Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/74

    Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/42


    Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

    (2007/C 269/74)

    Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008, skond l-Aritkolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:

    1.

    L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla ta' l-Appelli.

    2.

    Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet imħallfin.

    Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jiqassmu lill-awli skond tliet listi differenti mfassla skond l-ordni ta' reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

    għall-kawżi li jirrigwardaw l-implementazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, ta' regoli dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istati u ta' regoli dwar il-miżuri ta' difiża kummerċjali;

    għall-kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

    għall-kawżi kollha l-oħra.

    Fil-kuntest ta' dawn il-listi, iż-żewġ awli ppresjeduti minn tlieta komposti minn erba' mħallfin jittieħdu in kunsiderazzjoni darbtejn meta sseħħ it-tielet rotazzjoni.

    Il-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza jista' jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu in kunsiderazzjoni l-konnessjoni ta' ċerti kawżi jew sabiex jassigura li x-xogħol jiġi mqassam b'mod ibbilanċjat.


    Top