This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/269/88
Case T-306/07: Action brought on 9 August 2007 — Offshore Legends v OHIM — Acteon (OFFSHORE LEGENDS (in blue, black, green))
Kawża T-306/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Awwissu 2007 — Offshore Legends vs L-UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri blu, iswed u aħdar)
Kawża T-306/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Awwissu 2007 — Offshore Legends vs L-UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri blu, iswed u aħdar)
ĠU C 269, 10.11.2007, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/49 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Awwissu 2007 — Offshore Legends vs L-UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri blu, iswed u aħdar)
(Kawża T-306/07)
(2007/C 269/88)
Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Offshore Legends NV (Nevele, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Acteon SARL (Saint-Tropez, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tad-29 ta' Mejju 2007 (Kawża R 1038/2006-2); |
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Offshore Legends” bil-kuluri blu, iswed u aħdar, għall-prodotti fil-klassi 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 — Applikazzjoni Nru 2 997 021
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Acteon SARL
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali “Offshore One”, għall-prodotti fil-klassi 16, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni hija miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) safejn il-Bord ta' Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari, żball fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks in kwistjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).