This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/269/13
Case C-304/05: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 20 September 2007 — Commission of the European Communities v Italian Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 92/43/EEC — Conservation of natural habitats and of wild fauna and flora — Directive 79/409/EEC — Conservation of wild birds — Assessment of the environmental impact of works to modify ski runs)
Kawża C-304/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Italja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 79/409/KEE — Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi — Evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent ta' xogħol ta' modifikazzjoni ta' pisti ta' l-iskijing)
Kawża C-304/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Italja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 79/409/KEE — Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi — Evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent ta' xogħol ta' modifikazzjoni ta' pisti ta' l-iskijing)
ĠU C 269, 10.11.2007, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Italja
(Kawża C-304/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent ta' xogħol ta' modifikazzjoni ta' pisti ta' l-iskijing)
(2007/C 269/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Italja (rappreżentanti: I. M. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 6(2) sa (4), flimkien ma' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Ksur ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Tkabbir taż-żona ta' l-iskijing ta' Santa Caterina Valfurva li tinsab fil-park nazzjonali ta' Stelvio (żona ta' protezzjoni speċjali IT 2040044) mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta' l-impatt tal-proġett fuq l-ambjent — Nuqqas li jittieħdu l-miżuri sabiex jiġu evitati t-tfixkil u d-deterjorazzjoni tal-habitat ta' l-ispeċi li għalihom iż-żona ta' protezzjoni speċjali ġiet indikata.
Dispożittiv
1) |
ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, flimkien ma' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva kif ukoll skond l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 79/409/KEE tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi. |
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |