EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3606

Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KE) Nru 3606/93 tat-22 ta' Novembru 1993 li jimmodifika r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 332, 31.12.1993, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3606/oj

31993R3606



Official Journal L 332 , 31/12/1993 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0081
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0081


Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KE) Nru 3606/93

tat-22 ta' Novembru 1993

li jimmodifika r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidra il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 13 u 23 tiegħu;

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi huwa xieraq li tkun estiża l-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, bit-termini u bi qbil mal-proċedura stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [3], dwar is-salarji, l-pagi u l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kunsill ta' l-Istitut Monetarju Ewropew u l-impjegati ta' dak l-Istitut,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"L-Artikolu 12a

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika għall-President ta' l-Istitut Monetarju Ewropew, għall-Membri l-oħra kollha tal-Kunsill tal-Istitut, għall-membri ta' l-istaff tiegħu u għal dawk li jirċievu l-pensjonijiet imħallsa mill-Istitut li huma nklużi fil-kategoriji determinati mil-Kunsill skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, fir-rigward ta' salarji, pagi u emolumenti, u għall-penzjonijiet għal disabilità, irtirar u lil superstiti. imħallsa mill-Istitut."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU C 324, L 12. 1993, p. 13.

[2] ĠU C 329, 6. 12. 1993.

[3] ĠU L 56, 4. 1968, p. 8. 85 Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3761/92 (ĠU L. 383, 29. 12. 100 1992, p. 1).

--------------------------------------------------

Top