EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0031

Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 31/2002 tad-9 ta' Jannar 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Gżejjer Faroe

ĠU L 6, 10.1.2002, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/31/oj

32002R0031



Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0036 - 0036


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 31/2002

tad-9 ta' Jannar 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Gżejjer Faroe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 tal-14 ta' April 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe, li jiddefinixxi d-disposizzjonijiet li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2471/1999 [2], u partikolarment l-Artikoli 5 u 6 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe tal-11 ta' Lulju 2001 emendat it-Tabella II ta' l-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gzejjer Faroe, minn naħa l-oħra [3], billi tkun miżjuda l-kwota fis-sena tat-tariffa għall-gambli, gambli kbar u awwisti tan-Norveġja, preparati jew ippriservati, minn 2000 sa 3000 tunnellata metrika. Din id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2001.

(2) Il-volum tal-kwota fis-sena tat-tariffa għall-gambli, gambli kbar u awwisti tan-Norveġja, elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 669/97 skond in-numru ta' l-ordni 09.0679, għandu jkun emendat biex jikkunsidra din iż-żieda.

(3) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 669/97 il-volum tal-kwota fis-sena tat-tariffa għall-gambli, gambli kbar u awwisti tan-Norveġja, ppreparati jew ippriservati, li għandhom numru ta' l-ordni 09.0679, hija miżjuda għal 3000 tunnellata metrika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Settembru 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmulha fi Brussel, fid-9 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 101, tat-18.4.1997, p. 1.

[2] ĠU L 301, ta' l-24.11.1999, p. 3.

[3] ĠU L 219, ta' l-14.8.2001, p. 29.

--------------------------------------------------

Top