Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/17

    Kawża C-431/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça — Il-Portugall) — Merck Genéricos-Produtos Farmacêuticos Ld a . vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme, Ld a (Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ — Artikolu 33 tal-Ftehim TRIPS — Privattivi — Terminu minimu ta' protezzjoni — Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi perijodu inqas — Artikolu 234 KE — Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Effett dirett)

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça — Il-Portugall) — Merck Genéricos-Produtos Farmacêuticos Lda. vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme, Lda

    (Kawża C-431/05) (1)

    (Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ - Artikolu 33 tal-Ftehim TRIPS - Privattivi - Terminu minimu ta' protezzjoni - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi perijodu inqas - Artikolu 234 KE - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Effett dirett)

    (2007/C 269/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal de Justiça

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Merck Genéricos-Produtos Farmacêuticos Lda.

    Konvenuta: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme, Lda.

    Suġġett tal-kawża

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal de Justiça — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“TRIPS”) anness mall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Mondjali tal-Kummerċ (ĠU L 336, p. 214) — Kompetenza fil-qasam ta' interpretazzjoni — Effett dirett

    Dispożittiv

    Fl-istat attwali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-privattivi, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jinsab fl-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) iffirmat f'Marrakech fil-15 ta' April 1994 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/400/KE tat-22 ta' Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuqa fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) jiġi direttament applikat minn qorti nazzjonali fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali.


    (1)  ĠU C 39, 11.2.2006.


    Top