EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/28

Kawża C-371/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Benetton Group SpA vs G-Star International BV (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(3) — Sinjal — Għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott — Użu — Kampanji ta' reklamar — Kapaċità attrattiva ta' l-għamla akkwistata qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv)

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Benetton Group SpA vs G-Star International BV

(Kawża C-371/06) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(3) - Sinjal - Għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Użu - Kampanji ta' reklamar - Kapaċità attrattiva ta' l-għamla akkwistata qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv)

(2007/C 269/28)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Benetton Group SpA

Konvenuta: G-Star International BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Jeans li għandu bħala sinjal distintiv il-karatteristiċi ta' lbies tax-xogħol jew ta' motoċikliżmu u għandu irqajja fl-irkoppa tal-qalziet — Sinjal kkostitwit mill-għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott.

Dispożittiv

It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-għamla tal-prodott li tagħti valur sostanzjali lill-istess prodott tista' tikkostitwixxi trade mark b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-direttiva, meta, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija akkwistat kapaċità attrattiva minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv, wara kampanji ta' reklamar li juru l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott in kwistjoni.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


Top