EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0020

Kawża C-20/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà tar-rikors — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 56 KE — Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Titoli tad-dejn pubbliku — Trattament fiskali preferenzjali — Ġustifikazzjoni — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali)

ĠU C 160, 28.5.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-20/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà tar-rikors - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Titoli tad-dejn pubbliku - Trattament fiskali preferenzjali - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali)

2011/C 160/03

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, C. Guerra Santos u J. Menezes Leitão, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Titoli tad-dejn pubbliku — Trattament fiskali preferenzjali tat-titoli maħruġa mill-Istat Portugiż.

Dispożittiv

(1)

Billi pprevediet, fil-kuntest tas-sistema eċċezzjonali ta’ regolarizzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li ma jinsabux fit-territorju Portugiż fil-31 ta’ Diċembru 2004 (“regime excepcional de regularização tributária de elementos patrimoniais que não seencontrem no território português em 31 de Dezembro de 2004”), stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, tad-29 ta’ Lulju 2005, trattament fiskali preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


Top