EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0319

Kawża C-319/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 2 ta’ Lulju 2010 — X vs Inspecteur van de Belastingdienst/Y

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Lulju 2010 — X vs Inspecteur van de Belastingdienst/Y

(Kawża C-319/10)

()

2010/C 246/45

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Y

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest tal-interpretazzjoni u/jew tal-evalwazzjoni tal-validità tar-Regolamenti (KE) Nru 535/94 (1), Nru 1832/2002 (2), Nru 1871/2003 (3) u Nru 2344/2003 (4), li permezz tagħhom in-nota addizzjonali 7 (NM) tal-Kapitolu 2 ġiet adottata (bin-numru 8 ta’ dak iż-żmien) u emendata, huwa possibbli li tiġi adottata d-deċiżjoni tad-DSB, tas-27 ta’ Settembru 2005, dwar l-interpretazzjoni tat-terminu “immellaħ” fl-intestatura 0210, ukoll fil-każijiet li fihom id-dikjarazzjoni fis-sistema doganali ta’ “tqegħid f’ċirkolazzjoni libera” seħħet qabel din id-data?

2)

Jekk tingħata risposta pożittiva għad-domanda 1:

Kif għandha ssir evalwazzjoni dwar jekk hemmx tibdil fil-laħam tat-tiġieġa?

3)

Jekk tingħata risposta pożittiva għad-domanda 1:

a)

Fid-dawl tad-deċiżjoni tad-DSB, tas-27 ta’ Settembru 2005, ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq huma validi sa fejn jistabbilixxu li, għall-għanijiet tal-intestatura 0210, l-laħam huwa kkunsidrat bħala “immellaħ” jekk għandu ammont ta’ melħ globali ta’ 1,2 % jew iktar f’piż?

b)

Fid-dawl tad-deċiżjoni tad-DSB, tas-27 ta’ Settembru 2005, ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li n-nota addizzjonali 7 (NM) tal-Kapitolu 2 tipprovdi li l-laħam li għandu ammont ta’ melħ globali ta’ 1,2 % jew iktar f’piż huwa kkunsidrat bħala li sar tibdil fuqu u huwa kkwalifikat bħala “immellaħ” fis-sens tal-intestatura 0210 u li l-laħam li għandu ammont ta’ melħ inqas minn 1,2 % jew iktar f’piż li b’mod stabbilit ikun sar tibdil fuqu wara l-addizzjoni ta’ melħ mhuwiex eskluż mill-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0210?

4)

Jekk tingħata risposta pożittiva għad-domanda 3(a):

Kif għandha ssir evalwazzjoni dwar jekk il-konservazzjoni fit-tul tal-laħam tat-tiġieġa hija ggarantita permezz taż-żieda fil-melħ?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94, tad-9 ta’ Marzu 1994, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 68, p. 15).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 1871/2003, tat-23 ta’ Ottubru 2003, li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 493).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 2344/2003, tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 15, p. 231).


Top