Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/19

    Kawża C-443/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Settembru 2007 — Common Market Fertilizers SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Dazji kontra d-dumping — Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali — Remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni — L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Interpretazzjoni — Legalità — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Grupp ta' esperti li ltaqgħu fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali — Entità distinta fuq il-pjan funzjonali — Artikoli 2 u 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE — Artikolu 4 tar-Regolament Intern tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali — Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali — Nuqqas ta' negliġenza evidenti)

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Common Market Fertilizers SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-443/05 P) (1)

    (Appell - Dazji kontra d-dumping - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni - L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Interpretazzjoni - Legalità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Grupp ta' esperti li ltaqgħu fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali - Entità distinta fuq il-pjan funzjonali - Artikoli 2 u 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE - Artikolu 4 tar-Regolament Intern tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali - Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Nuqqas ta' negliġenza evidenti)

    (2007/C 269/19)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Common Market Fertilizers SA (rappreżentanti: A. Sutton, Barrister, N. Flandin, Avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: X. Lewis, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Settembru 2005, Common Market Fertilizers vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-134/03 u T-135/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2002) 5217 finali u C (2002) 5218 finali ta' l-20 ta' Diċembru 2002, li jistabbilixxu li r-remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni mhijiex iġġustifikata f'każ partikolari.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Common Market Fertilizers SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 36, 11.2.2006.


    Top