EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0144

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1971 li testendi l-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

ĠU L 74, 29.3.1971, p. 15–15 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(I) P. 180 - 180

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/1972

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/144/oj

31971L0144



Official Journal L 074 , 29/03/1971 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0144
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0162
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0144
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0180
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-22 ta’ Marzu 1971

li testendi l-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

(71/144/KE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 1970, [2] jistabilixxi li Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u japplikawhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1971;

Billi dan il-limitu ta’ żmien deher li mhuwiex biżżejjed; billi għaldaqstant ġie suġġerit li jkun estiż;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 għandu jkun estiż sal-1 ta’ Jannar 1972.

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cointat

[1] ĠU Ċ 196, 16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 59, 14.3.1970, p. 33.

--------------------------------------------------

Top