Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/35

Kawża C-337/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl- 20 ta' Lulju 2007 — Ibrahim Altun vs Stadt Böblingen

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Lulju 2007 — Ibrahim Altun vs Stadt Böblingen

(Kawża C-337/07)

(2007/C 269/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ibrahim Altun

Konvenut: Stadt Böblingen

Domandi preliminari

1)

Il-kisba ta' drittijiet skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija tad-19 ta' Settembru 1980, tirrikjedi li l-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali”, li magħha kien jirrisjedi b'mod legali l-membru tal-familja għal matul perijodu ta' tliet snin, tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni matul dan il-perijodu kollu?

2)

F'dan ir-rigward, sabiex membru tal-familju jikseb id-drittijiet previsti fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, huwa biżżejjed li l-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” kienet impjegata f'diversi xogħlijiet għal sentejn u sitt xhur u wara kienet spiċċat bla xogħol intortament u li, barra minn hekk, wara baqgħet f'din is-sitwazzjoni għal perijodu itwal?

3)

L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tista' wkoll tiġi invokata minn persuna li kisbet permess ta' residenza bħala membru tal-familja ta' ċittadin Tork li l-permess ta' residenza tiegħu, u konsegwentement, l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta' Stat Membru huma bbażati biss fuq l-għoti ta' ażil politiku minħabba persekuzzjoni politika fit-Turkija?

4)

Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv, membru tal-familja jista' jinvoka l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni meta l-għoti ta' ażil politiku u, abbażi ta' dan, il-permess ta' residenza u ta' aċċess għas-suq tax-xogħol tal-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” (f'dan il-każ il-missier) ikunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet foloz?

5)

Fil-każ li r-raba' domanda tingħata risposta fin-negattiv, huwa neċessarju, qabel ma l-membri tal-familja jiġu rrifjutati d-drittijiet stabbiliti fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, li d-drittijiet tal-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” (f'dan il-każ il-missier) ikunu ġew formalment irtirati jew irrevokati minn qabel?


Top