Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004A0320(01)

    Memorandum ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, dwar il-viża u s-suġġetti relatati li jikkonċernaw gruppi turistiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ADS)

    ĠU L 83, 20.3.2004, p. 14–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/memorandum_underst/2004/265/oj

    Related Council decision

    22004A0320(01)



    Official Journal L 083 , 20/03/2004 P. 0014 - 0021


    Memorandum ta' ftehim

    bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, dwar il-viża u s-suġġetti relatati li jikkonċernaw gruppi turistiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ADS)

    L-AMMINISTRAZZJONI NAZZJONALI TAT-TURIŻMU TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

    u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    minn hawn il-quddiem imejħa il-"Partijiet Kontraenti",

    MIXTIEQA li jiffaċilitaw l-ivvjaġġar organiżżat ta' gruppi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn il-Komunità,

    KONXJI li tali vjaġġar ikun jeħtieġ li l-materji tal-viża u suġġetti relatati jkunu indirizzati,

    JIKKONSIDRAW li tali vjaġġar għandu jikkontribwixxi għat-tisħieħ tas-setturi tat-turiżmu kemm fiċ-Ċina u wkoll fil-Komunità,

    DETERMINATI li jassiguraw li dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jkun applikat b'konformità stretta mar-regolamenti Ċiniżi applikabbli u mad-dixxiplini interni tas-suq tal-Komunità,

    JIKKONSIDRAW li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u għall-Irlanda, b'konformità mal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, u l-Protokoll ta' l-integrazzjoni ta' l-acquis Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    JIKKONSIDRAW li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim mhux applikabbli għar-Renju tad-Danimarka, b'konformità mal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka li huma anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    SEZZJONI I

    TERMINI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim:

    (a) "Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit;

    (b) "Ċittadin Ċiniż" għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha l-passaport tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

    (ċ) "territorju tal-Komunità" għandha tfisser it-territorju li fih it-trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea jkun applikabbli bl-eċċezzjoni tar-territorju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda, u tar-Renju Unit u tad-Dipartimenti Mbiegħda Franċiżi;

    (d) "Aġenzija ta' l-ivvjaġġar (innominata) Ċiniża", għandha tfisser kwalunkwe aġenzija magħżula u nnominata mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (CNTA);

    (e) "kurrier" għandha tfisser il-persuna intitolata li tippreżenta applikazzjonijiet għal viża għal grupp ta' turisti lejn l-ambaxxati jew lejn l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri fiċ-Ċina skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim;

    (f) "Viża Schengen" hija il-viża uniformi stabbilita fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta' l-Applikazzjoni Schengen.

    Artikolu 2

    L-għan u l-iskop ta' applikazzjoni

    Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jkun japplika għall-ivjaġġar minn gruppi ta' turisti ta' ċittadini Ċiniżi għall-ispejjeż tagħhom miċ-Ċina lejn it-territorju tal-Komunità. Għal dan l-iskop, il-Komunità għandha tgwadi l-istatus tad-destinazzjoni approvata (ADS).

    Tali vjaġġar għandu jkun organiżżat bi qbil mad-disposizzjonijiet u l-ħtiġiet stabbiliti f'dan il-Memorandum ta' Ftehim.

    Artikolu 3

    Gruppi tat-turisti

    Parteċipanti fi gruppi ta' turisti Ċiniżi għandhom jidħlu u joħrġu mit-territorju tal-Komunità bħala grupp. Għandhom jivvjaġġaw fi ħdan il-Komunità bħala grupp skond il-programm stabbilit ta' l-ivjaġġar. In-numru minimu ta' parteċipanti fi grupp ta' turisti m'għandux ikun anqas minn ħamsa.

    SEZZJONI II

    PROĊEDURA TAL-VIŻA U TAD-DĦUL MILL-ĠDID

    Artikolu 4

    Proċedura tal-Viża

    1. Aġenziji ta' l-ivvjaġġar (innominati) Ċiniżi

    (a) In-naħa Ċiniża għandha tinnomina aġenziji ta' l-ivvjaġġar fiċ-Ċina li jkunu ġew awtoriżżati mill-CNTA sabiex joperaw l-ivvjaġġar estern ta' Ċittadini Ċiniżi lejn l-Istati Membri. L-ambaxxati u l-uffiċċji konsolari ta' l-Istati Membri għandhom jakkreditaw dawn l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar kif innominati sabiex jaġixxu bħala rapreżentanti awtoriżżati għall-applikanti tal-viża. Il-CNTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-ambaxxati u l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Memrbi bil-lista ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar Ċiniżi innominati, inklużi l-indirizzi, n-numri tat-telefon, in-numri tal-fax, l-e-mail u l-persuni bħala kontatt tagħhom;

    (b) fil-każ ta' xi vjolazzjoni tar-regolamenti UE u/jew Ċiniżi mill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar Ċiniżi innominati fl-operat ta' l-ivvjaġġar estern ta' ċittadini Ċiniżi, miżuri xierqa għandhom jittieħdu kontra tali aġenzija b'konformità mal-leġislazzjoni fis-seħħ. Din tinkludi, meta xierqa, l-irtirar miċ-Ċina tan-nominazzjoni ta' l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar, jew ta' l-akkreditazzjoni tagħha ma l-ambaxxati jew l-uffiċċju konsulari ta' l-Istati Membri ġewwa ċ-Ċina.

    2. Kurrieri

    (a) Kull aġenzija ta' l-ivvjaġġar Ċiniża innominata tista taħtar sa żewġ persuni sabiex jaġixxu fl-isimha u għan-nom tagħha bħala kurrieri fil-proċess meħtieġ ta' l-applikazzjoni għal viża ta' gruppi ta' turisti Ċiniżi li jixtiequ jżuru t-territorju tal-Komunità. Il-kurrieri huma ntitolati li jippreżentaw l-applikazzjonijiet għal viża dwar tali gruppi fl-ambaxxati jew fl-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri ġewwa ċ-Ċina;

    (b) dawn għandhom ikunu awtoriżżati li jidħlu fl-ambbaxxati jew l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri b'għelm maħruġ minn CNTA u b'għelm b'ritratt ta' l-identità u ċertifikat maħruġ mill-ambaxxati jew l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri, li lilhom CNTA għandha tagħti d-dettalji relevanti tal-persuni li jaġixxu bħala kurrieri għal kull aġenzija ta' l-ivvjaġġar. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih mill-anqas l-isem u l-indirizz tal-aġenzija ta' l-ivvjaġġar u l-isem ta' l-aġent li jaġixxi bħala kurrier.

    (ċ) fil-każ li aġenzija ta' l-ivvjaġġar innominata li ma tkunx aktar akkriditata ma l-ambaxxata jew l-uffiċċju konsulari ta' Stat Membru, l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar ikkonċernata hija obbligata li tibgħat lura l-għeliem u ċ-ċertifikati lejn l-ambaxxati jew lejn l-uffiċċji konsulari ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom, għall-invalidazzjoni sussegwenti. Aktar minn hekk, aġenzija ta' l-ivvjaġġar akkreditata għandha l-obbligu li tibgħat lura l-għeliem u ċ-ċertikati lejn l-ambaxxata jew lejn l-uffiċċju konsulati ta' l-Istat Membru jekk il-persuna li tkun taġixxi bħala l-kurrier tagħha ma tkunx għadha aktar impjegata f'dik il-kapaċità ma dik l-aġenzija.

    3. Applikazzjonijiet għal viża

    (a) Meta ssir il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viża dwar grupp ta' klienti ta' aġenzija ta' l-ivvjaġġar akkreditata Ċiniża ma l-ambaxxati jew l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri, l-aġenziji ta' l-ivjġġar għandhom ukoll jippreżentaw dawn id-dokumenti li ġejjin: komunikazzjoni iffermata mir-rapreżentant ta' l-imsemmija aġenzija ta' l-ivvjaġġar bl-informazzjoni dwar il-vjaġġ ippjanat, il-pagament ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, assigurazzjoni adekwata, l-ismijiet tal-parteċipanti fil-ġita, flimkien mal-passaport ta' kull parteċipant u formola ta' l-applikazzjoni mimlija kif meħtieġ li tkun iffermata minn kull vjaġġatur. Meta meħtieġ, aktar dokumenti u/jew informazzjoni tista tkun meħtieġa mill-ambaxxati jew l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri;

    (b) l-applikazzjonijiet għall-viża għandhom ikunu ipproċessati skond il-leġislazzjoni applikabbli. Il-viżi għandhom bħala prinċipju jkunu mogħtija mill-ambaxxati jew mill-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom id-destinazzjoni unika jew ewlenija hija prevista għaż-żjara. Meta jkun impossibli li tkun iddeterminata id-destinazzjoni ewlenija, jew meta żjajjar ta' l-istess tul ikunu previsti, l-ambaxxata jew l-uffiċċju konsulari ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel dħul fit-territorju tal-Komunità għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-viża. L-ambaxxati jew l-uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal intervisti personali jew bit-telefon ma l-applikanti;

    (ċ) il-viża li għandha tkun maħruġa mill-ambaxxati jew mill-uffiċċju konsulari ta' l-Istati Membri għandha tkun viża Schengen, limitata għal massimu ta' 30 jum, maħruġa b'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli. Għandha tkun viża individwali Schengen li jkollha r-refernza "ADS";

    (d) jekk l-ambaxxati jew l-uffiċċju konsulari tal-Komunità japprovaw applikazzjoni għal viża minn għand aġenziji ta' l-ivvjaġġar, organizzazzjonijiet jew individwi oħrajn, li ma humiex innomonti bħala aġenziji ta' l-ivvjaġġar minn CNTA, il-CNTA m'għandhiex tkun responsabbli għall-problemi li jistgħu jinqalgħu matul il-vjaġġ sussegwenti fit-territorju tal-Komunità.

    Artikolu 5

    Soġġorn żejjed illegali u dħul mill-ġdid

    1. L-aġenziji ta' l-ivvjaġġar Ċiniżi innominati u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar parteċipanti fil-Komunità huma meħtieġa li jirraportaw, mingħajr dewmien, lejn l-awtoritajiet rispettivi tagħhom, lill-CNTA u l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża, b'xi turist ADS li jkun nieqes mill-grupp kif ukoll dwar xi turist ADS li ma jkunx mar lura lejn iċ-Ċina.

    2. Fil-każ ta' soġġorn żejjed illegali ta' xi turist ADS, l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar relatata mal-Partijiet Kontraenti għandha taħdem immedjetament mad-dipartimenti kompetenti tal-Partijiet Kontraenti sabiex tgħin ħalli jkun mibgħut lura u milqugħ it-turist, li għandu jkun ammess mill-ġdid mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Evidenza dokumentarja għandha tkun ipprovduta hekk li tagħti prova ta' l-identità tiegħu jew tagħha bħala ċittadin Ċiniż għall-iskop li jkun imdaħħal mill-ġdid. L-ispejjez tal-vjaġġ ta' l-ajru għandhom jitħallsu mit-turist. Jekk it-turist ma jkunx jista jħallas, l-ispejjiż assoċċjati mar-ripatriazzjoni tiegħu jew tagħha għandhom jitħallsu mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, li għandha imbagħad titlob lill-aġenzija ta' l-ivvjaġġar relevanti Ċiniża kif innominata sabiex tħallas lura immedjetament il-ħlas tal-pasaġġ. F'dan il-każ, l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar Ċiniża relatata għandha tirrifondi l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat fi żmien 30 jum minn wara d-dħul mill-ġdid tat-turist u tirkupra l-ispejjeż minn għand it-turist.

    SEZZJONI III

    IMPLEMENTAZZJONI U SKAMBJU TA' L-INFORMAZZJONI

    Artikolu 6

    Kumitat ta' l-Istatus tad-Destinazzjoni Approvata

    1. Sabiex ikun assigurat l-operat sfieq ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim, il-Partijiet Kontraenri għandhom jaffetwaw skambju ta' l-informazzjoni u d-data fi żmien tajjeb, u jaħdmu flimkien mill-qrib. Sabiex tkun tista ssir superviżjoni ta' l-implementazzjoni tajba ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim, mekkaniżmu konsultattiv għandu jkun stabbilit.

    2. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat ta' l-Istatus tad-Destinazzjoni Approvata (minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Kumitat") li għandu, partikolarment, ikollu d-dover:

    (a) li jwettaq superviżjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim u jabbozza rapport ta' kull sena dwar l-implementazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim;

    (b) jiddeċiedi dwar l-implementazzjoni ta' l-arranġamenti meħtieġa għall-eżekuzzjoni uniformi tiegħu;

    (ċ) ikollu skambju regolari ta' l-informazzjoni;

    (d) jirrakkommanda emendi għal dan il-Memorandum ta' Ftehim lejn il-Partijiet Kontraenti.

    3. Il-Kumitat għandu jkun kompost mir-Rapreżentanti tal-Partijiet Kontraenti. Il-Komunità għanhda tkun rapreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. Iċ-Ċina għandha tkun rappreżentata mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    4. Il-Kumitat għandu jiltaqgħa kull meta jkun meħtieġ mat-talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    5. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    TAQSIMA IV

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 7

    Arranġamenti ADS ta' l-Istati Membri

    Xi Memorandum ta' Ftehim simili jew arranġament bejn iċ-Ċina u Stat Membru m'għandux ikun aktar applikat mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien u terminazzjoni

    1. Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

    2. Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar li jsegwi d-data li fiha il-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lill-xulxin bit-twettieq li l-proċeduri referuti fl-ewwel paragrafu jkunu ġew imwettqa.

    3. Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jibqa fis-seħħ għal perijodu indefinit, sakemm ma jkunx ġie itterminat bi qbil mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

    4. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista tittermina dan il-Memorandum ta' Ftehim billi tagħti avviż bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jispiċċa milli jkun effettiv tlett xhur wara d-data ta' tali notifika.

    5. Dan il-Memorandum ta' Ftehim jista jkun emendat bil-qbil bil-miktub tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu innotifikaw lill-xulxin bit-twettieq tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-iskop.

    6. Dan il-Memorandum ta' Ftehim għandu jkun legalment jorbot fuq iż-żewġ Partijiet Kontraenti.

    +++++ TIFF +++++

    Hecho en Pekín el doce de febrero de 2004, en dos ejemplares, en lengua alemana, danesa, española, finesa, francesa, griega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa, sueca y china, siendo cada uno de estos textos igualmente auténtico.Udfærdiget i Beijing den tolvte februar 2004 i to eksemplarer på dansk, engelsk, finsk, fransk, græsk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, spansk, svensk, tysk og kinesisk, idet hver af disse tekster har samme gyldighed.Geschehen zu Peking am zwölften Februar 2004 in zwei Urschriften in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, schwedischer, spanischer und chinesischer Sprache, wobei jeder Wortlaut gleichermaßen verbindlich ist.Έγινε στο Πεκίνο στις δώδεκα Φεβρουαρίου 2004, στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική, φινλανδική και κινεζική γλώσσα, και καθένα από τα εν λόγω κείμενα είναι εξίσου αυθεντικό.Done at Beijing on the twelfth day of February 2004, in duplicate in the Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Greek, Italian, Portuguese, Spanish, Swedish and Chinese languages, each of these texts being equally authentic.Fait à Pékin le douze février 2004 en deux exemplaires, en langue allemande, anglaise, danoise, espagnole, finnoise, française, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise, suédoise et chinoise, chacun de ces textes faisant également foi.Fatto a Pechino addì dodici febbraio 2004, in duplice copia nelle lingue danese, olandese, inglese, finlandese, francese, tedesca, greca, italiana, portoghese, spagnola, svedese e cinese, ciascuna delle quali fa ugualmente fede.Gedaan te Peking, de twaalfde februari 2004, in twee exemplaren opgesteld in de Deense, de Duitse, de Engelse, de Finse, de Franse, de Griekse, de Italiaanse, de Nederlandse, de Portugese, de Spaanse, de Zweedse en de Chinese taal, zijnde alle teksten gelijkelijk authentiek.Feito em Pequim, em doze de Fevereiro de 2004, em duplo exemplar nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa, sueca e chinesa, todos os textos fazendo igualmente fé.Tehty Pekingissä kahdentenatoista päivänä helmikuuta 2004 kahtena kappaleena englannin, espanjan, hollannin, italian, kreikan, portugalin, ranskan, ruotsin, saksan, suomen, tanskan ja kiinan kielellä, ja jokainen teksti on yhtä todistusvoimainen.Utfärdat i Peking den tolfte februari 2004 i två exemplar på danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska, tyska och kinesiska språken, vilka alla texter är lika giltiga.

    +++++ TIFF +++++

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por la Administración Nacional de Turismo de la República Popular ChinaFor Folkerepublikken Kinas nationale turistadministrationFür die Staatliche Tourismusverwaltung der Volksrepublik ChinaΓια την Εθνική Διοίκηση Τουρισμού της Λαϊκής Δημοκρατίας της ΚίναςFor the National Tourism Administration of the People's Republic of ChinaPar l'administration nationale du tourisme de la République populaire de ChinePer l'amministrazione nazionale del turismo della Repubblica popolare cineseVoor de overheidsdienst voor toerisme van de Volksrepubliek ChinaPela Administração Nacional de Turismo da República Popular da ChinaKiinan kansantasavallan kansallisen matkailuhallinnon puolestaFör Folkrepubliken Kinas nationella turistförvaltning

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    PROTOKOLL DWAR L-ISTATI MEMBRI ĠODDA

    B'konformità ma l-Att ta' l-Adeżjoni, l-Istati Membri li jaċċedu ma l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja) li għal issa għandhom ma joħorġux il-viżi Schengen.

    Għalhekk, b'deroga mill-Artikolu 4(3) tal-Memorandum ta' Ftehim, u sakemm id-Deċiżjoni tal-Kunsill prevista fl-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tidħol fis-seħħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ il-viżi nazzjonali limitati għat-territorju tiegħu.

    --------------------------------------------------

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARRANAMENTI IMPLEMENTATTIVI

    1. Aġenziji ta' l-ivvjaġġar

    Il-Komunità tirrakkommanda lill-Istati Membri u lill-azjendi tagħhom li jipprodu servizz għat-turiżmu li jfornu lil CNTA b'lista ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar fir-territorju tagħhom, inklużi l-indirizzi, in-numri tat-telefon, in-numri tal-fax, l-e-mail u l-persuni bħala kuntatt. Dawn il-listi għandhom ikunu aġġornati regolarment u trasmessi lejn CNTA.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom aktar minn hekk, jifhmu li l-aġenżiji ta' l-ivvjaġġar taż-żewġ Partijiet Kontraenti, għandhom ikunu ntitolati li jagħżlu is-sieħba tan-negozju tagħhom mill-Parti Kontraenti l-oħra u li jikkonkludu kuntratti magħhom. L-imsemmija aġenziji ta' l-ivvjaġġar huma responsabbli għall-arranġamenti kollha tan-negozju li jkopru il-ġiti ta' tali programmi ta' ġiti, l-ispejjeż, is-servizzi, u l-pagamenti, fil-kuntratt tal-ġita mas-sieħba tan-negozju rispettivi tagħhom.

    2. Il-ħarsien tad-drittijiet tat-turisti Ċiniżi

    Id-drittijiet u l-interesi leġittimi taċ-ċittadini Ċiniżi li jivvjaġġaw fit-territorju tal-Komunità fi gruppi turistiċi għandhom ikunu mħarsa bil-leġislazzjonijiet pertinenti tal-Komunità, ta' l-Istati Membri u taċ-Ċina. Fil-każ ta' vjolazzjoni, dawn ir-regolamenti għandhom ikunu applikati fuq l-aġenziji relevanti.

    Il-Komunità tinkorraġixxi lill-Istati Membri u lill-azzjendi tagħhom li jipprovdu servizzi tat-turiżmu li jistabbilixxu hotline għall-konsultazzjoni u għajnuna f'emerġenza lit-turisti Ċiniżi.

    3. Il-mexxeja tal-ġita u l-gwida tal-ġita

    Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li aġenziji ta' l-ivvjaġġar akkreditati ¬iniżi għandhom jaħtru mexxej tal-ġita jew mexxija tal-ġita għal kull grupp.

    Il-mexxej tal-ġita għandu jassigura li l-gruppi ta' turisti Ċiniżi li jivvjaġġaw fir-territorju tal-Komunità b'konformità ma dan il-Memorandum ta' Ftehim għandhom jidħlu fil, u jħallu t-territorju tal-Komunità bħala grupp. Il-mexxej tal-ġita huwa meħtieġ li jkollu miegħu kopja tal-biljetti ta' l-ajru u tal-passaporti kollha matul il-vjaġġ.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotaw li, b'żieda mal-mexxej obbligatorju tal-ġita ipprovdut mill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar Ċiniżi, aġenziji ta' l-ivvjaġġar tal-Komunità jistgħu jipprovdu gwidi għal kull grupp ta' turisto Ċiniżi għal matul is-soġġorn fit-territorju tal-Komunità.

    Dawn il-gwidi tal-ġita jistgħu jakkumpanjaw lill-grupp miż-żmien ta' meta jidħol saż-żmien ta' meta jħalli t-territorju tal-Komunità, skond il-kondizzjonijiet ipprovduti bil-liġi applikabbli ta' kull Stat Membru, u għandhom jgħamlu sforz li jsolvu kwalunkwe problema li tista tinħoloq b'konsultazzjoni mal-mexxej Ċiniż tal-ġita.

    4. Ħtiġiet ta' l-informazzjoni

    Il-Komunità tinkorraġixxi lill-Istati Membri u lill-azjenti tagħhom li jipprovdu servizzi tat-turiżmu li jgħamlu l-informazzjoni relevanti disponibbli lill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar innominati Ċiniżi, partikolarment rigward il-possibbiltajiet ta' l-ivvjaġġar lejn u mit-territorju tal-Komunità, dwar servizzi importanti ta' l-ivvjaġġar għal vjaġġaturi Ċiniżi u l-prezzijiet tagħhom, u l-informazzjoni li sservi għal ħarsien tad-drittijiet leġittimi tal-vjaġġaturi.

    5. Evidenza dokumentarja

    Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-evidenza dokumentarja referuta fl-Artikolu 5(2) ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim, għandha tinkludi passaporti, applikazzjonijiet tal-viża, infomazzjoni dwar il-kontroll ta' l-immigrazzjoni fil-UE, id-dokumenti ta' l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar, jew fotokopji tagħhom.

    --------------------------------------------------

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA D-DANIMARKA

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Memorandum ta' Ftehim mhux applikabbli fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka. F'tali ċirkostanzi, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-awtoritajiet tad-Danimarka jistqarru li huma lesti li jikkonkludu, mingħajr dewmien, arranġament ta' Status Approvat tad-Destinazzjoni bl-istess termini bħal dawk ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim.

    --------------------------------------------------

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA LIR-RENJU UNIT U LILL-IRLANDA

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Memorandum ta' Ftehim mhux applikabbli fit-territorju tar-Renju Unit u fl-Irlanda. F'tali ċirkostanzi, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-awtoritajiet tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda ikkonkludew arranġament ta' Status Approvat tad-Destinazzjoni bl-istess termini bħal dawk ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim.

    --------------------------------------------------

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA LILL-ISLANDA U LIN-NORVEĠJA

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjonijiet mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju 1999 li jikkonċerna l-asoċċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi ma l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis Schengen. F'tali ċirkostanzi, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ikkonkludew arranġament ta' Status Approvat tad-Destinazzjoni ma l-Islanda u man-Norveġja b'termini simili bħal dawk ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim.

    --------------------------------------------------

    Top