This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/269/116
Case T-355/07: Action brought on 18 September 2007 — Pfizer v OHIM — Isdin (ISDIN Pediatrícs)
Kawża T-355/07: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (ISDIN Pediatrics)
Kawża T-355/07: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (ISDIN Pediatrics)
ĠU C 269, 10.11.2007, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/64 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (ISDIN Pediatrics)
(Kawża T-355/07)
(2007/C 269/116)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, lawyers, u M. Hawkins, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Isdin, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet
— |
Tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ R 566/2006-1; u |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-marka figurattiva “ISDIN Pediatrics” għal prodotti fost oħrajn fil-klassi 5 — Trade mark Komunitarja Nru 1 243 807
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Isdin, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “ISTIN” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni safejn iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati: Ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tiġi mismugħa skond l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u ksur ta' l-Artikolu 52 moqri flimkien ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament.