall-esportazzjoni għat-Tajwan kienet it-Turkija (7 % tal-esportazzjonijiet), segwita minn 11-il pajjiż li kull wieħed minnhom irrappreżenta 3 % - 6 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi. Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn it-Turkija kif ukoll uħud minn dawn il-11-il pajjiż kienu (xi kultant sinifikanti) taħt il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(161) |
Is-sehem mis-suq kostanti u li għadu sinifikanti tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi fl-Unjoni matul il-PIR jikkonferma li l-livelli tal-prezzijiet lejn l-Unjoni kienu attraenti. |
|
(162) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-differenza fil-livell tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra tagħhom, hija inċentiv ċar għall-produtturi esportaturi Tajwaniżi biex ikomplu jżidu d-dumping prattikat fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
3.2.3.4.
|
(163) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-esportazzjonijiet Tajwaniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. |
|
(164) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità żejda fit-Tajwan hija pjuttost sinifikanti u tikkorrispondi għal 18,5 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(165) |
Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li huwa wieħed mill-akbar swieq madwar id-dinja u li l-produtturi esportaturi Tajwaniżi komplew ibigħu volumi sinifikanti f’dak is-suq minkejja l-miżuri fis-seħħ. |
|
(166) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn diversi swieq importanti ta’ pajjiżi terzi kienu ferm inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ Tajwaniżi lejn l-Unjoni. |
|
(167) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li d-dumping mit-Tajwan ikompli u li x’aktarx ikun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(168) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
4. ĦSARA
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(169) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 13-il produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(170) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 3,1-il miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri t-tweġibiet tal-kwestjonarju kontroverifikati mill-bogħod li waslu mingħand l-Eurofer u mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(171) |
Kif indikat fil-premessa (13), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dawn huma kollha produtturi integrati vertikalment. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(172) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) tad-data kontroverifikata tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kemm jekk bejgħ dirett kif ukoll jekk indirett, kontroverifikata parzjalment mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat. |
|
(173) |
Il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(174) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 13 %. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(175) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (171). |
|
(176) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(177) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu baxxi ħafna matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm żdiedu b’ 66 % fil-perjodu kkunsidrat u rduppjaw is-sehem mis-suq tagħhom. |
|
(178) |
L-importazzjonijiet mit-Tajwan urew żieda ta’ 10 % mill-2017 għall-2018, iżda naqsu mill-2018 għall-PIR bi 28 punti perċentwali u żammew sehem mis-suq ta’ madwar 5,5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(179) |
L-importazzjonijiet minn produttur esportatur Tajwaniż li nstab li ma kinux qed jagħmlu dumping fl-investigazzjoni oriġinali, kif spjegat fil-premessa (4), tnaqqsu mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-analiżi tal-ħsara. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità l-volum u s-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux jiġu żvelati, madankollu nstab li kienu ta’ volum żgħir ħafna, b’sehem mis-suq ferm inqas minn 1 %, u ma affettwawx ix-xejra tal-iżvilupp tal-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(180) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(181) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(182) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan, ġiet osservata żieda fil-prezz unitarju medju bejn l-2017 u l-2018, madankollu bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz tal-importazzjonijiet mit-Tajwan reġa’ lura għal-livell tiegħu tal-2017. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mit-Tajwan kienu taħt il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(183) |
Minħabba l-volum insinifikanti tagħhom, l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Tajwaniż li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali ma kellhom l-ebda impatt fuq il-livell u x-xejra tal-prezz unitarju medju tal-importazzjonijiet mit-Tajwan. |
|
(184) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi wera xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, li rriżulta fi prezz aktar baxx ta’ 6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-prezz fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-prezz unitarju medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, madankollu l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu żgħar ħafna (jiġifieri 0,4 % fis-sehem mis-suq). |
|
(185) |
Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u t-Tajwan, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami billi qabblet:
|
|
(186) |
L-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Tajwaniż li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali, kienu esklużi minn dan il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(187) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(188) |
Għal importazzjonijiet mit-Tajwan, it-tqabbil wera twaqqigħ medju fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ 16,9 %, minkejja d-dazji anti-dumping applikati. |
|
(189) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ ma waqqgħux il-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, peress li l-prezzijiet bid-dazji anti-dumping kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, meta wieħed iħares lejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra (63), dawn tal-aħħar waqqgħu l-prezz tas-suq tal-Unjoni b’29,3 %. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (249), il-prezzijiet attwali tal-importazzjoni mingħajr dazji anti-dumping, għalkemm xorta kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (64), jirriżultaw f’marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz ta’ 6,7 %. |
4.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u t-Tajwan
|
(190) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u t-Tajwan kienu prinċipalment mill-Korea, l-Indja u l-Indoneżja. |
|
(191) |
Il-volum tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(192) |
L-importazzjonijiet mill-Korea żdiedu fil-perjodu kkunsidrat, u dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq tagħha minn 4,0 % fl-2017 għal 5,1 % fil-PIR. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani kienu madwar 9 % ogħla minn dawk mill-pajjiżi kkonċernati (65) matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(193) |
L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu mill-2017 għall-2018, iżda wrew tnaqqis wara dan. Dan irriżulta fi tnaqqis kumplessiv f’termini assoluti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, it-tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-Indja kien inqas serju mit-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-Unjoni u, għalhekk, is-sehem mis-suq tal-Indja xorta żdied minn 3,1 % fl-2017 għal 3,4 % fil-PIR. |
|
(194) |
L-Indoneżja żiedet il-volumi tal-importazzjoni tagħha kważi 6 darbiet u nofs fil-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħha żdied minn 0,4 % għal 2,8 %. |
|
(195) |
Kif spjegat fil-premessa (8), l-importazzjonijiet tal-SSCR li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja huma soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping parallela (66) u nstabu provviżorjament (67) li kienu l-oġġett ta’ dumping u li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(196) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqsu fil-perjodu kkunsidrat kemm f’termini ta’ volumi assoluti kif ukoll ta’ sehem mis-suq. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu konsistentement ogħla fil-perjodu kkunsidrat mill-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Remarki ġenerali
|
(197) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(198) |
Kif imsemmi fil-premessa (13), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(199) |
Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data mit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew kontroverifikati mill-bogħod u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(201) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-istokkijiet, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(202) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(203) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas drastikament b’16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iċ-ċifri tal-kapaċità rrapportati jirreferu għall-kapaċità effettiva, ħaġa li timplika li kienu tqiesu l-aġġustamenti, meqjusa bħala standards mill-industrija, għall-ħin tat-twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakoli u għal perjodi normali oħra ta’ waqfien. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, xi produtturi tal-Unjoni bdew il-modernizzazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. Din il-modernizzazzjoni wasslet għal żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ 4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(204) |
B’riżultat ta’ tnaqqis fil-produzzjoni u żieda żgħira fil-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas b'19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqas taħt is-70 % fil-PIR. |
4.5.2.2.
|
(205) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(206) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan irriżulta wkoll fi tnaqqis fis-sehem mis-suq b’ 1,2 punt perċentwali fil-perjodu kkunsidrat. |
4.5.2.3.
|
(207) |
Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, li lkoll juru tendenza ċara ta’ tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber f’termini assoluti. Tkabbir żgħir fir-rigward tal-konsum kien possibbli biss minħabba li l-industrija tal-Unjoni għażlet li twieġeb għall-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping billi naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. |
4.5.2.4.
|
(208) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(209) |
Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni relatat mal-produzzjoni tal-SSCR żdied b’4 % bejn l-2017 u l-2019, u dan juri tnaqqis ta’ 2 punti perċentwali bejn l-2019 u l-PIR, li jirriżulta f’żieda ta’ 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fid-dawl tat-tnaqqis drastiku fil-produzzjoni, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala tunnellati għal kull impjegat (f’ekwivalenti full time) prodotti fis-sena, naqset b’mod sinifikanti bi 18 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.5.
|
(210) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessi (123) u (152) li d-dumping mill-pajjiżi kkonċernati kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ u t-Tajwan, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
|
(211) |
Barra minn hekk, fil-proċedura anti-dumping parallela li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-SSCR mill-Indja u mill-Indoneżja, il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod provviżorju li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod sinifikanti wkoll mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn dawk il-pajjiżi. |
|
(212) |
L-indikaturi makroekonomiċi eżaminati aktar ’il fuq juru li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ sa mill-2015, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni baqgħet ta’ ħsara. Għaldaqstant, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru mid-dumping tal-passat u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli ħafna għall-effetti dannużi minn kwalunkwe importazzjoni oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(213) |
Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(214) |
Wara li wrew żieda żgħira ta’ 3 % mill-2017 għall-2018, il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità naqsu b’6 punti perċentwali mill-2018 għall-PIR, u dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul l-istess perjodu, il-kostijiet tal-produzzjoni wrew żieda simultanja ta’ 5 %, u wara dan stabbilizzaw f’livell ta’ kost li kien 3 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-biċċa l-kbira, l-evoluzzjoni tal-kostijiet kienet xprunata minn żidiet importanti fil-prezzijiet tal-materja prima, bħan-nikil u l-ferrokromju. Minħabba s-soppressjoni tal-prezz mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajwan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-kost fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u kienet saħansitra mġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. |
4.5.3.2.
|
(215) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(216) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan juri li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jbaxxu l-kostijiet lavorattivi bħala reazzjoni għaċ-ċirkostanzi tas-suq li kienu qed jiddeterjoraw f’tentattiv biex jillimitaw il-ħsara tagħhom. |
4.5.3.3.
|
(217) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(218) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq naqas b’21 %. Din ix-xejra segwiet it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Il-maġġoranza tat-tipi ta’ prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet ma humiex meqjusa bħala indikatur importanti ta’ ħsara għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif muri hawn fuq, dan l-indikatur varja bejn 5 u 7 % tal-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.3.4.
|
(219) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(221) |
Il-profittabbiltà kumplessiva naqset minn 7,6 % fl-2017 għal 0,4 % fil-PIR. L-indikaturi finanzjarji l-oħrajn kollha, jiġifieri l-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-assi, segwew b’mod ċar l-istess xejra ’l isfel. |
|
(222) |
Il-likwidità netta hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus wera tnaqqis kontinwu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li rriżulta fil-PIR f’livell ta’ 52 % inqas mill-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(223) |
L-investimenti huma l-valur kontabilistiku nett tal-assi. Wara li baqa’ stabbli mill-2017 għall-2018, jista’ jidher tnaqqis qawwi ta’ 13-il punt perċentwali mill-2018 għall-2019. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti li jirrifletti l-livell ta’ deprezzament tal-assi. Dan naqas b’mod kontinwu u sinifikanti bi 80 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(224) |
Il-prestazzjoni finanzjara dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami llimitat il-kapaċità tagħha li tiġġenera kapital. L-industrija tal-Unjoni hija intensiva fil-kapital u hija kkaratterizzata minn investimenti sostanzjali. Ir-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma huwiex suffiċjenti biex ikopri tali investimenti sostanzjali. |
4.6. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ ħsara
|
(225) |
L-evoluzzjoni tal-indikaturi mikro u makro matul il-perjodu kkunsidrat uriet sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(226) |
L-investigazzjoni indikat li l-industrija tal-Unjoni tista’ twieġeb biss għall-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajwan billi tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex iżżomm (u saħansitra żżid bi ftit) is-sehem mis-suq tagħha fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li, taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, kienu jkunu mistennija li jiżdiedu bi proporzjon komparabbli maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li żdied bi 3 %. Din is-sitwazzjoni kellha impatt qawwi fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li naqset bi kważi 94 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex intemmet f’livell baxxi ħafna u mhux sostenibbli matul il-PIR. |
|
(227) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kemm il-volumi tal-bejgħ kif ukoll il-volumi tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni segwew din ix-xejra. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet marġinalment, ikkawżata minn perspettiva pożittiva għall-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. |
|
(228) |
Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni esperjenzaw tnaqqis drastiku fil-produttività u fl-użu tal-kapaċità fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn iċ-ċifri li qed jiddeterjoraw jistgħu jiġu spjegati biss sa ċertu punt biż-żieda żgħira fl-impjiegi u fil-kapaċità u kienu prinċipalment ikkawżati mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u miż-żieda simultanja fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(229) |
Madankollu, huma l-indikaturi finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni li juru bis-sħiħ il-ħsara mġarrba. L-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni li, flimkien ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ, irriżultat fi tnaqqis fil-profittabbiltà minn 7,6 % fl-2017 għal 0,4 % fil-PIR. Żvilupp negattiv simili jidher b’rabta mal-indikaturi finanzjarji l-oħra: l-investimenti (– 13 %), ir-redditu fuq l-investimenti (– 80 %) u l-fluss tal-flus (– 52 %). |
|
(230) |
Għaldaqstant, l-indikaturi tal-ħsara juru li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab ħsara materjali fil-PIR, peress li naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, li rriżulta f’kollass tal-profittabbiltà tagħha, li affettwa b’mod negattiv l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus. |
|
(231) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(232) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Ir-RPĊ
|
(233) |
Fir-rigward tar-RPĊ, l-investigazzjoni żvelat li l-volum tal-importazzjonijiet baqa’ iżjed baxx mil-livell de minimis matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kollu kkunsidrat kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(234) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ma setgħetx kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
5.2. It-Tajwan
|
(235) |
Fir-rigward tat-Tajwan, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-soppressjoni kontinwa tal-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping hija fattur kruċjali li jaffettwa b’mod negattiv is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(236) |
Minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u l-Indoneżja, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajwan, minħabba l-volum, is-sehem mis-suq, u l-prezzijiet baxxi tagħhom, qed jaffettwaw l-imġiba tal-prezzijiet tal-industrija Ewropea. |
|
(237) |
Bi tweġiba għall-kompetizzjoni fil-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Tajwaniżi, l-industrija Ewropea kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li affettwa b’mod negattiv il-profittabbiltà tagħha u indikaturi finanzjarji oħra. Barra minn hekk, anki b’dan it-tnaqqis fil-prezzijiet, il-produtturi tal-Unjoni xorta ma setgħux jikkompetu mal-prezzijiet tal-esportaturi Tajwaniżi, li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(238) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet mit-Tajwan. |
|
(239) |
Wara d-divulgazzjoni finali, LSI u Euranimi ddikjaraw li l-importazzjonijiet mit-Tajwan ma setgħux ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni peress li s-sehem mis-suq tagħha kien stabbli u komparabbli mas-sehem mis-suq tal-Korea li ma kinitx parti minn din l-investigazzjoni. |
|
(240) |
Madankollu, l-importazzjonijiet mit-Tajwan, minkejja volumi u sehem mis-suq simili bħall-importazzjonijiet mill-Korea, kienu pprezzati b’mod sinifikanti aktar baxxi minn tal-aħħar. L-importazzjonijiet mit-Tajwan komplew ukoll ikunu l-oġġett ta’ dumping, waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tagħhom ġew stabbiliti f’livell ta’ ħsara anki bil-miżuri attwali fis-seħħ. Il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz huma mistennija li jiżdiedu aktar jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(241) |
Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-partijiet ġiet miċħuda. |
6. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ ĦSARA
|
(242) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (231) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fil-premessa (238), il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet mit-Tajwan. Għalhekk, il-Kummissjoni evalwat, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara kkawżata minn importazzjonijiet miċ-Ċina, u l-kontinwazzjoni ta’ ħsara kkawżata minn importazzjonijiet mit-Tajwan, jekk il-miżuri tħallew jiskadu. |
|
(243) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ ħsara kkawżata oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin: (1) il-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u (2) l-impatt ta’ importazzjonijiet potenzjali u l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.1. Ir-RPĊ
6.1.1. Kapaċità ta’ riżerva
|
(244) |
Kif deskritt fil-premessa (126), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċità żejda sinifikanti, li taqbeż sostanzjalment il-volumi ta’ produzzjoni attwali u l-konsum intern f’dan il-pajjiż. Din il-kapaċità żejda, li tammonta għal 62,5 % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-PIR, tista’ tintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.1.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni
|
(245) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi ewlenin tagħhom bi prezzijiet, li huma madwar 30 % aktar baxxi kemm mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni kif ukoll mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(246) |
Għalhekk, meta jitqies il-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn swieq terzi oħra, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, jekk wara l-investigazzjoni anti-dumping parallela jiġu imposti miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma mistennija li jiżdiedu għal livell ġust, u b’hekk tkompli tiżdied l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’din is-sitwazzjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jiltaqgħu ma’ inqas kompetizzjoni fil-prezzijiet mill-esportaturi Indjani u Indoneżjani fis-suq Ewropew. |
|
(247) |
Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk jiskadu l-miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu b’mod sinifikanti l-volumi ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. Din l-aspettattiva hija msaħħa aktar mid-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ. |
6.1.3. L-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu
|
(248) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu abbażi tal-livell tal-prezz tal-importazzjoni matul il-PIR u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, u l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(249) |
Kif indikat fil-premessa (233), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-PIR bid-dazji anti-dumping attwali inklużi kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-livell tagħhom ma kienx ta’ ħsara (68). Madankollu, il-prezzijiet attwali tal-importazzjoni mingħajr dazji anti-dumping, għalkemm xorta kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (69), jirriżultaw f’marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz ta’ 7,1 % meta mqabbel mal-prezz fil-mira stabbilit abbażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR u profitt fil-mira ta’ 8,7 %, kif stabbilit matul l-investigazzjoni anti-dumping parallela kontra l-Indja u l-Indoneżja (70). |
|
(250) |
Barra minn hekk, il-livell attwali relattivament għoli tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni jikkonċerna volumi limitati ħafna, ta’ prodotti speċjalizzati x’aktarx ta’ kwalità għolja, jekk ikunu għadhom jistgħu jinbiegħu fis-suq, minkejja d-dazji anti-dumping ta’ madwar 25 % (71). Għalhekk, il-prezzijiet Ċiniżi fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, fejn huma involuti kwantitajiet kbar ħafna, jidhru li huma aktar rappreżentattivi fil-valutazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu. Il-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi, mingħajr dazji anti-dumping fil-fruntiera tal-Unjoni, jirriżultaw f’marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz ta’ 58,4 % meta mqabbla mal-prezz fil-mira stabbilit fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-UE matul il-PIR u l-profitt fil-mira ta’ 8,7 % stabbilit matul l-investigazzjoni parallela kontra l-Indja u l-Indoneżja. |
|
(251) |
Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx isiru f’livelli ta’ prezzijiet ta’ ħsara, biex b’hekk tiżdied il-pressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li mbagħad jew titlef il-volum tal-bejgħ jew inkella tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħhom. |
6.1.4. Konklużjoni
|
(252) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-preżenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-livelli mistennija tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa konkluż li n-nuqqas tal-miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet ta’ ħsara u x’aktarx tirriżulta ħsara materjali oriġinarjament ikkawżata minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
|
(253) |
Wara d-divulgazzjoni finali, LSI u Euranimi ddikjaraw li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jerġgħu jidhru bi prezzijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u jsiru ta’ ħsara fil-futur. |
|
(254) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-partijiet, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq fatti sodi. |
|
(255) |
L-ewwel nett, kif spjegat fil-premessa (121), anki bil-livell ta’ prezzijiet attwali relattivament għoli tagħhom, l-esportaturi Ċiniżi komplew bil-prattika ta’ dumping tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(256) |
It-tieni nett, kif spjegat fil-premessa (249), il-livell attwali tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi diġà jkun ta’ ħsara fin-nuqqas tad-dazji anti-dumping, jiġifieri li jkollu marġni ta’ ħsara ta’ 7,1 % meta mqabbel mal-prezz fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(257) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (250), dan il-marġni ta’ ħsara jiżdied għal livell allarmanti ta’ 58,4 % jekk il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jonqos għal-livell tal-prezz tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi. Dan il-livell tal-prezzijiet għal pajjiżi terzi jista’ jitqies bħala ferm aktar rappreżentattiv mil-livell attwali tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-volumi żgħar ħafna ta’ dawn tal-aħħar fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(258) |
Fl-aħħar nett, il-premessa (244) ta’ hawn fuq uriet il-kapaċità żejda sinifikanti għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ, li tista’ tintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(259) |
Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-partijiet ġiet miċħuda. |
6.2. It-Tajwan
6.2.1. Kapaċità ta’ riżerva
|
(260) |
Kif deskritt fil-premessa (154), il-produtturi esportaturi fit-Tajwan għandhom kapaċità ta’ riżerva sostanzjali, li taqbeż sostanzjalment il-volumi ta’ produzzjoni attwali u l-konsum intern fit-Tajwan. Din il-kapaċità ta’ riżerva, li tammonta għal 18,5 % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-PIR, tista’ tintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.2.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni
|
(261) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn pajjiżi terzi, anki jekk kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi lejn l-Unjoni, xorta waħda nstabu li kienu madwar 17 % inqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(262) |
Għalhekk, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Tajwaniżi milli l-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra. |
|
(263) |
Barra minn hekk, jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet mill-Indja u l-Indoneżja, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma mistennija li jiżdiedu għal livell ġust, u b’hekk tkompli tiżdied l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’din is-sitwazzjoni, il-produtturi esportaturi Tajwaniżi jiltaqgħu ma’ inqas kompetizzjoni mill-esportaturi Indjani u Indoneżjani fis-suq Ewropew. |
|
(264) |
Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, il-produtturi esportaturi Tajwaniżi jżidu b’mod sinifikanti l-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. Din l-aspettattiva hija msaħħa aktar mid-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fit-Tajwan. |
6.2.3. L-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mit-Tajwan fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu
|
(265) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mit-Tajwan jekk il-miżuri jitħallew jiskadu abbażi tal-livell tal-prezz tal-importazzjoni matul il-PIR u l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(266) |
Kif indikat fil-premessa (261), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Tajwaniżi fil-PIR bid-dazji anti-dumping attwali inklużi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’ 16,9 %. Il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz korrispondenti ammonta għal 36,8 %, meta mqabbel mal-prezz fil-mira stabbilit fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-UE matul il-PIR u mira ta’ profitt ta’ 8,7 % stabbilita matul l-investigazzjoni anti-dumping parallela kontra l-Indja u l-Indoneżja. Mingħajr dazji anti-dumping il-marġnijiet inkwistjoni jiżdiedu għal 22,1 % għat-twaqqigħ tal-prezzijiet u 43,6 % għall-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(267) |
Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet Tajwaniżi jkomplu jsiru f’livelli ta’ prezzijiet ta’ ħsara, biex b’hekk tiżdied il-pressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li jew titlef il-volum tal-bejgħ jew inkella tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha. |
6.2.4. Konklużjoni
|
(268) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-preżenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fit-Tajwan, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-livelli mistennija tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Tajwan fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa konkluż li l-iskadenza tal-miżuri attwali x’aktarx tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajwan bi prezzijiet ta’ ħsara u l-ħsara materjali x’aktarx tkompli. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(269) |
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tad-distributuri u tal-utenti. |
|
(270) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(271) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn 13-il produttur li jinsabu f’diversi Stati Membri u timpjega direttament 13 660 impjegat fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif intwera fit-Taqsima 4 ta’ hawn fuq, fl-analiżi tal-indikaturi tal-ħsara, l-industrija kollha tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. |
|
(272) |
Huwa mistenni li ż-żamma tad-dazji anti-dumping se tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni dejjem jiżdiedu tagħha u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha minkejja l-bejgħ mitluf minħabba suq li qed jiċkien. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija b’kapital intensiv. Huwa mfakkar li għadd ta’ indikaturi tal-ħsara ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod partikolari, l-indikaturi li jappartjenu għall-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni ġew affettwati serjament. |
|
(273) |
Għalkemm il-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma ħallewx l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jidħlu fis-suq tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajwan matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tkompli tiddeterjora jekk il-miżuri ma jiġux estiżi u l-ħsara addizzjonali kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina terġa’ sseħħ. |
|
(274) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li għad hemm kontinwazzjoni ta’ ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet Tajwaniżi u probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ ħsara oriġinarjament ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina f’każ li l-miżuri jiskadu. L-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jikkawża aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Dan jiggrava s-sitwazzjoni diġà ta’ ħsara ħafna tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(275) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra l-pajjiżi kkonċernati hija fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-importaturi, in-negozjanti u l-utenti mhux relatati
|
(276) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. Madankollu, ħadd minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju u kkoopera fir-rieżami tal-iskadenza. |
|
(277) |
Wara d-divulgazzjoni, Euranimi u LSI ddikjaraw li bħalissa qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ provvista tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni, ikkawżat minn nuqqas ta’ provvista dinjija ta’ materja prima. Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat nuqqas ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, u kkawżat żieda fil-prezzijiet u nuqqas ta’ materja prima u SSCR. Il-miżuri ta’ salvagwardja dwar l-azzar komplew jaggravaw in-nuqqas ta’ SSCR. |
|
(278) |
It-tfixkil fil-katina tal-provvista kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 huwa ta’ natura eċċezzjonali u mhuwiex speċifiku għall-katina tal-provvista tal-SSCR. It-tabella 5 hawn fuq turi li kien hemm diversi sorsi ta’ provvista u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra saħansitra żdied matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-miżuri ta’ salvagwardja kienu diġà fis-seħħ. Fil-perjodu kkunsidrat, il-Korea rnexxielha żżid l-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi u anki l-Afrika t’Isfel baqgħet preżenti fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri anti-dumping, l-importazzjonijiet mit-Tajwan għadhom jidhru li huma kompetittivi, peress li baqgħu jiġu importati fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(279) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effetti tal-estensjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importaturi u l-utenti ma jegħlbux l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(280) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
8. MIŻURI anti-dumpING
|
(281) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tal-ħsara oriġinarjament ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-azzar inossidabbli, mhux maħduma aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa) mir-RPĊ u t-Tajwan jenħtieġ li jinżammu. |
|
(282) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali tad-dazju anti-dumping. |
|
(283) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (72). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(284) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ u mit-Tajwan. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti kollha li waslu ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. |
|
(285) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (73), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(286) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/159 (74), il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1029 (75), il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-prodott taħt rieżami huwa waħda mill-kategoriji ta’ prodotti koperti mill-miżura ta’ salvagwardja. Konsegwentement, ladarba l-kwoti tariffarji stabbiliti skont il-miżura ta’ salvagwardja jinqabżu, kemm id-dazju tariffarju ‘l fuq mill-kwota kif ukoll id-dazju anti-dumping isiru pagabbli fuq l-istess importazzjonijiet. Peress li akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping b’miżuri ta’ salvagwardja tista’ twassal għal effett fuq il-kummerċ aktar milli mixtieq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tad-dazju anti-dumping mad-dazju tariffarju’ l fuq mill-kwota għall-prodott taħt rieżami għat-tul ta’ żmien tal-impożizzjoni tad-dazju ta’ salvagwardja. |
|
(287) |
Dan ifisser li fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jaqbeż il-livell tad-dazji anti-dumping skont dan ir-Regolament, għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ‘l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni simultanja tad-dazji ta’ salvagwardja u anti-dumping, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż. Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jkun stabbilit f’livell aktar baxx mil-livell tad-dazji anti-dumping f’dan ir-Regolament, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u l-ogħla mil-livell tad-dazji anti-dumping imposti skont dan ir-Regolament. Il-parti tal-ammont ta' dazji anti-dumping li ma tinġabarx għandha tiġi sospiża. |
|
(288) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ppreżentax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Ir-RPĊ |
Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd, Taiyuan City |
24,4 |
C024 |
|
Ir-RPĊ |
Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co Ltd., Tianjin City |
24,4 |
C025 |
|
Ir-RPĊ |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
24,6 |
|
|
Ir-RPĊ |
Kumpaniji l-oħrajn kollha |
25,3 |
C999 |
|
It-Tajwan |
Chia Far Industrial Factory Co., Ltd., Taipei City |
0 |
C030 |
|
It-Tajwan |
Kumpaniji l-oħrajn kollha |
6,8 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha trid tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ tali fattura, identifikat/a b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, imfassla skont is-sussegwenti: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-prodott tal-azzar inossidabbli rrumblat fil-kiesaħ mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (Tajwan/RPĊ). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Fejn id-dazju tariffarju 'l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa) u jaqbeż il-livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju 'l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.
2. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż.
3. Fejn id-dazju tariffarju 'l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa) u jiġi stabbilit f'livell aktar baxx mil-livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), id-dazju tariffarju 'l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u l-ogħla wieħed mil-livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2).
4. Il-parti tal-ammont ta' dazju anti-dumping li ma tinġabarx skont il-paragrafu 2 għandha tiġi sospiża.
5. Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju 'l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 11.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta' Awwissu 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 10).
(4) ĠU C 291, 11.8.2016, p. 7.
(5) ĠU L 98, 11.4.2017, p. 10.
(6) ĠU C 405, 2.12.2019, p.11.
(8) ĠU C 322, 30.9.2020, p.17.
(9) Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p.6).
(10) Assoċjazzjoni ta’ Importaturi u Distributuri tal-Metall Mhux Integrati
(11) LSI Lamiere Speciali Inox S.p.a.
(12) European Mold & Form Tec S.L.
(13) Issejvjat fil-file miftuħ taħt in-numru ta’ save ta’ t20.00021.
(14) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(15) http://www.gov.cn/zhengce/content/2017-12/01/content_5243734.htm
http://www.chinatax.gov.cn/n810341/n810755/c3377945/content.html
http://www.gov.cn:8080/gongbao/content/2019/content_5416183.htm
(16) Kif stabbilit fil-premessi (66) sa (76)
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145) u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3)
(18) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 149-150 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 158-159
(19) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 115-118 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 122-127
(20) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 119-122 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 128-132: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem kien segwit jew infurzat strettament. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-SSCR u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(21) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 123-129 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 133-138.
(22) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 130-133 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 139-142.
(23) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.
(24) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 136-145 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 145-154.
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.
(26) Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, Rapport Ministerjali, l-20 ta’ Settembru 2018.
(27) TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit- 2 ta’ Marzu 2020)
(28) Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021)
(29) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(30) Disponibbli fuq:
www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(31) Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(32) Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021)
(33) TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(34) Ara l-Ilment, il-paġna 19, li jikkwota l-MCI, “Gao Jianbing appointed as the President of TISCO” ( “Gao Jianbing maħtur bħala l-President tat-TISCO”), it-12 ta’ Ottubru 2018, https://metals-consulting.com/gao-jianbing-appointed-as-deputy-party-secretary-deputy-chairman-of-the-board-and-the-president-of-tisco/ (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2020).
(35) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(36) Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.
(37) Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.
(38) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq
https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(39) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 349.
(40) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 352.
(41) Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.
(42) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.
(43) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(44) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.
(45) https://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a)
(46) https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119
(47) https://www.westmetall.com/en/home.html
(48) https://www.westmetall.com/en/markdaten.php?action=show_table_average&field=LME_Ni_cash#y2019
(49) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terz (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(50) Disponibbli fuq https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/
(51) Disponibbli fuq https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee
https://www.jornalcontabil.com.br/quanto-custa-um-funcionario-aprenda-a-calcular/ https://thebrazilbusiness.com/article/introduction-to-fgts
(52) Disponibbli fuq https://www.ilo.org/shinyapps/bulkexplorer17/?lang=en&segment=indicator&id=HOW_TEMP_SEX_ECO_NB_A
(53) Disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a)
(54) Disponibbli fuq https://www.aneel.gov.br/
(55) Disponibbli fuq http://www.aneel.gov.br/bandeiras-tarifarias
(56) Disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/bandeira-tarifaria
(57) http://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/autenticidade taħt in-numri li ġejjin: 320200406203909022, 320200406203909023, 320200406203909024 and 320200406203909025
(58) Fuq il-bażi tas-Sett tad-data tal-OECD: International Transport and Insurance Costs of Merchandise Trade (Il-Kostijiet Internazzjonali tat-Trasport u l-Assigurazzjoni tal-Kummerċ tal-Merkanzija) (ITIC), iċ-Ċina - in-Netherlands. https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC
(59) Fuq il-bażi tal-kwotazzjoni għall-konsenji port ta’ Tianjin – Beijing kif ipprovduti mill-Bank Dinji https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf p.88
(60) https://connect.ihsmarkit.com/gta/data-extracts
(61) https://www.dnb.com/business-directory/company-profiles.yieh_united_steel_corporation.19b5298d581ade1c2273b1ac84f5230c.html#financials-anchor
(62) Abbażi tad-data disponibbli pubblikament fit-Taiwan Doing Business Report tal-2020 (paġna 264 tal-annessi parti 2 tat-talba), kost globali ta’ EUR 105.70/tonne tnaqqas mil-livell CIF sal-livell tal-prezz mill-fabbrika.
(63) Id-data tal-esportazzjoni mill-Global Trade Atlas.
(64) Marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz negattiv ta’ 4 %.
(65) Imqabbel mal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tar-RPĊ u t-Tajwan.
(66) Avviż ta’ Bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU C 322, 30.9.2020, p 17).
(67) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/854 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 61).
(68) Marġni negattiv ta’ bejgħ taħt il-prezz ta’ 18,6 % meta mqabbel mal-prezz fil-mira fl-investigazzjoni anti-dumping parallela kontra l-Indja u l-Indoneżja.
(69) Marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz negattiv ta’ 4 %.
(70) Iż-żewġ investigazzjonijiet kienu jikkonċernaw l-istess prodott, għandhom l-istess kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, u l-istess perjodu ta’ investigazzjoni u l-istess perjodu kkunsidrat.
(71) L-istruttura eżatta tal-importazzjonijiet mir-RPĊ mhijiex magħrufa minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.
(72) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(73) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(74) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta' Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta' salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31 1.2.2019, p. 27).
(75) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225I, 25.6.2021, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |
|
RPĊ |
Lianzhong Stainless Steel Corporation, Guangzhou |
C026 |
|
RPĊ |
Ningbo Qi Yi Precision Metals Co., Ltd., Ningbo |
C027 |
|
RPĊ |
Tianjin Lianfa Precision Steel Corporation, Tianjin |
C028 |
|
RPĊ |
Zhangjiagang Pohang Stainless Steel Co., Ltd., Zhangjiagang City |
C029 |
Rettifika
|
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/41 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1428 tal-24 ta’ Frar 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31662 — C/2011 (ex NN/2011) implimentata mir-Rumanija għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara — Wizz Air (notifikata bid-dokument C(2021) 1065)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 308 tal-1 ta’ Settembru 2021 )
Fil-paġna 59, fil-premessa 417:
minflok:
“RON 2 326 miljun”,
aqra:
“RON 2,326 miljun”.
|
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/42 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1291 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Demerara Rum”)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 281 tal-4 ta’ Awwissu 2021 )
Fil-paġna 1, il-premessa (1),
minflok:
“Guyana Franċiża”,
aqra:
“Guyana”.