Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/326/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 326/10

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża GDF Suez SA (“GDF Suez”, Franza) waħedha takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll fuq International Power plc (“International Power”, l-Ingilterra u Wales) permezz tal-akkwist ta' 70 % tal-ishma fl-International Power.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-GDF Suez hija preżenti f'kull parti tal-katina tal-enerġija, fl-elettriku u fil-gass naturali, inklużi: (i) ix-xiri, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-gass naturali u tal-elettriku; (ii) it-twassil, it-tqassim, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta' infrastrutturi kbar tal-gass naturali; u (iii) it-tfassil u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tal-enerġija u ta' servizzi marbutin mal-ambjent,

L-International Power hija operatur internazzjonali b'attivitajiet fl-Amerika ta' Fuq, fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani, fl-Awstralja u fl-Asja. L-International Power hija operatur ta' faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Hija tiżviluppa, tippossedi u tħaddem madwar 50 impjant tal-produzzjoni tal-elettriku f'21 pajjiż, u tiġġenera kapaċità (gross) ta' bejn wieħed u ieħor 32 000 MW f'kapaċita elettrika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top