EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/216/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5259 — Mitsui/Bamesa Celik/Bami JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 216, 23.8.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 216/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5259 — Mitsui/Bamesa Celik/Bami JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 216/10)

1.

Fit-13 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Mitsui&Co Europe (“Mitsui”, ir-Renju Unit) u Bamesa Celik Service Sanayi ve Ticaret (“Bamesa Celik”, it-Turkija) ikkontrollati b'mod konġunt minn Bamesa Aceros SL (“Bamesa”, Spanja) u ArcelorMittal Group (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta l-ġdida Bami Celik Service Sanayi ve Ticaret AS (“Bami”, it-Turkija) kollha kemm hi permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Mitsui: topera fin-negozju dinji ta' għadd ta' prodotti, inklużi prodotti tal-azzar,

għal ArcelorMittal: grupp dinji u integrat fis-settur tal-azzar b'attivitajiet li jinkludu l-manifattura ta' inputs tal-azzar u l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-azzar,

għal Barmesa Aceros: topera netwerk ta' ċentri tas-servizz attivi fis-settur tal-ħadid u l-azzar,

għal Barmesa Celik: l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-azzar,

għal Bami: l-ipproċessar tal-azzar fit-Turkija.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5259 — Mitsui/Bamesa Celik/Bami JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top