Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018IR2748

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali

    COR 2018/02748

    ĠU C 86, 7.3.2019, p. 14–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/14


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali

    (2019/C 86/03)

    Relatur:

    Jean-Luc VANRAES (BE/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Uccle

    Dokument ta’ referenza:

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta’ preżenza diġitali sinifikanti

    COM(2018) 147 final

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta’ ċerti servizzi diġitali

    COM(2018) 148 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta’ ċerti servizzi diġitali

    Emenda 1

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta’ ċerti servizzi diġitali biss . Jenħtieġ li s-servizzi diġitali jkunu dawk li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti , fejn tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu intaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti. Huwa d-dħul miksub mill-ipproċessar tal-input mill-utenti li jenħtieġ li jiġi intaxxat, mhux il-parteċipazzjoni tal-utent innifisha.

    Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta’ servizzi diġitali li jkunu jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti , fuq it-trażmissjoni – li tiġġenera dħul – ta’ dejta dwar l-utenti u fuq l-abbiltà tagħhom li jwettqu attivitajiet u jipprovdu servizzi mill-bogħod mingħajr preżenza fiżika. F’dawn il-każijiet, ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu intaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti.

    Raġuni

    Hemm dubji dwar il-legalità tar-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-TSD għall-ipproċessar tal-input mill-utenti.

    Emenda 2

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    B’mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista tas-servizzi li ġejjin: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta’ reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta’ interfaċċi diġitali b’diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta’ oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta’ “intermedjazzjoni”); u (iii) it-trażmissjoni ta’ dejta miġbura dwar l-utenti u li ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta’ dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta’ tali servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa’ wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.

    B’mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista tas-servizzi li ġejjin: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta’ reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta’ interfaċċi diġitali b’diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta’ oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta’ “intermedjazzjoni”); u (iii) it-trażmissjoni – li tiġġenera dħul – ta’ dejta miġbura dwar l-utenti u li ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta’ dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta’ tali servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa’ wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.

    Raġuni

    Hemm dubji dwar il-legalità tar-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-TSD għall-ipproċessar tal-input mill-utenti.

    Emenda 3

    Artikolu 3(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Dħul taxxabbli

    Dħul taxxabbli

    1.   It-tipi ta’ dħul minn entità dderivati mill-provvista ta’ kull wieħed mis-servizzi li ġejjin għandhom jikkwalifikaw bħala “dħul taxxabbli” għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

    1.   It-tipi ta’ dħul minn entità dderivati mill-provvista ta’ kull wieħed mis-servizzi li ġejjin għandhom jikkwalifikaw bħala “dħul taxxabbli” għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a)

    it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta’ reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa;

    (a)

    it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta’ reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa;

    (b)

    it-tqegħid ta’ interfaċċa diġitali b’diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li tippermetti lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li tista’ wkoll tiffaċilita l-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti;

    (b)

    it-tqegħid ta’ interfaċċa diġitali b’diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li tippermetti lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li tista’ wkoll tiffaċilita l-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti;

    (c)

    it-trażmissjoni ta’ dejta miġbura dwar l-utenti li ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta’ dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.

    (c)

    it-trażmissjoni ta’ dejta – li tiġġenera d-dħul – miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta’ dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 4

    Artikolu 10(2)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Identifikazzjoni

    Identifikazzjoni

    […]

    […]

    2.   In-notifika għandha ssir b’mod elettroniku sa mhux iktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara tmiem l-ewwel perjodu tat-taxxa li għalih il-persuna taxxabbli jkollha l-obbligu tat-TSD skont din id-Direttiva (“l-ewwel perjodu imponibbli”).

    2.   In-notifika għandha ssir b’mod elettroniku qabel tmiem l-ewwel xahar wara tmiem l-ewwel perjodu tat-taxxa li għalih il-persuna taxxabbli jkollha l-obbligu tat-TSD skont din id-Direttiva (“l-ewwel perjodu imponibbli”).

    Raġuni

    Il-limitu ta’ żmien ta’ għaxart’ijiem huwa qasir wisq.

    Emenda 5

    Artikolu 11(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    In-numru ta’ identifikazzjoni

    In-numru ta’ identifikazzjoni

    1.   L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli numru ta’ identifikazzjoni individwali għall-finijiet tat-TSD, u għandu jinnotifika dak in-numru lill-persuna taxxabbli b’mezzi elettroniċi sa mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol mill-jum li fih tkun waslet in-notifika skont l-Artikolu 10.

    1.   L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli numru ta’ identifikazzjoni individwali għall-finijiet tat-TSD, u għandu jinnotifika dak in-numru lill-persuna taxxabbli b’mezzi elettroniċi sa mhux aktar tard minn 10 ijiem kalendarji mill-jum li fih tkun waslet in-notifika skont l-Artikolu 10.

    Raġuni

    Minħabba d-differenzi fil-liv annwali ta’ Stat Membru wieħed, saħansitra minn reġjun għal ieħor, ikun aħjar li tintuża l-frażi “kalendarji” minflok “tax-xogħol”. L-istess japplika għall-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 20(1) u (3), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 22(1).

    Emenda 6

    Artikolu 12(2)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Tħassir mir-reġistru tal-identifikazzjoni

    Tħassir mir-reġistru tal-identifikazzjoni

    […]

    […]

    2.   L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jħassar il-persuna taxxabbli mir- reġistru tal-identifikazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ 60 jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu tat-taxxa li fih tkun ġiet innotifikata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    2.   L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jinvalida r-reġistrazzjoni ta l-persuna taxxabbli fir- reġistru tal-identifikazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ 60 jum kalendarju wara tmiem il-perjodu tat-taxxa li fih tkun ġiet innotifikata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    Raġuni

    Jeħtieġ li ma jitneħħewx il-kontijiet fiskali wara 60 jum tax-xogħol minħabba l-perjodu ta’ limitazzjoni attwali u l-ħtieġa li jinżammu l-provi. Fir-rigward ta’ jiem tax-xogħol, ara r-raġuni preċedenti.

    Emenda 7

    Żid it-tieni sottoparagrafu fl-Artikolu 26(2)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    Din id-Direttiva għandha titħassar meta d-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta’ preżenza diġitali sinifikanti tkun adottata u tidħol fis-seħħ fid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Raġuni

    It-tassazzjoni tas-servizzi diġitali kienet maħsuba bħala miżura temporanja u ma tistax issir permanenti. Jekk it-tassazzjoni tas-servizzi diġitali tkun għadha tapplika fil-mument li tidħol fis-seħħ id-Direttiva dwar il-preżenza diġitali sinifikanti hemm ir-riskju li l-intrapriżi jiġu ntaxxati darbtejn.

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta’ preżenza diġitali sinifikanti

    Emenda 8

    Artikolu 4(3)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Preżenza diġitali sinifikanti

    Preżenza diġitali sinifikanti

    […]

    […]

    3.   Għandha titqies li teżisti “preżenza diġitali sinifikanti” fi Stat Membru f’perjodu tat-taxxa jekk in-negozju li jitwettaq permezz tagħha jkun jikkonsisti għalkollox jew parzjalment mill-provvista ta’ servizzi diġitali permezz ta’ interfaċċa diġitali, u  waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-provvista ta’ dawk is-servizzi mill-entità li twettaq dak in-negozju, flimkien mal-provvista ta’ kwalunkwe servizz bħal dawk permezz ta’ interfaċċa diġitali minn kull waħda mill-impriżi assoċjati ta’ dik l-entità b’mod aggregat:

    3.   Għandha titqies li teżisti “preżenza diġitali sinifikanti” fi Stat Membru f’perjodu tat-taxxa jekk in-negozju li jitwettaq permezz tagħha jkun jikkonsisti għalkollox jew parzjalment mill-provvista ta’ servizzi diġitali permezz ta’ interfaċċa diġitali, u  tal-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-provvista ta’ dawk is-servizzi mill-entità li twettaq dak in-negozju, flimkien mal-provvista ta’ kwalunkwe servizz bħal dawk permezz ta’ interfaċċa diġitali minn kull waħda mill-impriżi assoċjati ta’ dik l-entità b’mod aggregat:

    (a)

    il-proporzjon tad-dħul totali miksub f’dak il-perjodu tat-taxxa u li jirriżulta mill-provvista ta’ dawk is-servizzi diġitali lill-utenti li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru f’dak il-perjodu tat-taxxa jaqbeż is- EUR 7 000 000 ;

    (a)

    il-proporzjon tad-dħul totali miksub f’dak il-perjodu tat-taxxa u li jirriżulta mill-provvista ta’ dawk is-servizzi diġitali lill-utenti li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru f’dak il-perjodu tat-taxxa jaqbeż l- EUR 10 000 000 ;

    (b)

    in-numru ta’ utenti ta’ wieħed jew iktar minn dawk is-servizzi diġitali li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru f’dak il-perjodu tat-taxxa jaqbeż l-100 000 ;

    (b)

    in-numru ta’ utenti ta’ wieħed jew iktar minn dawk is-servizzi diġitali li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru f’dak il-perjodu tat-taxxa jaqbeż l-100 000 ;

    (c)

    in-numru ta’ kuntratti ta’ negozju għall-provvista ta’ kwalunkwe servizz diġitali bħal dawk imsemmija, li jiġu konklużi f’dak il-perjodu tat-taxxa minn utenti li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru, jaqbeż it-3 000 .

    (c)

    in-numru ta’ kuntratti ta’ negozju għall-provvista ta’ kwalunkwe servizz diġitali bħal dawk imsemmija, li jiġu konklużi f’dak il-perjodu tat-taxxa minn utenti li jkunu jinsabu f’dak l-Istat Membru, jaqbeż it-3 000 .

    […]

    […]

    Raġuni

    Il-livell limitu ta’ EUR 7 000 000 għall-ħolqien ta’ stabbiliment permanenti, li jkun japplika skont ir-regoli l-ġodda, għandu jiżdied. Fil-fatt, livell daqshekk baxx jista’ jxekkel id-diġitalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-livell limitu ta’ 3 000 ftehim kummerċjali probabbli jinqabeż malajr f’ċerti setturi, bħal fil-każ tal-kuntratti ta’ manutenzjoni. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza għal preżenza diġitali sinifikanti meta mill-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet meħtieġa jiġu sodisfatti.

    Emenda 9

    Artikolu 5(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Profitti attribwibbli lill-preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha

    Profitti attribwibbli lill-preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha

    1.   Il-profitti li jkunu attribwibbli lil preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha fi Stat Membru għandhom ikunu taxxabbli fil-qafas tat-taxxa korporattiva ta’ dak l-Istat Membru biss .

    1.   Il-profitti li jkunu attribwibbli lil preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha fi Stat Membru għandhom ikunu taxxabbli fil-qafas tat-taxxa korporattiva ta’ dak l-Istat Membru.

    Raġuni

    Irid jitħassar it-terminu “biss”, inkella dan ikun jimplika l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kreditu. L-Istati Membri li għandhom sistema ta’ imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji jiġu sfurzati jimplimentaw sistema ta’ kreditu.

    Emenda 10

    ANNESS II

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Lista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 3(5)(f):

    Lista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 3(5)(f):

    (a)

    l-ospitar tas-siti web u tal-paġni web,

    (a)

    l-ospitar tas-siti web u tal-paġni web,

    (b)

    il-manutenzjoni awtomatizzata, onlajn u mill-bogħod tal-programmi,

    (b)

    il-manutenzjoni awtomatizzata, onlajn u mill-bogħod tal-programmi,

    (c)

    l-amministrazzjoni ta’ sistemi mill-bogħod,

    (c)

    l-amministrazzjoni ta’ sistemi mill-bogħod,

    (d)

    il-ħżin tad-dejta onlajn fejn id-dejta speċifika tinħażen u tinkiseb b’mod elettroniku,

    (d)

    il-ħżin tad-dejta onlajn fejn id-dejta speċifika tinħażen u tinkiseb b’mod elettroniku,

    (e)

    il-forniment onlajn ta’ spazju għall-ħżin meta dan jintalab,

    (e)

    il-forniment onlajn ta’ spazju għall-ħżin meta dan jintalab,

    (f)

    l-aċċess għal softwer jew it-tniżżil tiegħu (inklużi l-programmi tal-akkwist/tal-kontabbiltà u s-softwer kontra l-vajrusijiet tal-kompjuter), u l-aġġornamenti tiegħu,

    (f)

    l-aċċess għal softwer jew it-tniżżil tiegħu (inklużi l-programmi tal-akkwist/tal-kontabbiltà u s-softwer kontra l-vajrusijiet tal-kompjuter), u l-aġġornamenti tiegħu,

    (g)

    is-softwer li jintuża biex jimblokka l-wiri tar-reklami, magħruf ukoll bħala Bannerblockers,

    (g)

    is-softwer li jintuża biex jimblokka l-wiri tar-reklami, magħruf ukoll bħala Bannerblockers,

    (h)

    id-drivers għat-tniżżil tad-dejta, bħal pereżempju softwer li jservi ta’ interfaċċa bejn il-kompjuters u t-tagħmir periferali (bħall-printers),

    (h)

    id-drivers għat-tniżżil tad-dejta, bħal pereżempju softwer li jservi ta’ interfaċċa bejn il-kompjuters u t-tagħmir periferali (bħall-printers),

    (i)

    l-installazzjoni awtomatizzata onlajn ta’ filtri fuq is-siti web,

    (i)

    l-installazzjoni awtomatizzata onlajn ta’ filtri fuq is-siti web,

    (j)

    l-installazzjoni awtomatizzata onlajn ta’ firewalls,

    (j)

    l-installazzjoni awtomatizzata onlajn ta’ firewalls,

    (k)

    l-aċċess għal temi għad-desktop jew it-tniżżil tagħhom,

    (k)

    l-aċċess għal temi għad-desktop jew it-tniżżil tagħhom,

    (l)

    l-aċċess għal immaġnijiet fotografiċi jew bl-istampi jew għal screensavers, jew it-tniżżil tagħhom,

    (l)

    l-aċċess għal immaġnijiet fotografiċi jew bl-istampi jew għal screensavers, jew it-tniżżil tagħhom,

    (m)

    il-kontenut diġitalizzat ta’ kotba u ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi oħra,

    (m)

    l-istatistika dwar il-weblogs u s-siti web,

    (n)

    l-abbonament għal gazzetti u għal ġurnali onlajn,

    (n)

    l-informazzjoni onlajn iġġenerata b’mod awtomatiku b’softwer minn dejta speċifika mdaħħla mill-klijent, bħal pereżempju d-dejta ġuridika u finanzjarja (b’mod partikolari d-dejta bħal dik dwar is-suq tal-istokks li tiġi aġġornata kontinwament u f’ħin reali),

    (o)

    l-istatistika dwar il-weblogs u s-siti web,

    (o)

    il-provvista ta’ spazju għar-reklamar, inklużi strixxuni tar-reklami fuq sit web/paġna web,

    (p)

    l-aħbarijiet, l-informazzjoni dwar it-traffiku u r-rapporti tat-tbassir tat-temp onlajn,

    (p)

    l-użu ta’ magni tat-tiftix u ta’ direttorji tal-Internet,

    (q)

    l-informazzjoni onlajn iġġenerata b’mod awtomatiku b’softwer minn dejta speċifika mdaħħla mill-klijent, bħal pereżempju d-dejta ġuridika u finanzjarja (b’mod partikolari d-dejta bħal dik dwar is-suq tal-istokks li tiġi aġġornata kontinwament u f’ħin reali),

    (q)

    l-aċċess għal mużika fuq il-kompjuters u l-mowbajls, jew it-tniżżil tagħha,

    (r)

    il-provvista ta’ spazju għar-reklamar, inklużi strixxuni tar-reklami fuq sit web/paġna web,

    (r)

    l-aċċess għal jingles, siltiet, ringtones jew ħsejjes oħra, jew it-tniżżil tagħhom,

    (s)

    l-użu ta’ magni tat-tiftix u ta’ direttorji tal-Internet,

    (s)

    l-aċċess għal films jew it-tniżżil tagħhom,

    (t)

    l-aċċess għal mużika fuq il-kompjuters u l-mowbajls, jew it-tniżżil tagħha,

    (t)

    it-tniżżil ta’ logħob fuq il-kompjuters u l-mowbajls,

    (u)

    l-aċċess għal jingles, siltiet, ringtones jew ħsejjes oħra, jew it-tniżżil tagħhom,

    (u)

    l-aċċess għal logħbiet awtomatizzati onlajn li jiddependu fuq l-Internet, jew fuq netwerks elettroniċi simili oħra, fejn dawk li jilagħbuhom ikunu ġeografikament ’il bogħod minn xulxin,

    (v)

    l-aċċess għal films jew it-tniżżil tagħhom,

    (v)

    it-tagħlim awtomatizzat mill-bogħod li jiddependi fuq l-Internet jew fuq netwerk elettroniku simili biex jiffunzjona u li l-forniment tiegħu ma jkun jirrikjedi l-ebda intervent uman jew intervent limitat, li jinkludi l-klassijiet virtwali, għajr meta l-Internet jew netwerk elettroniku simili jintużaw sempliċiment bħala għodda għall-komunikazzjoni bejn l-għalliem u l-istudent,

    (w)

    it-tniżżil ta’ logħob fuq il-kompjuters u l-mowbajls,

    (w)

    il-workbooks li jitlestew onlajn mill-istudenti u li jiġu mmarkati b’mod awtomatiku, mingħajr intervent uman.

    (x)

    l-aċċess għal logħbiet awtomatizzati onlajn li jiddependu fuq l-Internet, jew fuq netwerks elettroniċi simili oħra, fejn dawk li jilagħbuhom ikunu ġeografikament ’il bogħod minn xulxin,

     

    (y)

    it-tagħlim awtomatizzat mill-bogħod li jiddependi fuq l-Internet jew fuq netwerk elettroniku simili biex jiffunzjona u li l-forniment tiegħu ma jkun jirrikjedi l-ebda intervent uman jew intervent limitat, li jinkludi l-klassijiet virtwali, għajr meta l-Internet jew netwerk elettroniku simili jintużaw sempliċiment bħala għodda għall-komunikazzjoni bejn l-għalliem u l-istudent,

     

    (z)

    il-workbooks li jitlestew onlajn mill-istudenti u li jiġu mmarkati b’mod awtomatiku, mingħajr intervent uman.

     

    Raġuni

    Il-kontenut diġitalizzat ta’ kotba u pubblikazzjonijiet elettroniċi oħra, mhumiex essenzjalment differenti mill-provvista ta’ kontenut stampat.

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

    Kummenti ġenerali

    1.

    jenfasizza li sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi implimentat qafas tat-taxxa modern u stabbli li jagħti spinta lill-innovazzjoni, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamika ġdida tas-suq b’kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati;

    2.

    jinnota b’dispjaċir li xi intrapriżi, partikolarment dawk li joperaw l-aktar fis-settur tal-ekonomija diġitali, jiġu intaxxati ftit wisq. Fir-rigward tat-taxxa korporattiva, huwa importanti li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu ġusti u l-kontribuzzjoni tal-parteċipanti kollha tkun proporzjonata u ġusta;

    3.

    jenfasizza li l-kumpaniji tradizzjonali li l-intrapriżi tradizzjonali, li fil-biċċa l-kbira huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, qed jiffaċċjaw kompetizzjoni fiskali inġusta. Minħabba din il-kompetizzjoni fiskali dannuża, numru kbir minn dawn l-intrapriżi qed jitħabtu biex ma jegħrqux;

    4.

    iqis li s-sistemi tat-taxxa attwali ma għadhomx adatti għall-kuntest ekonomiku attwali, li huwa kkaratterizzat mill-globalizzazzjoni, il-mobbiltà, it-teknoloġiji diġitali, mudelli ġodda ta’ negozju u strutturi tan-negozju kumplessi. Il-prinċipji antiki applikabbli fis-seklu 20 m’għadhomx adegwati. Is-soċjetà tas-seklu 21 teħtieġ mudelli ġodda. Mhuwiex possibbli li kollox jibqa’ għaddej kif inhu;

    5.

    jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tieħu inizjattivi dwar it-tassazzjoni għas-servizzi diġitali, u li tagħti impetu ġdid lid-diskussjonijiet internazzjonali billi tagħti eżempju ċar ta’ kif il-prinċipji tat-taxxa attwali jistgħu jinbidlu. Inizjattivi individwali mill-Istati Membri u mir-reġjuni jistgħu jfixklu serjament is-suq uniku;

    6.

    jirrikonoxxi li t-taxxi rarament huma popolari, wisq inqas meta dawn ikunu ġodda, iżda huma essenzjali biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi b’saħħithom. It-twessigħ tal-bażi tat-taxxa permezz ta’ tassazzjoni xierqa tas-servizzi diġitali, li bħalissa mhumiex taxxabli jew ftit li xejn, jippermetti li l-awtoritajiet rispettivi japplikaw rati nominali raġonevoli ta’ taxxa fuq l-impjieg u l-attività ekonomika, jew li jagħtu tnaqqis fiskali, b’mod partikolari lill-istart-ups u n-negozji żgħar;

    7.

    jemmen li għandha tinstab soluzzjoni fil-livell globali sabiex jiġu sfruttati l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni billi tiġi stabbilita wkoll governanza ta’ kwalità u regoli fil-livell internazzjonali. Jeħtieġ li tintlaqa’ l-azzjoni li twettqet f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-OECD, bil-għan li jsir progress biex tinstab soluzzjoni internazzjonali;

    8.

    jilqa’ l-ħidma li saret mill-OECD, li hija s-soġġett ta’ rapport intermedju ppubblikat fis-16 ta’ Marzu 2018: “L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018”. Ir-rapport ikopri 110 pajjiżi;

    9.

    jemmen li sakemm tinstab soluzzjoni globali mill-OECD li, probabbilment, sfortunatament ma tistax tiġi approvata jew implimentata fuq medda qasira ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha ssib soluzzjoni provviżorja. Il-limiti proposti m’għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq il-mikrointrapriżi jew l-SMEs;

    10.

    iqis li ma jista’ jkun hemm ebda dubju li kull servizz imħallas, ikunx diġitali jew le, għandu jiġi ntaxxat kif xieraq. Ser ikun importanti li jiġi determinat limitu adatt fuq id-dħul, li jekk jinqabeż tista’ tiġi imposta taxxa bil-għan li l-mikrointrapriżi u l-SMEs ma jiġux affettwati b’mod negattiv. Fattur fundamentali ieħor ser ikun li jiġi determinat il-post fejn l-intrapriżi li joperaw fl-ekonomija diġitali jiksbu d-dħul mill-bejgħ tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni lill-kwistjonijiet li ġejjin: kif jiġu ntaxxati dawn l-ammonti waqt li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, kif jiġi evitat li t-taxxa tkun evitata u kif jitqassam b’mod ġust id-dħul tat-taxxa li jinġabar fil-livell internazzjonali, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom;

    Taxxa fuq is-servizzi diġitali

    11.

    jitlob sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ taxxa fuq is-servizzi diġitali jiġi definit bir-reqqa. Sabiex ikunu effettivi, id-definizzjonijiet ma jistgħux ikunu soġġetti għal interpretazzjoni. Is-sistemi fiskali sempliċi, trasparenti u mingħajr ambigwità huma l-aktar effettivi;

    12.

    jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi taxxa fuq is-servizzi diġitali miġbura mhux fuq il-profitti korporattivi, iżda fuq il-fatturat, li jista’ jkollu l-effett konsegwenti li jiġu soġġettati għat-taxxa anke l-intrapriżi bla skop ta’ qligħ. Il-KtR jiġbed l-attenzjoni li dan l-approċċ huwa differenti minn dak tas-sistema globali tat-taxxa korporattiva, li hija bbażata fuq it-tassazzjoni tal-profitti. Il-fatt jibqa’ li ħafna mudelli ta’ negozju ta’ intrapriżi diġitali huma bbażati fuq it-telf matul il-fażi tal-bidu;

    13.

    jinsab mħasseb li trasferiment ta’ tassazzjoni bħal dan jista’ madankollu jkun favorevoli għall-pajjiżi l-kbar, li għandhom ħafna konsumaturi u fejn l-intrapriżi kkonċernati jistgħu jnaqqsu t-telf tagħhom mill-bażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, iżda dan huwa ta’ ħsara għall-pajjiżi esportaturi żgħar. Il-KtR jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni għat-tassazzjoni tal-mudelli ta’ negozju diġitali għandha twassal għal riżultat ekonomiku ġust u ekwu għall-ekonomiji kollha tal-UE;

    14.

    jiddeplora l-fatt li ma hemm l-ebda klawżola ta’ estinzjoni jew mekkaniżmu ieħor li jiżgura li l-miżura tat-taxxa provviżorja se tiġi rtirata meta tinstab soluzzjoni fit-tul;

    Preżenza diġitali sinifikanti

    15.

    jirrimarka li l-pajjiż li fih sar il-bejgħ ma jirċivix l-ammont taxxabbli korporattiv skont ir-regoli fis-seħħ fil-każ ta’ intrapriżi diġitali li mhumiex fiżikament preżenti fit-territorju. Għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ “preżenza diġitali sinifikanti” bħala punt tat-tluq għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa;

    16.

    jenfassizza li s-sistemi tat-taxxa korporattiva attwalment fis-seħħ fid-dinja huma bbażati fuq l-evalwazzjoni tal-profitt korporattiv attribwibbli lil kull ġurisdizzjoni rilevanti. It-tassazzjoni ssir fil-post fejn jinħoloq il-valur. Il-KtR jirrikonoxxi li minħabba d-diffikultajiet biex ikun stabbilit f’liema punt tal-katina tal-valur jinkiseb il-profitt, hemm il-ħtieġa li jinstabu prinċipji universali dwar kif jiġi vvalutat fejn jinħoloq il-valur;

    17.

    jenfasizza li żviluppi oħra fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva jirriflettu r-riżultati diġà miksuba fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt (BEPS). Wieħed mill-prinċipji fil-BEPS huwa l-allokazzjoni ta’ profitti lil pajjiżi f’konformità ma’ fejn jinħoloq il-valur;

    18.

    iqis li l-limitu massimu ta’ EUR 7 miljun għall-ħolqien ta’ stabbiliment permanenti, li jkun japplika skont ir-regoli l-ġodda, għandu jiżdied, għaliex livell daqshekk baxx jista’ jxekkel id-diġitalizzazzjoni;

    Dimensjoni lokali u reġjonali

    19.

    iqis li għalkemm it-tassazzjoni tas-servizzi diġitali jew tal-kumpaniji relatati ma’ preżenza diġitali sinifikanti ma tikkonċernax direttament it-taxxi lokali u reġjonali, l-użu ta’ din it-taxxa jista’ jkollu impatt fuq id-dħul mit-taxxa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’xi Stati Membri, it-taxxi lokali jew reġjonali effettivament jinġabru abbażi tal-bażi nazzjonali tat-taxxa u/jew l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirċievu parti mir-rikavat tat-taxxa korporattiva nazzjonali;

    20.

    iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqsmu r-rikavat mit-taxxa fuq is-servizzi diġitali mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod proporzjonali skont is-sehem tagħhom fit-taxxa korporattiva fi Stat Membru;

    L-impatt tat-tassazzjoni tas-servizzi diġitali u miżuri oħra reċenti

    21.

    Jinnota b’dispjaċir li l-valutazzjoni tal-impatt mhijiex komprensiva biżżejjed. Il-Kummissjoni ma analizzatx x’impatt se jkollha l-miżura interim fuq l-investimenti, in-negozji ġodda, l-impjiegi u t-tkabbir. Il-valutazzjoni tal-impatt lanqas ma ssemmi l-effetti li ser ikollhom dawk il-proposti fuq l-intrapriżi żgħar u medji jew fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-baġit;

    22.

    għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tikkompleta l-valutazzjoni tal-impatt, billi tinkludi analiżi tal-impatt li jista’ jkollha l-miżura provviżorja f’dan ir-rigward. L-effetti fuq id-dħul finanzjarju tal-Istati Membri kbar u żgħar għandhom ukoll jiġu studjati, kif ukoll l-impatt tal-miżuri relatati mal-implimentazzjoni tal-BEPS f’diversi Stati Membri, kif ukoll tar-riforma fiskali tal-Istati Uniti.

    Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2018.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Karl-Heinz LAMBERTZ


    Top