EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0069

Kawża C-69/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Brahim Samba Diouf vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration (Direttiva 2005/85/KE — Standards minimi li jikkonċernaw il-proċedura ta’ għoti u ta’ irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Kunċett ta’ ‘deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni […] għall-ażil’ fis-sens tal-Artikolu 39 ta’ din id-direttiva — Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Nuqqas ta’ raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali — Ċaħda tal-applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa — Nuqqas ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni li l-applikazzjoni tkun suġġetta għal proċedura mħaffa — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

ĠU C 298, 8.10.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Brahim Samba Diouf vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

(Kawża C-69/10) (1)

(Direttiva 2005/85/KE - Standards minimi li jikkonċernaw il-proċedura ta’ għoti u ta’ irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri - Kunċett ta’ ‘deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni […] għall-ażil’ fis-sens tal-Artikolu 39 ta’ din id-direttiva - Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat - Nuqqas ta’ raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali - Ċaħda tal-applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa - Nuqqas ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni li l-applikazzjoni tkun suġġetta għal proċedura mħaffa - Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

2011/C 298/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Brahim Samba Diouf

Konvenut: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif — (il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168) — Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, f’sitwazzjoni irregolari, intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Ċaħda ta’ din l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali mħaffa, fin-nuqqqas ta’ raġunijet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali — Konformità mad-dritt Komunitarju ta’ liġi nazzjonali li teskludi r-rimedji kollha kontra d-deċiżjoni li tintalab proċedura mħaffa — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv

Dispożittiv

L-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat fl-Istati Membri, u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li ebda rikors awtonomu ma jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni, tal-awtorità kompetenti, li tiġi eżaminta applikazzjoni għall-ażil fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, peress li r-raġunijiet li wasslu din l-awtorità li teżamina l-fondatezza tal-imsemmija applikazzjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest tar-rikors li d-deċiżjoni finali ta’ ċaħda tista’ tkun is-suġġett tiegħu, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


Top