Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/112

    Kawża T-349/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Settembru 2007 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/62


    Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-349/07)

    (2007/C 269/112)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussel, il-Belġju), Satec Handelsgesellschaft mbH (Elmshorn, il-Ġermanja), Belchim Crop Protection NV (Londerzeel, il-Belġju), FMC Foret SA (Sant Cugat del Valles, Spanja), F&N Agro Slovensko s.r.o. (Bratislava, Slovakja), F&N Agro Ceská republika s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka), F&N Agro Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) u FMC Corp. (Philadelphia, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tordna l-annullament tad-Deċiżjoni 2007/415/KE;

    tiddikjara l-illegalità u n-nuqqas ta' applikazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel rikorrenti, u r-reviżjoni ta' l-inkartament tagħha dwar il-carbosulfan ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/002;

    tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-talbiet u l-argumenti prinċipali li fuqhom jibbażaw ruħho ir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-326/07 Cheminova et vs Il-Kummissjoni.


    Top