EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0579

Kawża T-579/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Mejju 2013 — macros consult vs UASI — MIP Metro (makro) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva makro — Isem korporattiv macros consult GmbH — Dritt kweżit akkwistat qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha — Sinjali mhux irreġistrati li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt Ġermaniż — Artikolu 5 tal-Markengesetz — Artikolu 8(4), Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

OJ C 178, 22.6.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2013 — macros consult vs UASI — MIP Metro (makro)

(Kawża T-579/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva makro - Isem korporattiv macros consult GmbH - Dritt kweżit akkwistat qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha - Sinjali mhux irreġistrati li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt Ġermaniż - Artikolu 5 tal-Markengesetz - Artikolu 8(4), Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts — und Finanztechnologie (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Raible, sussegwentement M. Daubenmerkl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 339/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 19.2.2011.


Top