EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1026(04)

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.3848 — Sea-Invest/EMO EKOM (skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L162, 19.6.2001, p. 21 )

ĠU C 251, 26.10.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 251/6


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.3848 — Sea-Invest/EMO EKOM

(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 251/07)

Fl-24 ta' Frar 2006, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-Regolament dwar il-Merġers) li biha l-impriża Sea-Invest N.V. takkwista, permezz ta' akkwist ta' ishma, il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Europees Massagoed-Overslagsbedrijf B.V u Erts- en Kolen Overslagsbedrijf B.V. (EMO-EKOM). Wara l-operazzjoni, EMO-EKOM ser tkun kontrollata konġuntament minn Sea-Invest N.V., Thyssen-Krupp Veerhaven B.V., H.E.S. Beheer N.V. u Manufrance B.V.

Bid-Deċiżjoni tal-31 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni sabet li l-operazzjoni tqajjem dubji serji rigward il-kompatibbiltà mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skond l-Artikolu 6.1(ċ) tar-Regolament dwar il-Merġers. Sussegwentement, fit-3 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura b'20 jum ta' xogħol skond l-Artikolu 10.3(2) tar-Regolament dwar il-Merġers.

Fl-4 ta' April 2006, Sea-Invest fuq talba, ingħatat aċċess għal ċerti “dokumenti importanti” fil-fajl tal-Kummissjoni skond il-Kapitolu 7.2. tan-Nota tal-Kummissjoni dwar “L-Aħjar prattiċi fit-twettiq tal-proċedimenti ta' kontroll tal-Merġers tal-KE”.

Wara investigazzjoni fil-fond tas-suq is-servizzi relevanti tal-Kummissjoni kkunsidraw li d-dubji serji tneħħew u li l-operazzjoni proposta ma timpedixxix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu. Għalhekk, ma ntbagħtet l-ebda Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-partijiet.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet lill-Uffiċjal tas-Smigħ mill-partijiet jew minn partijiet terzi. Il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.

Brussell, is-26 ta' Lulju 2006.

Serge DURANDE


Top