EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0274

Kawża T-274/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Bahn AG vs UASI — DSB (IC4)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Bahn AG vs UASI — DSB (IC4)

(Kawża T-274/09)

2009/C 220/80

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Haag, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DSB (Copenhagen, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta’ April 2009 u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta’ Lulju 2007.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm ta’ din l-istanza u kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: DSB

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IC4” għal prodotti fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 4 255 411)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “ICE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 12, 19, 37, 38, 39, 41 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 170 605) u t-trade mark figurattiva Ġermaniża “IC” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42 (Nru 1 009 258)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


Top