EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0077
Commission Directive 1999/77/EC of 26 July 1999 adapting to technical progress for the sixth time Annex I to Council Directive 76/769/EEC on the approximation of the laws, regulations and administrative provisions of the Member States relating to restrictions on the marketing and use of certain dangerous substances and preparations (asbestos) (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KEE tas-26 ta' Lulju 1999 li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-asbestos) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KEE tas-26 ta' Lulju 1999 li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-asbestos) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 207, 6.8.1999, p. 18–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009
Official Journal L 207 , 06/08/1999 P. 0018 - 0020
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KEE tas-26 ta' Lulju 1999 li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-asbestos) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir- regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għal restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparati perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari, Artikolu 2a tagħha, introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3]; (1) Billi l-użu ta' l-asbestos u tal-prodotti li fihom l-asbestos jista’, bir-rilaxx tal-fibri, jikkawża asbestożi, mesothelioma u kanċer tal-pulmun; billi t-tqegħid fis-suq u l-użu għandhom għalhekk ikunu soġġetti għar-restrizzjonjonijiet l-iktar severi possibbli; (2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 83/478/KEE [4] li temenda għall-ħames darba d-Direttiva 79/769/KEE speċifikat li t-tip kroċidolit ta' fibra ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuh ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw, bi tliet eċċezzjonijiet possibbli; billi din l-istess Direttiva stabbiliet dispożizzjonijiet obbligatorji ta' ttikkettjar għall-prodotti kollha li fihom il-fibri ta' l-asbestos; (3) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 85/610/KEE [5] li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva 76/769/KEE speċifikat li l-fibri ta' l-asbestos ma jistgħux jitqiegħdu aktar fis-suq u jintużaw f'ġugarelli, materjali u preparati applikati bl-isprej, prodotti ta' l-imnut f'forma ta' trab, aċċessorji għat-tipjip, heaters katalittiċi, żebgħa u verniċ; (4) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 91/659/KEE [6] li tadatta għall-progress tekniku Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE speċifikat li t-tip amfibolu kollu tal-fibri ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuh ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw; billi din l-istess direttiva speċifikat li t-tip krisotilu tal-fibra ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuha ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għal erbatax-il kategorija ta' prodotti; (5) Billi li l-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent kien konsultat dwar l-effetti tas-saħħa ta' l-asbestos tal-krisotil u s-sostituti tiegħu; (6) Billi huma issa disponibbli għal ħafna utilitajiet li jifdal mill-asbestos tal-krisotilu sostituti jew alternattivi li mhumiex klassifikati bħala karċinoġeni u li huma kunsidrati bħala inqas perikolużi; (7) Billi ebda livell ta' espożizzjoni għadu ma ġie identifikat li taħtu l-asbestos tal-krisotil ma jimponix riskji karċinoġeniċi; (8) Billi l-esposizzjoni ta' ħaddiema u utenti oħra ta' prodotti li fihom l-asbestos hija diffiċli ħafna biex tiġi kontrollata u tista’ taqbeż bil-kbir il-limiti kurrenti fuq bażi intermittenti u din il-kategorija ta' espożizzjoni qiegħda issa tqiegħed riskji kbar fuq l-iżvilupp ta' mard relatat ma l-asbestos; (9) Billi mod effettiv għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa li jiġi projbit l-użu tal-fibri krisotili ta' l-asbestos u tal-prodotti li jikkontjenuhom; (10) Billi t-tagħrif xjentifiku dwar l-asbestos u s-sostituti tiegħu qiegħed jiżviluppa kontinwament; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk issaqsi lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent biex tagħmel reviżjoni ulterjuri ta' kwalunkwe data xjentifika ġdida dwar ir-riskji għas-saħħa ta' l-asbestos tal-krisotil u s-sostituti tiegħu qabel l-1 ta' Jannar 2003; billi din ir-reviżjoni tikkonsidra wkoll aspetti oħra ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari d-derogi, fid-dawl tal-progress tekniku; billi, jekk neċessarju, il-Kummissjoni tipproponi bidliet approprjati għal-leġislazzjoni; (11) Billi huwa meħtieġ perjodu ta' aġġustament sabiex jitnaqqas progressivament it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' l-asbestos tal-krisotilu u l-prodotti li jikkontjenuh; billi dan il-perjodu għandu jkun itwal għal dijaframmi wżati għall-elettroliżi f'installazzjonijiet eżistenti minħabba li r-riskju ta' esposizzjoni hu estremament baxx u huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġu żviluppati alternattivi adattati f'din l-applikazzjoni ta' sigurtà kritika; billi l-Kummissjoni tirrevedi din id-deroga qabel l-1 ta' Jannar 2008 wara li tkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent; (12) Billi din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE li tistabilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema [7], u d-Direttivi individwali tagħha fis-sens ta' Artikolu 16(1) ta' dik id-Direttiva, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni ta' karċinoġeni fuq ix-xogħol [8] kif emendata bid-Direttiva 97/42/KE [9]; (13) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/382/KEE [10] li temenda d-Direttiva 83/477/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol tipprovdi qafas ta' kontroll fejn l-attivitatjiet jistgħu jesponu ħaddiema għat-trab ta' l-asbestos; (14) Billi din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE [11] li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-istrumenti tal-frenar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom; (15) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparati perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk addattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness ma’ hawnhekk. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura biex issir din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. 3. Mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa l-1 ta' Jannar 2005, l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-introduzzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal asbestos tal-krisotilu fit-territorji tagħhom. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Karel van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.09.1976, p. 24. [2] ĠU L 166, 01.07.1999, p. 87. [3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24. [4] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24. [5] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 1. [6] ĠU L 363, tal-31.12.1991, p. 36. [7] ĠU L 183, tad-29.06.1989, p. 1. [8] ĠU L 196, tas-26.07.1990, p. 1. [9] ĠU L 179, 08.07.1997, p. 4. [10] ĠU L 206, tad-29.07.1991, p. 16. [11] ĠU L 81, tat-18.03.1998, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS F'Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE il-punt 6 għandu jiġi sostitwit bil-punt li ġej: "6.1.Crocidolite, Nru CAS 12001-28-4Amosite, Nru CAS 12172-73-5Asbestos Anthophyllite, Nru CAS 77536-67-5Asbestos Actinolite, Nru CAS 77536-66-4Asbestos Tremoliet, Nru CAS 77536-68-6 | 6.1.It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn il-fibri u tal-prodotti li jikkontjenu dawn il-fibri miżjuda intenzjonalment għandhom jiġu pprojbiti. | 6.2.Chrysotile, Nru CAS 12001-29-5 | 6.2.It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' din il-fibra u tal-prodotti li jikkontjenu din il-fibra miżjuda intenzjonalment għandhom jiġu projbiti.Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludi d-dijaframmi għal installazzjonijiet eżistenti ta' elettrolożi sakemm dawn jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom, jew sakemm isiru disponibbli sostituti adattati mingħajr asbestos, liema wieħed ikun l-aktar qrib. Il-Kummissjoni tirrevedi din id-deroga qabel l-1 ta' Jannar 2008.L-użu ta' prodotti li fihom il-fibri ta' l-asbestos imsemmija fil-punti 6.1 u 6.2 li kienu diġà installati u/jew fis-servizz qabel id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 199/77/KE mill-Istat Membru konċernat għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati sakemm jitneħħew jew jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa, jipprojbixxu fit-territorju tagħhom l-użu ta' dawn il-prodotti qabel ma jitneħħew jew jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifika, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi u preparati perikolużi, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn il-fibri u l-prodotti li fihom dawn il-fibri, kif huwa awtorizzat skond id-derogi preċedenti, jistgħu jitħallew biss jekk il-prodotti ikollhom tikketta skond id-dispożizzjonijiet ta' Anness II mad-Direttiva 76/769/KEE." | --------------------------------------------------