This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/269/44
Case C-369/07: Action brought on 3 August 2007 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic
Kawża C-369/07: Rikors imressaq fit- 3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-369/07: Rikors imressaq fit- 3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 269, 10.11.2007, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/22 |
Rikors imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-369/07)
(2007/C 269/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u I. Chatzigiannis)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li, peress li r-Repubblika Ellenika ma adottatx il-miżuri involuti fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta' Mejju 2005 fil-Kawża C-415/03, rigward in-nuqqas, mir-Repubblika Ellenika, ta' twettiq ta' l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni ta' l-2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-kumpannija Olympic Airways, kisret l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din id-deċiżjoni u ta' l-Artikolu 228(1), tat-Trattat KE. |
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni l-penali indikata ta' EUR 53 611 għal kull jum ta' ritard fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-415/03 fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-2002, mill-jum ta' l-għoti tas-sentenza f'din il-kawża sal-jum li fih tiġi infurzata s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-415/03. |
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma fissa, li l-ammont tagħha jinkiseb billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' kuljum bin-numru ta' jiem li matulhom kompla l-ksur, mill-jum ta' l-għoti tas-sentenza fil-Kawża C-415/03 sad-data li fiha tingħata s-sentenza f'din il-kawża fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-2002. |
— |
tordna li r-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Mejju 2005, fil-Kawża C-415/03, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, peress li r-Repubblika Ellenika ma adottatx fit-terminu preskritt il-miżuri kollha neċessarji għall-ħlas lura ta' l-għajnuniet ikkunsidrati illegali u inkompatibbili mas-suq komuni — bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-entità nazzjonali tas-sigurtà soċjali — skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta' Diċembru 2002, din naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' dan l-Artikolu. |
2. |
Il-Kummissjoni, filwaqt li tosserva li r-Repubblika Ellenika ma nnotifikat lis-servizzi tal-Kummissjoni bl-ebda miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-415/03, minkejja l-garanziji fis-sens kuntrarju mogħtija mill-awtorità Ellenika u li għadha ma rkupratax l-għajnuniet meqjusa inkompatibili mad-deċiżjoni ta' l-2002, hija kkunsidrat xieraq li tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 228 KE. |
3. |
Skond l-Artikolu 228 KE u skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward, peress li l-Kummissjoni ressqet il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li Stat membru ma adottax il-miżuri involuti fl-eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tindika l-ammont fiss u/jew tal-penali li l-Istat Membru għandu jħallas u li l-Kummissjoni tqis xieraq għaċ-ċirkustanzi. Id-deċiżjoni finali dwar l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 228 KE hija adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha ta' ġurisdizzjoni sħiħa fil-qasam. |
4. |
Kemm l-ammont tal-penali kif ukoll dak tas-somma fissa li l-Kummissjoni tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-ambitu tar-rikors tagħha, huma stabbiliti fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkolu stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2005, dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikolu 228 KE. |