Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R3481

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3481/89 ta' l-20 ta' Novembru 1989 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 338, 22.11.1989, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/3481/oj

    31989R3481



    Official Journal L 338 , 22/11/1989 P. 0007 - 0008
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0101
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0101


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3481/89

    ta' l-20 ta' Novembru 1989

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3469/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati ta' tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' l-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3;

    Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax l-opinjoni tiegħu fit-terminu stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura komuni skond il-kodiċi NM propizju indikat fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jobot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Novembru 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 337, tal-21.11.1989, p. 5.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    Irjus ta' l-awwista u l-partijiet t'isfel tagħha (subbassimenti) miksuba permezz tat-tneħħija tal-qoxra ta' fuq u tal-fwied, mismutin jew mgħollijin fl-ilma, imbagħad iffriżati. Dawn il-prodotti jintużaw fit-tħejjija ta' aljotti magħquda, zlazi u butir krustaċju | 03061290 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għal interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 0306, 030612 u 03061290, (ara wkoll in-noti spjegatorji HS, kapitolu 3, konsiderazzjonijiet ġenerali, l-ewwel subparagrafu). Il-kodiċi NM 0511 ma jistax jiġi kkunsidrat minħabba n-nota legali 1a tal-kapitolu 5 |

    --------------------------------------------------

    Top