31971L0144



Official Journal L 074 , 29/03/1971 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0144
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0162
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0144
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0180
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-22 ta’ Marzu 1971

li testendi l-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

(71/144/KE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 1970, [2] jistabilixxi li Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u japplikawhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1971;

Billi dan il-limitu ta’ żmien deher li mhuwiex biżżejjed; billi għaldaqstant ġie suġġerit li jkun estiż;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 għandu jkun estiż sal-1 ta’ Jannar 1972.

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cointat

[1] ĠU Ċ 196, 16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 59, 14.3.1970, p. 33.

--------------------------------------------------