EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R0797

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 797/80 tal-31 ta’ Marzu li jaġġusta s-sisa ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet iffissati bil-quddiem fis-settur taz-zokkor

ĠU L 87, 1.4.1980, p. 39–41 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/1980

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/797/oj

31980R0797



Official Journal L 087 , 01/04/1980 P. 0039 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0012
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0012
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0205
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0205


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 797/80

tal-31 ta’ Marzu

li jaġġusta s-sisa ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet iffissati bil-quddiem fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/74 tad-19 ta’ Diċembru 1974 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1396/78 [2], u b’ mod partikolari l-Artikoli 17 (5), 19 (2) u 19 (4) tiegħu,

Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 766/68 tat-18 ta’ Ġunju 1968 jistpola regoli ġenerali kif jingħataw ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iz-zokkor [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1439/76 [4], li jipprovdi li jekk bejn:

- id-data meta tintefa’ applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni b’iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, jew

- fil-każ ta’ rifużjoni ffissata b’offerta, id-data meta l-limitu ta’ żmien biex jintefgħu l-offerti tiskadi,

u d-data ta’ l-esportazzjoni, hemm tibdil fil-prezzijiet taz-zokkor u ta’ l-għasel iswed skond ir-Regolament (KEE) Nru 3330/74, dispożizzjoni tista’ ssir għall-aġġustament ta’ l-ammont tar-rifużjoni;

Billi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 561/80 tal-5 ta’ Marzu 1980 fuq stedina permanenti biex jintefgħu l-offerti sabiex ikunu stabbiliti s-sisa u/jew ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taz-zokkor abjad [5], is-sisa ta’ l-esportazzjoni tista’ wkoll tkun iffissata bil-quddiem; billi għalhekk ikun aħjar li għat-tali sisa tkun estiża l-possibilità pprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 766/68;

Billi huwa mistenni li żieda fil-prezzijiet taz-zokkor u fis-sisa tal-ħażna se jkunu introdotti b’effett mill-1 ta’ Lulju 1980 u li ċertu numru ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni li applikaw għalihom qabel dik id-data u l-iffissar ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jew sisa bil-quddiem ma jintużawx sa wara dik id-data; billi jidher li l-esportaturi issa jsibuha impossibbli li jiżguraw li jwasslu provvisti taz-zokkor fil- jew wara l-1 ta’ Lulju 1980 bi prezzijiet li japplikaw fis-sena kurrenti ta’ promozzjoni; billi huwa għalhekk xieraq li jsir użu mill-possibilita’ ta’ l-aġġustament tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u tas-sisa ffissata bil-quddiem qabel l-1 ta’ Lulju 1980 rigward l-esportazzjoni li għalihom jitlestew il-formalitajiet tad-dwana wara dik id-data; billi dan l-aġġustament għandu jinħadem skond id-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent taz-zokkor validu għas-sena tal-promozzjoni ta’ l-1979/80 u dak validu għas-sena tal-promozzjoni ta’ l-1980/81, kull wieħed minn dawn il-prezzijiet ikun miżjud bl-inklużjoni tas-sisa relevanti tal-ħażna;

Billi t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2682/72 tat-12 ta’ Diċembru 1972 isemmi regoli ġenerali biex jingħataw ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati f’forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness II tat-Trattat u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont tat-tali rifużjonijiet [6], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 707/78 [7], jipprovdi li r-rata tar-rifużjoni taħt is-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem għandha tkun aġġustata skond l-istess regoli li jgħoddu għall-iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet tal-prodotti bażiċi esportati fl-istat naturali; billi għalhekk huwa xieraq f’dan il-każ li ssir dispożizzjoni għall-aġġustment relevanti;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Sakemm il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 766/68 huma mħarsa, kull rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u sisa ta’ l-esportazzjoni ffissata bil-quddiem qabel l-1 ta’ Lulju 1980 għall-prodotti msemmija fl-Anness mehmuż u esportati fil- jew wara d-data, fuq talba tal-parti kkonċernata, għandhom ikunu aġġustati skond il-paragrafu 2.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-aġġustament riferut fil-paragrafu 1, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tkun miżjuda, u s-sisa ta’ l-esportazzjoni mnaqqsa, bid-differenza, espressa f’ECU għal kull 100 kilogramma, bejn il-prezz ta’ l-intervent tal-prodott in kwestjoni applikabbli b’effett mill-1 ta’ Lulju 1980 fin-naħa aktar biż-żejda u l-prezz ta’ l-intervent ta’ dak il-prodott applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 1980 fl-istess naħa.

Biex tinħadem id-differenza riferuta fis-subparagrafu ta’ qabel ikun miżjud ma’ dawn il-prezzijiet ta’ l-intervent is-sisa relevanti tal-ħażna kif riferuta taħt (a) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

Fil-każ ta’ zokkor mhux maħdum, fejn il-qligħ huwa differenti minn dak tal-kwalità normali kif definita fir-Regolament (KEE) Nru 431/68 [8] l-ammont ta’ l-aġġustament ikun immodifikat skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 837/68 [9].

Artikolu 2

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Anness ta’ dan ir-Regolament li huma esportati fil-forma ta’ l-oġġetti msemmija fl-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 2682/72.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd b’effett mill-1 ta’ Lulju 1980.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 1980.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 359, tal-31.12.1974, p. 1.

[2] ĠU L 170, tat-28.3.1978, p. 1.

[3] ĠU L 143, tal-25.6.1968, p. 6.

[4] ĠU L 167, tas-26.6.1976, p. 13.

[5] ĠU L 61, tas-6.3.1980, p. 18.

[6] ĠU L 289, tas-27.12.1972, p. 13.

[7] ĠU L 94, tat-8.4.1978, p. 7.

[8] ĠU L 89, ta’ l-10.4.1968, p. 3.

[9] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 42.

--------------------------------------------------

ANNESS

Nru ta' l-Intestatura tas-TDK | Deskrizzjoni |

17.01 | Pitrava taz-zokkor u kannamiela f'forma solida: A.Zokkor abjad; zokkor bit-togħma jew ikkuluritB.Zokkor mhux maħdum:(a)Zokkor tal-ħelu(b)Ieħor |

--------------------------------------------------

Top