EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0167

Kawża C-167/11 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat- 3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni

ĠU C 173, 11.6.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-167/11 P)

2011/C 173/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Cantiere navale De Poli SpA kumpannija fi stralċ u fi ftehim mal-kredituri (rappreżentanti: A. Abate u A. Franchi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell intiż għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 u tad-deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2008 u, sa fejn ikun neċessarju u possibbli, tiddeċiedi direttament dwar il-mertu tar-rikors prinċipali;

sussidjarjament, tannulla u tirrinvija lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011, fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni, b’mod partikolari minħabba dawn ir-raġunijiet:

(a)

Difetti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:

l-interpretazzjoni teleoloġika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002, tas-27 ta’ Ġunju 2002, li jikkonċerna mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta’ bastimenti (iktar ’il quddiem “ir-Regolament MDT”) (1) sabiex jiġu identifikati l-għanijiet intiżi mill-Kunsill għall-protezzjoni tal-interessi tat-tarznari Komunitarji ppreġudikati bil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni żleali pprattikati fit-tarznari Koreani;

ir-relazjoni (ġerarkija tas-sorsi) bejn ir-Regolament tal-Kunsill MDT u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (2);

ir-rikors għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà sabiex jiġu ddeterminati r-regoli li jirregolaw iż-żminijiet għan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(b)

Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba:

l-eżerċizzju, matul iż-żmien, tas-setgħa tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-Regolament MDT;

l-ambitu tal-kompetenza tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-“kompatibbiltà mas-suq komuni” tal-għajnuna msemmija fir-Regolament;

ir-regolament tar-rapporti legali li ħarġu skont ir-Regolament wara li kien skada t-terminu ta’ effettività tiegħu (31 ta’ Marzu 2005);

l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 485

(2)  ĠU L 140, p. 1.


Top