This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/269/54
Case C-397/07: Action brought on 27 August 2007 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-397/07: Rikors imressaq fis- 27 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Rejnu ta' Spanja
Kawża C-397/07: Rikors imressaq fis- 27 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Rejnu ta' Spanja
ĠU C 269, 10.11.2007, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/31 |
Rikors imressaq fis-27 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Rejnu ta' Spanja
(Kawża C-397/07)
(2007/C 269/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u M. Afonso, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tiddikjara li:
ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969 (1). |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
— |
Id-Direttiva 69/335 żżomm l-istatus quo għal dak li jirrigwarda d-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri li jintroduċu mill-ġdid dazji kapitali jew li jimponu mill-ġdid din it-taxxa fuq operazzjonijiet li huma, fil-prattika, eżenti. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax tneħħi l-eżenzjonijiet tagħha u tintaxxa l-operazzjonjiet kollha koperti mis-sistema speċjali tad-Digriet Rjali Nru 4/2004 li huma, però, esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ex Artikolu 7(1)(b) u (b)a. Spanja hija marbuta li tapplika l-eżenzjoni ta' l-Artikolu 45(1)(B)(10) tad-Digriet Rjali Nru 1/1993, għall-operazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt is-sistema speċjali tad-Digriet Rjali Nru 4/2004, independentament minn jekk, fil-fatt, din is-sistema speċjali tapplikax jew le. |
— |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 69/335 jinkludi lista eżawrjenti ta' operazzjonijiet suġġetti għad-dazju kapitali. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1)(g), it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li, fl-Istat Membru ospitanti hija kkunsidrata, għall-iskopijiet ta' impożizzjoni ta' dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali, imma li mhijiex ikkunsidrata bħala tali fl-Istat Membru ta' oriġini tagħha, huwa suġġett għad-dazju kapitali. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni jew it-transferiment ta' l-uffiċċju reġistrat fir-rigward ta' kumpannija kapitali li mhijiex suġġetta għal taxxa simili fl-Istat Membru ta' orgini tagħha. It-trasferiment tas-sede tagħha fi Stat Membru ieħor permezz ta' kumpannija kapitali mhuwiex fatt li jagħti lok għall-impożizzjoni ta' dazju kapitali, meta l-Istat Membru li fih dik il-kumpannija tkun ġiet kostitwita ma jiġborx dazju kapitali bħal dan. Barra minn hekk, xejn ma juri li l-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika biss fil-każ ta' evażjoni jew frodi fiskali. |
— |
Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq il-parti ta' kapitali wżata biex jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali fuq it-territorju Spanjol, permezz ta' fergħat jew ta' stabbilimenti permanenti. Kif jidher biċ-ċar mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/335, Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq il-kumpanniji li ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor u mhux fi Spanja. L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 69/335 jillimita l-miżuri bħal dawk implementati minn Spanja għall-każ speċifiku ta' kumpannija li l-uffiċċju reġistrat tagħha u ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha jinsabu f'pajjiz terz. Għal dak li jirrigwarda il-kwistjoni dwar il-frodi jew l-evażjoni fiskali, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet Spanjoli japplikaw mingħajr ebda restrizzjoni jew distinzjoni skond jekk ikunx hemm jew le frodi jew evażjoni fiskali. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax tqajjem ġustifikazzjoni bħal din. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital.