Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/43

Kawża C-363/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance du VII ème arrondissement de Paris (Franza) fit- 2 ta' Awwissu 2007 — Hewlett Packard International SARL vs Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris (Franza) fit-2 ta' Awwissu 2007 — Hewlett Packard International SARL vs Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects

(Kawża C-363/07)

(2007/C 269/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hewlett Packard International SARL

Konvenuta: Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects

Domandi preliminari

1)

Il-funzjoni “copy” ta' apparat multifunzjonali, bħal dak deskritt fil-proċedimenti preżenti, maħsub sabiex jaħdem f'kollegament dirett jew permezz ta' netwerk ma' kompjuter jew kompjuters, iżda li jista', permezz tal-funzjoni “copy”, jaħdem b'mod indipendenti, tikkostitwixxi “funzjoni speċifika oħra minbarra l-ipproċessar ta' data” skond in-Nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda?

2)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-eżistenza ta' din il-funzjoni speċifika, li fir-rigward tagħha huwa espleċitament rikonoxxut li ma tagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, hija ta' natura tali li teskludi l-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 84 skond in-nota 5 E, minkejja l-eżistenza tal-funzjoni ta' printer u ta' scanner li jaqgħu taħt l-ipproċessar ta' data?

3)

F'każ bħal dan, u fir-rigward ta' apparat magħmul mill-assemblaġġ ta' żewġ komponenti materjalment distinti (printer u scanner), il-klassifikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-Regola Ġenerali 3(b)?

4)

B'mod aktar ġenerali, interpretazzjoni korretta tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda għandha twassal sabiex printers bħal dawk deskritti jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 60 jew 9009 12 00?

5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, (1) huwa invalidu, b'mod partikolari peress li jmur kontra s-Sistema Armonizzata, in-Nomenklatura Magħquda u l-paragrafu 1 u 3(b) tar-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda safejn dan huwa mmotivat b'referenza għall-kunċett ta' “funzjoni li tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu” u safejn iwassal għall-klassifikazzjoni fl-intestatura 9009 12 00 ta' printers bħal dawk deskritti?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006 tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 70, p. 9) [traduzzjoni mhux uffiċjali].


Top