Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/104

    Kawża T-340/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Settembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/57


    Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-340/07)

    (2007/C 269/104)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 172 588,62 li tikkostitwixxi spejjeż mhux imħallsa effettivament sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873;

    tordna lill-Kummissjoni tħallas is-somma simbolika ta' EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu li subiet ir-reputazzjoni tar-rikorrenti;

    tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti, legali u oħrajn relatati ma' dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors, imressaq skond l-Artikoli 238 KE u 235 KE, jitlob kumpens għal dannu kkawżat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2003 sabiex jiġi terminat il-kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/2783 iffirmat mal-Kummissjoni, rigward il-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (“EEBO”) li għandu jiġi implementat fil-kuntest tal-programm multi annwali tal-Komunità sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-netwerks golbali u sabiex tiġi promossa d-diversità lingwistika fis-soċjetà informatika (2001-2005) u li tinvolvi lil Fischer u lil Martinsen fl-implementazzjoni tal-proġett bħala konsulenti esterni.

    In sostenn ta' l-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ta' l-awtorità kontraenti (DĠ INFSO) li tittermina l-kuntratt tinkludi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni li taw lok għal nuqqas li jiġu soddisfatti l-obbligi kuntrattwali tagħha. Barra minn hekk, hija osservat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta' l-amministrazzjoni tajba u tat-trasparenza u li, f'diversi okkażjonijiet, aġenti speċifiċi tal-Kummissjoni naqsu milli jeliminaw allegati kunflitti ta' interessi. Fid-dawl ta' dan kollu, ir-rikorrenti ssostni li hija intitolata għal kumpens għas-servizzi pprovduti kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt flimkien ma' l-interessi akkumulati b'effett mid-data ta' meta dawn is-somom saru dovuti.


    Top