EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0606

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-11 ta’ Ottubru, 1996 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ akwakultura li joriġinaw mill-UrugwajTest b’relevanza għall-ŻEE

ĠU L 269, 22.10.1996, p. 18–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/606/oj

31996D0606



Official Journal L 269 , 22/10/1996 P. 0018 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-11 ta’ Ottubru, 1996

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ akwakultura li joriġinaw mill-Urugwaj

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(96/606/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju, 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata b’Direttiva 95/71/KE [2] jiġu osservati, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Filwaqt li grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni żar l-Urugwaj sabiex jagħmel spezzjoni ħalli jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajf jiġu magħmula, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Filwaqt li d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Urugwaj dwar spezzjoni ta’ saħħa u kontroll fuq prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Filwaqt li l-‘Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca -Instituto Nacional de Pesca (INAPE)’ fl-Urugwaj, huwa kapaċi li jivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Filwaqt li l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta’ saħħa li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat abbozz ta’ mudell, il-ħtiġiet minimi tal-lingwa (lingwi) li fiha jiġi abbozzat u l-grad tal-persuna awtorizzata li tiffirmah;

Filwaqt li, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titpoġġa marka fuq pakketti ta’ prodotti tas-sajd, li tagħti l-isem tat-tielet pajjiż u n-numru ta’ approvazzjoni tad-ditta ta’ orġini;

Filwaqt li, skond l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha tinkiteb lista ta’ ditti approvati; filwaqt li dik il-lista għandha ssir fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-INAPE lill-Kummissjoni; filwaqt li huwa għalhekk f’idejn l-INAPE li jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Filwaqt li l-INAPE pprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar li jiġu sodisfatti esegwiti l-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni tad-ditti;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-oinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-‘Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca -Instituto Nacional de Pesca (INAPE)’ huwa rikonoxxut bħala l-awtorità kompetenti fl-Urugwaj li tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti ta’ sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Urugwaj għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet segwenti li ġejjin:

1. kull kunsinna għandha tkun akkompanjata minn ċertifikat oriġinali tas-saħħa nnumerat, mimli kif dovut, iffirmat, datat u li jkun jinkludi folja waħda skond l-abbozz stabbilit fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni;

2. il-prodotti għandhom jaslu mingħand ditti approvati mniżżla fl-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni;

3. minbarra fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi’ kwantità u maħsuba intiżi għall-manufattura ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma ‘Urugwaj’ u n-numru ta’ approvazzjoni tad-ditta ta’ oriġini b’ittri li ma jitħasrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat li hemm referenza għalih f’punt 1 ta’ l-Artikolu 2 għandu jiġi fformulat f’għall-inqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikat għandu juri l-isem, il-kapaċita u l-firma tar-rappreżentant ta’ l-INAPE u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ indikazzjonijiet oħra fuq iċ-ċertifikat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru, 1996.

Artikolu 5

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 11 ta’ Ottubru, 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 40.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

1. Ditti

Nru ta' | Stabbiliment | Naħa | Permess proviżorjament sa |

C-02 | INDUSTRIAL SERRANA SA | SOLÍS MATAOJO | tal- 31.03.1997. |

C-04 | FRIPUR SA | MONTEVIDEO | tal- 31.03.1997. |

C-12 | COMPAÑÍA COMERCIAL GRECO-URUGUAYA | LA PALOMA | tal- 31.03.1997. |

C-22 | PESCAMAR SA | MONTEVIDEO | tal- 31.03.1997. |

C-26 | CLAIN SA | MONTEVIDEO | tal- 31.03.1997. |

2. Lista ta’ bastimenti tal-fabbriki permessi

Nru ta'approvazzjoni | Stabbiliment | Naħa | Permess proviżorjament sa |

CA-22 | RIO SOLÍS | BELNOVA SA | tal- 31.03.1997. |

--------------------------------------------------

Top